This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62010TN0130
Case T-130/10: Action brought on 17 March 2010 — Lux Management v OHIM — Zeis Excelsa (KULTE)
Kawża T-130/10: Rikors ippreżentat fis- 17 ta’ Marzu 2010 — Lux Mamagement vs UASI — Zeis Excelsa (KULTE)
Kawża T-130/10: Rikors ippreżentat fis- 17 ta’ Marzu 2010 — Lux Mamagement vs UASI — Zeis Excelsa (KULTE)
ĠU C 134, 22.5.2010, p. 46–47
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
22.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 134/46 |
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Marzu 2010 — Lux Mamagement vs UASI — Zeis Excelsa (KULTE)
(Kawża T-130/10)
2010/C 134/75
Lingwa tal-preżentata tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Lux Mamagement Holding SA (il-Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: S. Mas, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Zeis Excelsa SPA (Montegranaro, l-Italja)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tiddikjara li d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-15 ta’ Jannar 2010, fil-Każ R 712/2008-4 ma għandux skop; |
— |
sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-15 ta’ Jannar 2010, fil-Każ R 712/2008-4 peress li ma ħax inkunsiderazzjoni l-provi prodotti mir-rikorrenti; |
— |
sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-15 ta’ Jannar 2010, fil-Każ R 712/2008-4 minħabba nuqqas ta’ motivazzjoni dwar it-tolleranza tal-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għal dak li jikkonċerna t-trade mark Komunitarja koperta mit-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità; u |
— |
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: It-trade mark figurattiva “KULTE” għal prodotti fil-klassijiet 14, 18 u 25
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Dritt tat-trade mark tal-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità: It-trade mark figurattiva Taljana “CULT” għall-prodotti kollha fil-klassi 25; it-trade mark figurattiva internazzjonali “CULT” li għandha effetti fi Franza u fil-Benelux għall-prodotti fil-klassijiet 14, 18 u 25
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: Annullament parzjali tat-trade mark Komunitarja koperta mit-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Rikors miċħud
Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 43 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009 inkwantu l-Bord tal-Appell ma rrikonoxxix id-deċiżjoni tiegħu bħala nieqsa minn skop minħabba l-fatt li l-partijiet kienu laħqu ftehim dwar il-koeżistenza tat-trade marks inkwistjoni u dwar it-talba sussegwenti ta’ ċessjoni; ksur tal-Artikolu 6(1) tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali inkwantu l-Bord tal-Appell irrifjuta li jaċċetta provi ġodda prodotti mir-rikorrenti; ksur tal-Artikolu 57(2) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009 inkwantu l-Bord tal-Appell wettaq evalwazzjoni żbaljata tas-sens tal-provi prodotti u ma tax motivi rigward il-prova ta’ tolleranza, mill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell, tat-trade mark Komunitarja koperta mit-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità.