This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2007/235/41
Case T-302/07: Action brought on 6 August 2007 — Motopress v OHIM — Sony Computer Entertainment Europe (BUZZ!)
Kawża T-302/07: Rikors ippreżentat fis- 6 ta' Awwissu 2007 — Motopress vs L-UASI — Sony Computer Entertainment Europe (BUZZ !)
Kawża T-302/07: Rikors ippreżentat fis- 6 ta' Awwissu 2007 — Motopress vs L-UASI — Sony Computer Entertainment Europe (BUZZ !)
ĠU C 235, 6.10.2007, p. 22–23
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
6.10.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 235/22 |
Rikors ippreżentat fis-6 ta' Awwissu 2007 — Motopress vs L-UASI — Sony Computer Entertainment Europe (BUZZ !)
(Kawża T-302/07)
(2007/C 235/41)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Motopress Werbe- und Verlagsgesellschaft mbH (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentant: avv. L. Wiltschek)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Sony Computer Entertainment Europe Limited
Talbiet tar-rikorrenti
— |
temenda d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tad-29 ta' Ġunju 2007 (Kawża R 1468/2006-2) b'mod li tiġi milqugħa l-oppożizzjoni kontra l-applikazzjoni għal trade mark Nru 4 441 044; |
— |
eventwalment, tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tirrinvija l-kawża lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern; |
— |
tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern sabiex ibati l-ispejjeż tal-proċedimenti quddiem il-Bord ta' l-Appell u tal-proċedimenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: Sony Computer Entertainment Europe Limited.
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “BUZZ !” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 28 u 41 (applikazzjoni Nru 4 441 044).
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: ir-rikorrenti.
Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: trade mark denominattiva Awstrijaka “BUZZ !” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 35 u 38.
Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: ċaħda ta' l-oppożizzjoni.
Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: ċaħda ta' l-appell.
Motivi invokati: ksur ta' l-Art. 74(2) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (1), minħabba nuqqas ta' kunsiderazzjoni tal-provi dwar l-eżistenza tat-trade mark invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni.
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 ta' l-20 ta' Diċembru 1993 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 11, paġ. 1).