This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62015CN0593
Case C-593/15 P: Appeal brought on 13 November 2015 by the Slovak Republic against the order of the General Court (Third Chamber) delivered on 14 September 2015 in Case T-678/14 Slovak Republic v European Commission
Kawża C-593/15 P: Appell ippreżentat fit-13 ta’ Novembru 2015 mir-Repubblika Slovakka mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fl-14 ta’ Settembru 2015 fil-Kawża T-678/14, Ir-Repubblika Slovakka vs Il-Kummissjoni Ewropea

ĠU C 27, 25.1.2016, p. 20–21
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
25.1.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 27/20 |
Appell ippreżentat fit-13 ta’ Novembru 2015 mir-Repubblika Slovakka mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fl-14 ta’ Settembru 2015 fil-Kawża T-678/14, Ir-Repubblika Slovakka vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-593/15 P)
(2016/C 027/24)
Lingwa tal-kawża: is-Slovakk
Partijiet
Appellanti: Ir-Repubblika Slovakka (rappreżentant: B. Ricziová, aġent)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tal-appellanti
(i) |
tannulla d-digriet kollu kemm hu tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2015 fil-Kawża T-678/14 Ir-Repubblika Slovakka vs Il-Kummissjoni Ewropea, fejn il-Qorti Ġenerali ċaħdet bħala inammissibbli r-rikors għal annullament tar-Repubblika Slovakka, skont l-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, li tinsab fl-ittra tagħha tal-15 ta’ Lulju 2014, fejn il-Kummissjoni Ewropea tordna formalment lir-Repubblika Slovakka sabiex tipprovdi l-fondi li jikkorrispondu għat-telf tar-riżorsi proprji tradizzjonali; |
(ii) |
tiddeċiedi hija stess dwar l-ammissibbiltà tar-rikors tar-Repubblika Slovakka u tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din tal-aħħar tiddeċiedi dwar il-mertu tar-rikors, u |
(iii) |
tordna lill-Kummissjoni Ewropea sabiex tħallas l-ispejjeż tal-proċedimenti. |
Fil-każ li l-Qorti tikkonkludi li hija ma għandhiex biżżejjed informazzjoni sabiex tieħu deċiżjoni finali dwar l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà, ir-Repubblika Slovakka titlob, sussidjarjament, li l-Qorti għandha:
(i) |
tannulla d-digriet kollu kemm hu tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2015 fil-Kawża T-678/14 Ir-Repubblika Slovakka vs Il-Kummissjoni Ewropea, fejn il-Qorti Ġenerali ċaħdet bħala inammissibbli r-rikors għal annullament tar-Repubblika Slovakka, skont l-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, li tinsab fl-ittra tagħha tal-15 ta’ Lulju 2014, fejn il-Kummissjoni Ewropea tordna formalment lir-Repubblika Slovakka sabiex tipprovdi l-fondi li jikkorrispondu għat-telf tar-riżorsi proprji tradizzjonali; |
(ii) |
tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din tal-aħħar tiddeċiedi kemm fuq l-ammissibbiltà tar-rikors tar-Repubblika Slovakka kif ukoll fuq il-mertu ta’ dan ir-rikors; |
(iii) |
tordna lill-Kummissjoni Ewropea sabiex tħallas l-ispejjeż tal-proċedimenti. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn tal-appell tagħha r-Repubblka Slovakka tqajjem żewġ aggravji:
1. |
Abbażi tal-ewwel aggravju, ir-Repubblika Slovakka tallega li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi għal dak li jirrigwarda (i) in-natura tal-fondi mitluba u l-applikabbiltà tal-atti legali dwar ir-riżorsi proprji u l-ġurisprudenza relatata, (ii) il-kriterju tal-kompetenza tal-istituzzjoni fl-evalwazzjoni dwar jekk l-att appellat setax jiġi kkontestat, u (iii) id-dritt ta’ aċċess għall-qorti u l-urġenza tas-sitwazzjoni. |
2. |
Sussidjarjament, abbażi tat-tieni aggravju r-Repubblika Slovakka tallega li l-Qorti Ġenerali ma tatx biżżejjed raġunijiet għad-digriet appellat, għal dak li jirrigwarda (i) in-natura tal-fondi mitluba u l-applikabbiltà tal-atti legali dwar ir-riżorsi proprji u l-ġurisprudenza relatata u (ii) id-dritt ta’ aċċess għall-qorti u l-urġenza tas-sitwazzjoni, li huma kkonfermati mill-fatt li hija applikat (iii) raġunament identiku f’każijiet li jinvolvu fatti differenti. |