Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Strateġija dwar id-drittijiet ta’ persuni b’diżabilità

Strateġija dwar id-drittijiet ta’ persuni b’diżabilità

 

SOMMARJU TA’:

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Unjoni ta’ ugwaljanza: Strateġija dwar id-drittijiet ta’ persuni b’diżabilità 2021-2030

X’INHU L-GĦAN TAL-KOMUNIKAZZJONI?

Din tistabbilixxi strateġija dwar id-drittijiet tal-persuni b’diżabilità għad-deċennju 2021-2030. Għandha l-għan li:

PUNTI EWLENIN

Din l-istrateġija għandha l-għan li ttejjeb il-ħajja tal-persuni b’diżabilità fid-deċennju 2021-2030. Din tiddikjara li l-objettivi jistgħu jintlaħqu biss permezz ta’ azzjoni koordinata kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f’dak tal-UE, b’impenn qawwi mill-Istati Membri u mill-awtoritajiet reġjonali u lokali biex jitwettqu l-azzjonijiet proposti mill-Kummissjoni Ewropea.

Viżjoni u ħtieġa ta’ azzjoni

L-UE hija stabbiliti fil-valuri tal-opportunitajiet ugwali, tal-ġustizzja soċjali, tal-libertà, tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem. It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ara s-sommarju) u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali (ara s-sommarju) jipprovdu l-bażi għall-ġlieda kontra l-forom kollha ta’ diskriminazzjoni (ara n-nondiskriminazzjoni), li jistabbilixxu l-ugwaljanza bħala l-pedament tal-politiki tal-UE.

L-istrateġija tqis id-diversità tad-diżabilità, li tirriżulta mill-interazzjoni bejn l-insuffiċjenzi fiżiċi, mentali, intellettwali jew sensorji fit-tul, li ta’ spiss ikunu inviżibbli, b’ostakli fl-ambjent, kif ukoll il-prevalenza miżjuda tad-diżabilitajiet mal-età. Din tindirizza ostakli speċifiċi li jiffaċċjaw persuni b’diżabilità li jinsabu f’intersezzjoni tal-identitajiet (ġeneru, razza, etniċità, sess, reliġjon), jew f’sitwazzjoni soċjoekonomika diffiċli jew f’sitwazzjoni vulnerabbli oħra Fost il-persuni b’diżabilità, in-nisa, it-tfal, il-persuni anzjani, il-persuni mingħajr dar, ir-refuġjati, il-migranti, ir-Rom u minoranzi etniċi oħra jeħtieġu attenzjoni partikolari.

L-istrateġija tappoġġa t-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali u Ewropa b’saħħitha, li tikkontribwixxi għal UE sostenibbli, reżiljenti, innovattiva u ġusta. Hija parti mill-pjan ta’ azzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali. L-istrateġija hija mfassla biex issaħħaħ ir-rwol tal-Ewropa bħala msieħba globali fil-ġlieda kontra l-inugwaljanzi, fl-ilħuq tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-NU u fil-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem.

L-istrateġija ta’ 10 snin tistabbilixxi inizjattivi ewlenin madwar erba’ temi ewlenin.

L-aċċessibbiltà bħala faċilitatur tad-drittijiet, l-awtonomija u l-ugwaljanza

L-aċċessibbiltà hija prekundizzjoni għall-parteċipazzjoni fis-soċjetà u fl-ekonomija fuq bażi ugwali ma’ oħrajn. Fil-livell tal-UE, il-Kummissjoni se tagħti attenzjoni mill-qrib lill-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni korretti tar-regoli kollha tal-UE li jirregolaw l-aċċessibbiltà, u se tidentifika lakuni u l-ħtieġa ta’ aktar azzjonijiet leġiżlattivi. Il-Kummissjoni se tniedi ċentru Ewropew tar-riżorsi (AccessibleEU) biex iżżid il-koerenza fil-politiki ta’ aċċessibbiltà u tiffaċilita l-aċċess għall-għarfien rilevanti, billi tlaqqa’ flimkien l-awtoritajiet nazzjonali, l-esperti u l-professjonisti mill-oqsma kollha ta’ aċċessibbiltà biex:

  • jaqsmu prattiki tajbin bejn is-setturi;
  • jispiraw l-iżvilupp tal-politika kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f’dak tal-UE;
  • jiżviluppaw għodod u standards li għandhom l-għan li jiffaċilitaw l-implimentazzjoni tad-dritt tal-UE.

Drittijiet bħala ċittadini tal-UE:

Il-persuni b’diżabilità għandhom l-istess dritt bħal ċittadini oħra tal-UE li jiċċaqilqu lejn pajjiż ieħor jew li jipparteċipaw fil-ħajja politika. Sal-aħħar tal-2023, il-Kummissjoni se tipproponi karta Ewropea tad-diżabilità bil-għan li:

  • tiffaċilita r-rikonoxximent reċiproku tal-istatus ta’ diżabilità bejn l-Istati Membri;
  • tgħin lill-persuni b’diżabilità jgawdu d-dritt tagħhom tal-moviment liberu;
  • tiżgura l-parteċipazzjoni ta’ persuni b’diżabilità fil-proċess elettorali.

