Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TN0084

    Kawża T-84/08: Rikors ippreżentat fit- 18 ta' Frar 2008 — Intesa Sanpaolo vs L-UASI — MIP Metro (COMIT)

    ĠU C 116, 9.5.2008, p. 23–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    9.5.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 116/23


    Rikors ippreżentat fit-18 ta' Frar 2008 — Intesa Sanpaolo vs L-UASI — MIP Metro (COMIT)

    (Kawża T-84/08)

    (2008/C 116/42)

    Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Intesa Sanpaolo SpA (Turin, l-Italja) (rappreżentanti: A. Perani and P. Pozzi, lawyers)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: MIP Metro Group Intellectual Property GmbH & Co. KG (Düsseldorf, il-Ġermanja)

    Talbiet tar-rikorrenti

    tibdel kompletament id-deċiżjoni tar-Raba' Bord ta' l-Appell ta' l-UASI, Każ R 138/2006-4, mogħtija fid-19 ta' Diċembru 2007 u nnotifikata fis-27 ta' Diċembru 2007;

    tikkonferma d-deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni ta' l-UASI tat-12 ta' Jannar 2006, dwar l-oppożizzjoni Nru B 675 803, safejn din laqgħet l-applikazzjoni Nru 3 104 155 COMIT għar-reġistrazzjoni fil-klassijiet 35, 36, 41 u 42;

    tibdel id-deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni ta' l-UASI tat-12 ta' Jannar 2006, dwar l-oppożizzjoni Nru B* 675 803, safejn din laqgħet parzjalment l-oppożizzjoni Nru B 675 803, għall-prodotti fil-klassi 16;

    konsegwentement, tiċħad l-oppożizzjoni Nru B 675 803 fl-intier tagħha u tippermetti r-reġistrazzjoni ta' l-applikazzjoni Nru 3 104 155 COMIT għall-prodotti u s-servizzi kollha fil-klassijiet 16, 35, 36, 41 u 42;

    tikkundanna lill-konvenuti għall-ispejjeż ta' dan il-proċediment, kif ukoll dawk tal-proċedimenti ta' l-oppożizzjoni u ta' l-appell quddiem l-UASI.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark “COMIT” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 35, 36, 41 u 42 — applikazzjoni Nru 3 104 155

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: MIP Metro Group Intellectual Property GmbH & Co. KG

    Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: it-trade mark figurattiva nazzjonali “Comet” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 35, 36, 41 u 42

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta'l-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment

    Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: annullament tad-deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni u rifjut ta' l-applikazzjoni tat-trade mark fl-intier tagħha

    Motivi invokati: skond ir-rikorrenti, ma hemmx probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti.


    Top