Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CN0350

    Kawża C-350/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank van eerste aanleg te Antwerpen (Il-Belġju) fl- 4 ta’ Lulju 2011 — Argenta Spaarbank NV vs L-Istat Belġjan

    ĠU C 282, 24.9.2011, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    24.9.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 282/6


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank van eerste aanleg te Antwerpen (Il-Belġju) fl-4 ta’ Lulju 2011 — Argenta Spaarbank NV vs L-Istat Belġjan

    (Kawża C-350/11)

    2011/C 282/11

    Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

    Qorti tar-rinviju

    Rechtbank van eerste aanleg te Antwerpen.

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Argenta Spaarbank NV.

    Konvenut: L-Istat Belġjan

    Domanda preliminari

    (1)

    L-Artikolu 43 tat-Trattat KE [li sar l-Artikolu 49 TFUE] jipprekludi leġiżlazzjoni fiskali nazzjonali li tistabbilixxi li, sabiex tikkalkula d-dħul taxxabbli tagħha, kumpannija suġġetta b’mod sħiħ għat-taxxa fil-Belġju ma tistax tapplika tnaqqis għal kapital b’riskju sal-ammont tad-differenza pożittiva bejn, minn naħa, il-valur kontabbli nett tal-assi tal-istabbilimenti li hija għandha fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni, u, min-naħa l-oħra, it-total tal-kapital passiv imputabbli lil dawn l-istabbilimenti, filwaqt li din tkun tista’ tapplika dan it-tnaqqis jekk l-imsemmija differenza pożittiva tkun tista’ tiġi imputata lil stabbiliment permanenti li jinsab fil-Belġju?


    Top