Επιλέξτε τις πειραματικές λειτουργίες που θέλετε να δοκιμάσετε

Το έγγραφο αυτό έχει ληφθεί από τον ιστότοπο EUR-Lex

Έγγραφο 62011TN0412

Kawża T-412/11: Rikors ippreżentat fit- 28 ta’ Lulju 2011 — Maharishi Foundation vs UASI (TRANSCENDENTAL MEDITATION)

ĠU C 282, 24.9.2011, σ. 41 έως 42 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/41


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Lulju 2011 — Maharishi Foundation vs UASI (TRANSCENDENTAL MEDITATION)

(Kawża T-412/11)

2011/C 282/78

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Maharishi Foundation Ltd (St. Helier, Jersey) (rappreżentant: A. Meijboom, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal- Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-24 ta’ Marzu 2011, fil-Każ R 1293/2010-2;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “TRANSCENDENTAL MEDITATION” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 41, 44 u 45 — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja Nru 8246647

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja miċħuda għal parti mill-prodotti u s-servizzi

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ u każ irrinvijat quddiem id-Diviżjoni tal-Eżaminazzjoni għal prosekuzzjoni ulterjuri.

Motivi invokati: Ir-rikorrenti tressaq erba’ motivi: (i) ksur tal-Artikoli 75 u 7(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell ma ddeċidiex b’mod espliċitu fuq l-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament dwar it-trade mark, iżda, ikkunsidra, madankollu, li t-trade mark “TRANSCENDENTAL MEDITATION” hija ġenerika; (ii) ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell iddeċieda b’mod żbaljat li t-trade mark hija nieqsa minn karattru distintiv; (iii) ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell ikkonkluda b’mod żbaljat li t-trade mark hija komposta biss minn indikazzjonijiet, li jistgħu jservu, fil-kummerċ, għad-deskrizzjoni tal-karatteristiċi tal-prodotti jew servizzi, li għalihom ir-rikorrenti għamlet applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark; u (iv) ksur tal-Artikolu 7(3) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell iddeċieda b’mod żbaljat li t-trade mark ma kisbitx karattru distintiv, fir-rigward tal-prodotti u tas-servizzi li għalihom intalbet ir-reġistrazzjoni, bħala konsegwnza tal-użu li sar minnha.


Επάνω