Aċċess ugwali u nondiskriminazzjoni

L-istrateġija għandha l-għan li tipproteġi lill-persuni b’diżabilità minn kwalunkwe forma ta’ diskriminazzjoni u vjolenza. Għandha l-għan li tiżgura opportunitajiet u aċċess ugwali, inklużi:

  • it-titjib tal-aċċess għall-ġustizzja, il-protezzjoni legali, il-libertà u s-sigurtà;
  • l-għoti ta’ aċċess ugwali għall-protezzjoni soċjali, il-kura tas-saħħa, l-edukazzjoni, u l-prodotti u s-servizzi, inkluż l-akkomodazzjoni;
  • l-għoti ta’ edukazzjoni inklużiva u aċċessibbli;
  • l-għoti ta’ aċċess sostenibbli u ugwali għall-kura tas-saħħa ta’ kwalità għolja, inklużi r-riabilitazzjoni u l-prevenzjoni relatati mas-saħħa;
  • it-titjib tal-aċċess għall-arti u l-kultura, ir-rikreazzjoni, id-divertiment, l-isport u t-turiżmu;
  • it-trawwim tal-parteċipazzjoni fil-proċess demokratiku;
  • l-għoti ta’ akkomodazzjoni aċċessibbli u inklużiva;
  • it-titjib tal-aċċessibbiltà tal-bini u tal-komunikazzjoni;
  • il-parteċipazzjoni fit-tagħlim tul il-ħajja;
  • l-iżvilupp ta’ ħiliet ġodda għal impjiegi ġodda;
  • it-trawwim tal-aċċess għal impjiegi ta’ kwalità u sostenibbli;
  • l-għażla, ir-reklutaġġ, l-impjiegi u l-proċessi taż-żamma jsiru inklużivi għad-diżabilità.

Għajxien indipendenti u awtonomija

Il-persuni b’diżabilità għandhom id-dritt li jgħixu b’mod indipendenti u jagħżlu fejn u ma’ min iridu jgħixu. Biex tappoġġa l-għajxien indipendenti u l-inklużjoni fil-komunità, il-Kummissjoni qed tniedi inizjattiva biex ittejjeb is-servizzi soċjali għall-persuni b’diżabilità, b’enfasi fuq:

  • l-iżgurar ta’ kwalità ta’ ħajja deċenti;
  • l-għoti ta’ servizzi soċjali u ta’ impjiegi ta’ kwalità;
  • l-iżvilupp ta’ għajxien indipendenti;
  • it-tisħiħ tas-servizzi bbażati fil-komunità.

Twettiq effiċjenti

Il-Kummissjoni tistieden lill-Istati Membri u lil kull istituzzjoni tal-UE u lil kull aġenzija tal-UE biex:

  • jikkunsidraw il-ħtiġijiet tal-persuni b’diżabilità meta jfasslu, jimplimentaw u jimmonitorjaw il-politiki, il-leġiżlazzjoni u l-programmi ta’ finanzjament permezz ta’ azzjoni mmirata u l-integrazzjoni;
  • jikkooperaw dwar id-diżabilità ma’ partijiet ikkonċernati oħra, appoġġati mill-użu tal-finanzjament u t-taħriġ tal-UE.

Impenji oħra ta’ twettiq jinkludu:

  • l-għoti ta’ preżenza komprensiva online biex tiġi żgurata l-kontinwità tal-attivitajiet;
  • l-iżgurar ta’ monitoraġġ u rappurtar sodi;
  • it-titjib tal-għarfien u l-governanza, il-kejl tal-progress;
  • l-iżgurar li l-persuni b’diżabilità jkunu parti mid-djalogu u parti mill-proċess ta’ implimentazzjoni;
  • l-integrazzjoni ta’ kwistjonijiet ta’ diżabilità fil-politiki u fl-inizjattivi ewlenin kollha tal-UE;
  • il-promozzjoni tad-drittijiet ta’ persuni b’diżabilità fuq livell globali;
  • it-tisħiħ tal-qafas tal-UE skont il-UNCRPD.

L-Implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità

L-istituzzjonijiet tal-UE għandhom jimpenjaw ruħhom, kif għamlet il-Kummissjoni fid-dokument, biex jaħdmu flimkien u jmexxu bl-eżempju fil-kisba tal-implimentazzjoni tal-UNCRPD fil-livelli tal-UE u dawk nazzjonali.

L-Istati Membri kollha u l-UE huma partijiet għall-konvenzjoni, u huma meħtieġa jippromwovu, jipproteġu u jissodisfaw id-drittijiet tal-bniedem tal-persuni kollha b’diżabilità u jiżguraw l-ugwaljanza tagħhom skont il-liġi. B’din l-istrateġija, il-Kummissjoni tipprovdi l-qafas li jappoġġa l-azzjonijiet tal-UE u tal-Istati Membri biex jimplimentaw il-UNCRPD.

SFOND

Ara wkoll:

DOKUMENT EWLIENI

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Unjoni ta’ ugwaljanza: Strateġija dwar id-drittijiet tal-persuni b’diżabilità 2021-2030 (COM(2021) 101 final, 3.3.2021)

DOKUMENTI RELATATI

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjun — Il-bini ta’ Unjoni Ewropea tas-Saħħa: Rinforzar tar-reżiljenza tal-UE għat-theddid transkonfinali għas-saħħa (COM(2020) 724 final, 11.11.2020)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni –– Mewġa ta’ Rinnovazzjoni għall-Ewropa — L-ekoloġizzazzjoni tal-binjiet tagħna, il-ħolqien tal-impjiegi, it-titjib tal-ħajja (COM(2020) 662 final, 14.10.2020)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Pjan ta’ azzjoni dwar l-edukazzjoni diġitali (2021-2027) (COM(2020) 624 final, 30.9.2020)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Pjan ta’ azzjoni ġdid dwar l-ekonomija ċirkolari (COM(2020) 98 final, 11.3.2020)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Insawru l-futur diġitali tal-Ewropa (COM(2020) 67 final, 19.2.2020)

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Il-Patt Ekoloġiku Ewropew (COM(2019) 640 final, 11.12.2019)

l-aħħar aġġornament 07.07.2021

Top