This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62017CN0288
Case C-288/17: Request for a preliminary ruling from the Conseil d’État (France) lodged on 19 May 2017 — Fédération des fabricants de cigares and Others v Premier ministre, Ministre des Affaires sociales et de la Santé
Kawża C-288/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fid-19 ta’ Mejju 2017 – Fédération des fabricants de cigares et vs Premier ministre, Ministre des Affaires sociales et de la Santé
Kawża C-288/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fid-19 ta’ Mejju 2017 – Fédération des fabricants de cigares et vs Premier ministre, Ministre des Affaires sociales et de la Santé
ĠU C 256, 7.8.2017, p. 12–13
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
7.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 256/12 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fid-19 ta’ Mejju 2017 – Fédération des fabricants de cigares et vs Premier ministre, Ministre des Affaires sociales et de la Santé
(Kawża C-288/17)
(2017/C 256/09)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Conseil d’État
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Fédération des fabricants de cigares, Coprova, E-Labo France, Smakq développement, Société nationale d’exploitation industrielle des tabacs et allumettes (SEITA), British American Tobacco France
Konvenuti: Premier ministre, Ministre des Affaires sociales et de la Santé
Intervenjenti: Société J. Cortès France, Scandinavian Tobacco Group France, Villiger France
Domandi preliminari
1) |
Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 u 3 tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2014/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-3 ta’ April 2014 (1), għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprojbixxu l-użu, fuq l-unitajiet ta’ pakketti, fuq l-ippakkjar estern u fuq il-prodotti tat-tabakk, ta’ kull isem ta’ trade mark li jevoka ċerti kwalitajiet, indipendentement mir-reputazzjoni tagħha? |
2) |
Skont l-interpretazzjoni li għandha tingħata lill-paragrafi 1 u 3 tal-Artikolu 13 tad-Direttiva, id-dispożizzjonijiet tagħhom, inkwantu japplikaw għall-ismijiet u għat-trade marks kummerċjali, jirrispettaw id-dritt għall-proprjetà, il-libertà ta’ espressjoni, il-libertà ta’ intrapriża u l-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ ċertezza legali? |
3) |
Fil-każ ta’ risposta pożittiva għad-domanda preċedenti, taħt liema kundizzjonijiet Stat Membru jista’, mingħajr ma jikser id-dritt għall-proprjetà, il-libertajiet ta’ espressjoni u ta’ intrapriża u l-prinċipju ta’ proporzjonalità, jagħmel użu mill-possibbiltà miftuħa lilu mill-paragrafu 2 tal-Artikolu 24 tad-Direttiva sabiex jimponi fuq il-produtturi u l-importaturi n-newtralità u l-standardizzazzjoni tal-unitajiet ta’ pakketti u ppakkjar estern? |
(1) Direttiva 2014/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-3 ta’ April 2014, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ tat-tabakk u prodotti relatati u li tħassar id-Direttiva 2001/37/KE (ĠU L 127, p. 1).