This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62005TA0370
Case T-370/05: Judgment of the Court of First Instance of 10 September 2008 — France v Commission (EAGGF — Guarantee Section — Expenditure excluded from Community financing — Wine sector — Restructuring aid and conversion aid — Definition of eligible area)
Kawża T-370/05: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal- 10 ta' Settembru 2008 — Franza vs Il-Kummissjoni ( FAEGG — Taqsima Garanzija — Infiq eskluż mill-finanzjament Komunitarju — Settur tal-inbid — Għajnuna għar-ristrutturazzjoni u għall-konverżjoni — Kunċett ta' superfiċji eliġibbli )
Kawża T-370/05: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal- 10 ta' Settembru 2008 — Franza vs Il-Kummissjoni ( FAEGG — Taqsima Garanzija — Infiq eskluż mill-finanzjament Komunitarju — Settur tal-inbid — Għajnuna għar-ristrutturazzjoni u għall-konverżjoni — Kunċett ta' superfiċji eliġibbli )
ĠU C 272, 25.10.2008, p. 18–18
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
25.10.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 272/18 |
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-10 ta' Settembru 2008 — Franza vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-370/05) (1)
(“FAEGG - Taqsima ‘Garanzija’ - Infiq eskluż mill-finanzjament Komunitarju - Settur tal-inbid - Għajnuna għar-ristrutturazzjoni u għall-konverżjoni - Kunċett ta' superfiċji eliġibbli’)
(2008/C 272/32)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: inizjalment G. de Bergues u A. Colomb, u sussegwentement G. de Bergues u A.-L. During, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: M. Nolin, aġent)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/579/KE, tal-20 ta' Lulju 2005, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċertu nfiq magħmul mill-Istati Membri taħt it-Taqsima Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew ta' Gwida u Garanzija (FAEGG) (ĠU L 199, p. 84), safejn hija teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċertu nfiq bħala korrezzjoni li tirrigwarda d-determinazzjoni tas-superfiċji eliġibbli għall-għajnuna għar-ristrutturazzjoni u għall-konverżjoni tal-oqsma tad-dwieli għas-sena 2001/2003.
Dispożittiv
1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/579/KE, tal-20 ta' Lulju 2005, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċertu nfiq magħmul mill-Istati Membri taħt it-Taqsima Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew ta' Gwida u Garanzija (FAEGG) hija annullata safejn hija teskludi mill-finanzjament Komunitarju s-somma ta' EUR 13 519 122,05, bħala korrezzjoni imposta fuq ir-Repubblika Franċiża li tirrigwarda d-determinazzjoni tas-superfiċji eliġibbli għall-għajnuna għar-ristrutturazzjoni u għall-konverżjoni tal-oqsma tad-dwieli għas-sena 2001/2003. |
2) |
Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż. |