Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CN0229

Kawża C-229/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fid-19 ta’ Mejju 2015 – Minister Finansów vs Jan Mateusiak

ĠU C 294, 7.9.2015, p. 17–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

7.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 294/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fid-19 ta’ Mejju 2015 – Minister Finansów vs Jan Mateusiak

(Kawża C-229/15)

(2015/C 294/23)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Naczelny Sąd Administracyjny

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Minister Finansów

Konvenut: Jan Mateusiak.

Domanda preliminari

L-Artikolu 18(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li, wara l-iskadenza tal-perijodu ta’ aġġustament previst fl-Artikolu 187 tad-Direttiva, l-assi fissi ta’ persuna taxxabbli li, meta akkwistathom tkun naqqset il-VAT, ma għandhomx ikunu taxxabbli u inklużi fl-inventarju tal-likwidazzjoni fil-mument meta tieqaf milli twettaq l-attività ekonomika tagħha, peress li l-perijodu legali ta’ aġġustament tat-taxxa tal-input imħallsa għall-akkwist tagħhom, li jirriżulta mit-tul ta’ użu stmat tagħhom fl-attività ekonomika tal-persuna taxxabbli, ikun skada, jew fis-sens li dawn l-assi fissi, fil-mument meta l-persuna taxxabbli tieqaf milli twettaq l-attività ekonomika tagħha, huma taxxabbli, irrispettivament mill-perijodu ta’ agġustament?


(1)  ĠU L 347, p. 1.


Top