Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TB0163

Kawża T-163/15: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Novembru 2015 – Delta Group agroalimentare vs Il-Kummissjoni (“Rikors għal annullament — Suq Taljan tal-laħam tat-tjur — Miżuri ta’ sostenn eċċezzjonali intiżi sabiex isolvu problemi speċifiċi li jikkonċernaw is-settur tal-laħam tat-tjur fl-Italja — Ħlas lura fuq l-esportazzjoni tal-laħam tat-tjur lejn ċerti pajjiżi Afrikani — Ċaħda tat-talba għal miżuri eċċezzjonali mressqa mir-rikorrenti — Att li ma jistax jiġi kkontestat — Inammissibbiltà”)

ĠU C 27, 25.1.2016, p. 57–58 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

25.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/57


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Novembru 2015 – Delta Group agroalimentare vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-163/15) (1)

((“Rikors għal annullament - Suq Taljan tal-laħam tat-tjur - Miżuri ta’ sostenn eċċezzjonali intiżi sabiex isolvu problemi speċifiċi li jikkonċernaw is-settur tal-laħam tat-tjur fl-Italja - Ħlas lura fuq l-esportazzjoni tal-laħam tat-tjur lejn ċerti pajjiżi Afrikani - Ċaħda tat-talba għal miżuri eċċezzjonali mressqa mir-rikorrenti - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà”))

(2016/C 027/74)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Delta Group agroalimentare Srl (Porto Viro, l-Italja) (rappreżentant: V. Migliorini, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Schima u D. Nardi, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tal-ittra tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Frar 2015 [Ref. Ares (2015) 528512], mibgħuta b’risposta għat-talba tar-rikorrenti intiża għall-adozzjoni ta’ miżuri eċċezzjonali ta’ sostenn għas-suq tal-laħam tat-tjur, abbażi tal-Artikolu 219(1) jew tal-Artikolu 221 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 ta’ Diċembru 2013, li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, p. 671).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Delta Group agroalimentare Srl għandha tbati l-ispejjeż tagħha u dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea


(1)  ĠU C 178, 1.6.2015.


Top