Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Ftehim Qafas bejn l-UE u l-Vjetnam dwar Sħubija u Kooperazzjoni Komprensivi

Ftehim Qafas bejn l-UE u l-Vjetnam dwar Sħubija u Kooperazzjoni Komprensivi

 

SOMMARJU TA’:

Ftehim Qafas dwar Sħubija u Kooperazzjoni Komprensivi bejn l-Unjoni Ewropea (UE) u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Vjetnam, min-naħa l-oħra

Deċiżjoni (UE) 2016/2117 dwar il-konklużjoni, f’isem l-UE, tal-ftehim qafas mal-Vjetnam

Deċiżjoni 2012/279/UE dwar l-iffirmar, f’isem l-UE, tal-ftehim qafas mal-Vjetnam

X’INHU L-GĦAN TAL-FTEHIM U TAD-DEĊIŻJONIJIET?

Id-Deċiżjoni 2012/279/UE tikkonċerna l-iffirmar tal-ftehim qafas f’isem l-Unjoni Ewropea (UE).

Id-Deċiżjoni (UE) 2016/2117 tikkonkludi l-ftehim f’isem l-UE.

L-għanijiet tal-ftehim qafas jinkludu:

  • l-istabbiliment ta’ kooperazzjoni b’mod bilaterali u fil-fora u l-organizzazzjonijiet reġjonali u internazzjonali rilevanti kollha;
  • l-iżvilupp tal-kummerċ u l-investiment bejn il-partijiet;
  • l-istabbiliment ta’ kooperazzjoni fl-oqsma kollha relatati mal-kummerċ u l-investiment ta’ interess reċiproku, b’mod konsistenti u komplementari fir-rigward tal-inizjattivi reġjonali li għaddejjin u futuri bejn l-UE u n-Nazzjonijiet tax-Xlokk tal-Asja;
  • l-istabbiliment ta’ kooperazzjoni fil-qasam tal-ġustizzja u s-sigurtà;
  • it-tisħiħ tal-parteċipazzjoni eżistenti u l-inkoraġġiment ta’ parteċipazzjoni ġdida taż-żewġ partijiet fi programmi ta’ kooperazzjoni sottoreġjonali u reġjonali miftuħa għall-parteċipazzjoni tal-parti l-oħra;
  • li jgħollu r-rwoli u l-profili tal-partijiet fir-reġjuni ta’ xulxin.

PUNTI EWLENIN

Il-ftehim huwa maqsum f’titoli li jkopru oqsma differenti ta’ kooperazzjoni.

  • Kooperazzjoni għall-iżviluppn, b’enfasi fuq l-għanijiet ta’ żvilupp tal-millennju u fil-forma ta’:
    • l-iżvilupp u l-assistenza teknika fi programmi u proġetti li jkun sar qbil reċiproku;
    • il-bini tal-kapaċità, bħal permezz ta’ korsijiet ta’ taħriġ, workshops u seminars, u riċerka konġunta;
    • fil-finanzjament;
    • skambju tal-aħjar prattika dwar l-effettività tal-għajnuna.
  • Paċi u sigurtà, b’enfasi partikolari fuq il-ġlieda kontra:
    • il-proliferazzjoni u t-twassil ta’ armi ta’ qerda tal-massa;
    • il-kummerċ illeċitu ta’ armi żgħar u ħfief;
    • it-terroriżmu.
  • Kwistjonijiet kummerċjali u ta’ investiment inklużi:
  • Il-ġustizzja, b’enfasi fuq diversi kwistjonijiet inkluż:
  • L-iżvilupp soċjoekonomiku, b’kooperazzjoni dwar kwistjonijiet bħal:

Kumitat konġunt, b’rappreżentanti taż-żewġ partijiet, jissorvelja l-implimentazzjoni tal-ftehim u t-twettiq tal-għanijiet tiegħu

DATA TAD-DĦUL FIS-SEĦĦ

Il-ftehim daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Ottubru 2016.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENTI PRINĊIPALI

Ftehim Qafas dwar Sħubija u Kooperazzjoni Komprensivi bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam, min-naħa l-oħra (ĠU L 329, 3.12.2016, pp. 8–42).

Emendi suċċessivi għall-Ftehim Qafas ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/2117 tad-29 ta’ Settembru 2016 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim Qafas dwar Sħubija u Kooperazzjoni Komprensivi bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam, min-naħa l-oħra (ĠU L 329, 3.12.2016, pp. 6–7).

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/279/UE tal-14 ta’ Mejju 2012 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim Qafas dwar Sħubija u Kooperazzjoni Komprensivi bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam min-naħa l-oħra (ĠU L 137, 26.5.2012, pp. 1–2).

DOKUMENTI RELATATI

Avviż dwar id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim Qafas dwar Sħubija u Kooperazzjoni Komprensivi bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam, min-naħa l-oħra (ĠU L 9, 13.1.2017, p. 1).

l-aħħar aġġornament 05.05.2023

Top