This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011CA0027
Case C-27/11: Judgment of the Court (Eighth Chamber) of 7 June 2012 (reference for a preliminary ruling from the Administrativen sad Sofia-grad — Bulgaria) — Anton Vinkov v Nachalnik Administrativno-nakazatelna deynost (Reference for a preliminary ruling — Non-recognition in national law of the right to a judicial remedy in respect of decisions imposing a financial penalty and the deduction of points for certain breaches of road traffic regulations — Purely internal situation — Inadmissibility of the reference)
Kawża C-27/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas- 7 ta’ Ġunju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad Sofia-grad — il-Bulgarija) — Anton Vinkov vs Nachalnik Administrativno-nakazatelna deinost (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Nuqqas ta’ rikonoxximent, fil-leġiżlazzjoni nazzjonali, tad-dritt għal rimedju ġudizzjarju kontra d-deċiżjonijiet li jimponu sanzjoni pekunjarja kif ukoll it-tnaqqis ta’ punti mil-liċenzja tas-sewqan għal ċertu ksur tar-regoli tat-traffiku tat-triq — Sitwazzjoni purament interna — Inammissibbiltà tat-talba)

ĠU C 217, 21.7.2012, p. 3–4
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
21.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 217/3 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-7 ta’ Ġunju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad Sofia-grad — il-Bulgarija) — Anton Vinkov vs Nachalnik Administrativno-nakazatelna deinost
(Kawża C-27/11) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Nuqqas ta’ rikonoxximent, fil-leġiżlazzjoni nazzjonali, tad-dritt għal rimedju ġudizzjarju kontra d-deċiżjonijiet li jimponu sanzjoni pekunjarja kif ukoll it-tnaqqis ta’ punti mil-liċenzja tas-sewqan għal ċertu ksur tar-regoli tat-traffiku tat-triq - Sitwazzjoni purament interna - Inammissibbiltà tat-talba)
2012/C 217/05
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Administrativen sad Sofia-grad
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Anton Vinkov
Konvenut: Nachalnik Administrativno-nakazatelna deinost
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Administrativen sad Sofia-grad — Interpretazzjoni tal-Artikolu 82(1)(a) TFUE u tal-Artikolu 91(1)(ċ) TFUE u tad- Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2005/214/ĠAI, tal-24 ta’ Frar 2005, dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ penali finanzjarji (ĠU L 76, p. 16) — Interpretazzjoni tal-Artikoli 47, 48 u 52 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Kompatibbiltà mad-dritt tal-Unjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi d-dritt li d-deċiżjonijiet dwar is-sanzjonijiet pekunjarji relatati ma’ ksur amministrattiv tat-traffiku li jammontaw għal BGN 50 jiġu kkontestatati quddiem il-qrati.
Dispożittiv
It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad Sofia-grad (il-Bulgarija), permezz tad-deċiżjoni tas-27 ta’ Diċembru 2010 (Kawża C-27/11), hija inammissibbli.