EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CA0277

Kawża C-277/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-13 ta’ Ottubru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – Servoprax GmbH vs Roche Diagnostics Deutschland GmbH (“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Mezzi mediċi dijanjostiċi in vitro — Direttiva 98/79/KE — Importazzjoni parallela — Traduzzjoni, mill-importatur, tal-informazzjoni u tal-istruzzjonijiet dwar l-użu ipprovduti mill-manifattur — Proċedura ta’ stima tal-konformità supplimentari”)

ĠU C 462, 12.12.2016, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 462/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-13 ta’ Ottubru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – Servoprax GmbH vs Roche Diagnostics Deutschland GmbH

(Kawża C-277/15) (1)

((“Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet - Mezzi mediċi dijanjostiċi in vitro - Direttiva 98/79/KE - Importazzjoni parallela - Traduzzjoni, mill-importatur, tal-informazzjoni u tal-istruzzjonijiet dwar l-użu ipprovduti mill-manifattur - Proċedura ta’ stima tal-konformità supplimentari”))

(2016/C 462/08)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Servoprax GmbH

Konvenuta: Roche Diagnostics Deutschland GmbH

Dispożittiv

L-Artikolu 9 tad-Direttiva 98/79/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-27 ta’ Ottubru 1998, dwar il-mezzi mediċi dijanjostiċi in vitro, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jobbligax lil importatur parallel ta’ mezz għal eżami mill-persuna nnifisha sabiex tkejjel iz-zokkor fid-demm li jkollu marka CE u li tkun saritlu stima ta’ konformità minn korp innotifikat, sabiex iwettaq stima ġdida intiża sabiex tiġi ċċertifikata l-konformità tat-tikkettjar u tal-istruzzjonijiet dwar l-użu ta’ dan il-mezz minħabba t-traduzzjoni tagħhom fil-lingwa uffiċjali tal-Istat Membru ta’ importazzjoni.


(1)  ĠU C 294, 7.9.2015.


Top