This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62007CA0377
Case C-377/07: Judgment of the Court (First Chamber) of 22 January 2009 (reference for a preliminary ruling from the Bundesfinanzhof — Germany) — STEKO Industriemontage GmbH v Finanzamt Speyer-Germersheim (Corporation tax — Transitional provisions — Deduction of the depreciation of holdings in non-resident companies)
Kawża C-377/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat- 22 ta' Jannar 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof — Il-Ġermanja) — STEKO Industriemontage GmbH vs Finanzamt Speyer-Germersheim (Taxxa fuq il-kumpanniji — Dispożizzjonijiet tranżitorji — Tnaqqis tad-deprezzament ta' ishma f'kumpanniji mhux residenti)
Kawża C-377/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat- 22 ta' Jannar 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof — Il-Ġermanja) — STEKO Industriemontage GmbH vs Finanzamt Speyer-Germersheim (Taxxa fuq il-kumpanniji — Dispożizzjonijiet tranżitorji — Tnaqqis tad-deprezzament ta' ishma f'kumpanniji mhux residenti)
ĠU C 69, 21.3.2009, p. 8–8
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
21.3.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 69/8 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-22 ta' Jannar 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof — Il-Ġermanja) — STEKO Industriemontage GmbH vs Finanzamt Speyer-Germersheim
(Kawża C-377/07) (1)
(Taxxa fuq il-kumpanniji - Dispożizzjonijiet tranżitorji - Tnaqqis tad-deprezzament ta' ishma f'kumpanniji mhux residenti)
(2009/C 69/12)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesfinanzhof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: STEKO Industriemontage GmbH
Konvenuta: Finanzamt Speyer-Germersheim
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesfinanzhof — Interpretazzjoni tal-Artikolu 56 KE — Taxxa fuq il-kumpanniji — Dispożizzjonijiet tranżitorji għas-sena 2001 li jipprojbixxu kumpannija milli tnaqqas id-deprezzament fil-valur tal-ishma li hija għandha f'kumpanniji mhux residenti
Dispożittiv
F'ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fejn kumpannija b'kapital azzjonarju residenti tipposjedi f'kumpannija b'kapital azzjonarju oħra sehem inferjuri għal 10 %, l-Artikolu 56 KE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li projbizzjoni milli jitnaqqas it-tnaqqis ta' profitti marbut ma' dan is-sehem tidħol fis-seħħ iktar kmieni għas-sehem f'kumpannija mhux residenti milli għas-sehem f'kumpannija residenti.