Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009FN0006

    Kawża F-6/09: Rikors ippreżentat fit- 2 ta' Frar 2009 — Fares vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 69, 21.3.2009, p. 54–54 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.3.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 69/54


    Rikors ippreżentat fit-2 ta' Frar 2009 — Fares vs Il-Kummissjoni

    (Kawża F-6/09)

    (2009/C 69/121)

    Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Soukaïna Fares (Berchem-Sainte-Agathe, il-Belġju) (rappreżentant: L. Vogel, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

    Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

    It-talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tikklassifika lir-rikorrenti fil-grad 8 tal-grupp tal-funzjoni III.

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla d-deċiżjoni meħuda mill-AATK [awtorità awtorizzata biex tikkonkludi l-kuntratti ta' impjieg] fis-17 ta' Ottubru li biha ġie miċħud l-ilment imressaq mir-rikorrenti fil-21 ta' Ġunju 2008, sabiex tiġi annullata d-deċiżjoni li r-rikorrenti tiġi kklassifikata fil-grad 8 tal-grupp tal-funzjoni III, u li tapplika l-benefiċċju ta' klassifikazzjoni fil-grad 9, b'effett fl-istess data;

    sa fejn meħtieġ, tannulla wkoll id-deċiżjoni oriġinali, li biha r-rikorrenti ġiet ikklassifikata fil-grad 8 tal-grupp tal-funzjoni III;

    tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.


    Top