This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Indirect taxes on raising capital
Taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital
Taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital
Taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital
SOMMARJU TA’:
Direttiva tal-Kunsill 2008/7/KE — dwar it-taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital
X’INHU L-GĦAN TAD-DIRETTIVA?
PUNTI EWLENIN
It-taxxa u l-kumpaniji kkonċernati
L-għan tad-direttiva huwa li tirregola l-impożizzjoni ta’ taxxi indiretti fuq dawn li ġejjin:
Id-direttiva tapplika għall-kumpaniji segwenti:
F’din id-direttiva “kumpanija ta’ kapital” tfisser kwalunkwe kumpanija, ditta, assoċjazzjoni jew persuna ġuridika:
Id-direttiva tiċċara x’inhu mfisser b’kontribuzzjonijiet ta’ kapital (inkluż il-formazzjoni ta’ jew konverżjoni f’kumpanija ta’ kapital jew iż-żidiet fil-kapital azzjonarju jew permezz ta’ kontribuzzjonijiet ta’ assi jew b’kapitalizzazzjoni ta’ profitti jew riżervi). Tiddefinixxi wkoll operazzjonijiet ta’ ristrutturar bħal inkorporazzjonijiet affettwati mill-kontribuzzjoni ta’ assi jew mill-iskambju ta’ ishma.
Projbizzjoni fuq l-impożizzjoni ta’ taxxa indiretta fuq il-ġbir tal-kapital
Il-pajjiżi tal-UE ma jistgħux jimponu taxxa indiretta fuq il-ġbir tal-kapital lil kumpaniji ta’ kapital.
Dawn it-tranżazzjonijiet jaffettwaw lil dawn li ġejjin b’mod partikolari:
Id-direttiva tipprojbixxi wkoll it-taxxi indiretti fuq il-ħruġ ta’ ċerti titoli u obbligazzjonijiet. Madankollu, il-pajjiżi tal-UE jistgħu jimponu ċerti dazji ta’ trasferiment, tariffi, drittijiet jew it-taxxa fuq il-valur miżjud.
Eżenzjonijiet
Regoli speċjali japplikaw għall-pajjiżi tal-UE li imponew dazju fuq kontribuzzjonijiet ta’ kapital lil kumpaniji ta’ kapital (dazju fuq il-kapital) mill-1 ta’ Jannar 2006. Dawk il-pajjiżi jistgħu jkomplu jimponu d-dazju, li għandu jitħallas b’rata waħda li ma taqbiżx il-1% u jista’ jintalab biss fuq kontribuzzjonijiet ta’ kapital, jiġifieri dazju fuq il-kapital ma jistax jiġi impost fuq tranżazzjonijiet oħra bħal operazzjonijiet ta’ ristrutturar.
Id-dazju fuq il-kapital jista’ jiġi impost biss minn pajjiż tal-UE jekk effettivament iċ-ċentru ta’ ġestjoni tal-kumpanija ta’ kapital tkun tinsab f’dak il-pajjiż fiż-żmien meta sseħħ il-kontribuzzjoni. Barra minn hekk, id-dazju fuq il-kapital jista’ jiġi impost darba biss fl-UE.
Jistgħu jiġu applikati eżenzjonijiet mid-dazju fuq il-kapital għal kumpaniji ta’ kapital li jipprovdu servizz pubbliku jew li jwettqu esklussivament għan kulturali jew soċjali.
MINN META BDIET TAPPLIKA D-DIRETTIVA?
Ilha fis-seħħ mit-12 ta’ Marzu 2008. Kellha ssir liġi fil-pajjiżi tal-UE sal- 31 ta’ Diċembru 2008.
TERMINI EWLENIN
DOKUMENT EWLIENI
Direttiva tal-Kunsill 2008/7/KE tat-12 ta’ Frar 2008 dwar it-taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital (ĠU L 46, 21.2.2008, pp. 11-22)
L-emendi suċċessivi għad-Direttiva 2008/7/KE ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.
l-aħħar aġġornament 07.11.2017