This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62010TN0493
Case T-493/10: Action brought on 7 October 2010 — Persia International Bank v Council
Kawża T-493/10: Rikors ippreżentat fis- 7 ta’ Ottubru 2010 — Persia International Bank vs Il-Kunsill
Kawża T-493/10: Rikors ippreżentat fis- 7 ta’ Ottubru 2010 — Persia International Bank vs Il-Kunsill
ĠU C 328, 4.12.2010, p. 54–55
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
4.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 328/54 |
Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Ottubru 2010 — Persia International Bank vs Il-Kunsill
(Kawża T-493/10)
()
2010/C 328/83
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Persia International bank plc (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: S. Gadhia, S. Ashley, solicitors, D. Anderson, QC u R. Blakeley, barrister)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla l-paragrafu 2 tat-Tabella B tal-Anness tar-Regolament ta’ implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 668/2010 (1) sa fejn jirrigwarda lir-rikorrenti; |
— |
tannulla l-paragrafu 4 tat-Tabella B tal-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK (2) sa fejn jirrigwarda lir-rikorrenti; |
— |
tiddikjara l-Artikolu 7(2)(d) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 423/2007 (3) inapplikabbli għar-rikorrenti; u |
— |
tikkundanna l-Kunsill għall-ispejjeż tar-rikors |
Motivi u argumenti prinċipali
F’dan il-każ ir-rikorrenti titlob l-annullament parzjali tar-Regolament ta’ implementazzjoni tal-Kunsill Nru 668/2010 u tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK sa fejn ir-rikorrenti hija inkluża fil-lista ta’ persuni ġuridiċi u naturali, entitajiet u korpi li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi tagħhom huma ffriżati skont din id-dispożizzjoni. Barra minn hekk, ir-rikorrenti titlob, skont l-Artikolu 277 TFUE, l-inapplikabbilta tal-Artikolu 7(2)(d) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 423/2007.
Il-motivi u l-argumenti prinċipali tar-rikorrenti huma identiċi jew simili għal dawk li ressqet ir-rikorrenti fil-Kawża T-492/10 Melli Bank vs Il-Kunsill.
(1) Regolament ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 668/2010, tas-26 ta’ Lulju 2010, li jimplimenta l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 423/2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 195, p. 25).
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK, ĠU 2010 L 195, p. 39.
(3) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 423/2007, tad-19 ta’ April 2007, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, ĠU 2007 L 103, p. 1).