Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Orizzont 2020 - il-programm għar-riċerka u l-innovazzjoni tal-UE (2014-20)

Legal status of the document This summary has been archived and will not be updated. See 'Orizzont Ewropa — il-programm qafas għar-riċerka u l-innovazzjoni, li jistabbilixxi r-regoli tiegħu għall-parteċipazzjoni u t-tixrid' for an updated information about the subject.

Orizzont 2020 - il-programm għar-riċerka u l-innovazzjoni tal-UE (2014-20)

 

SOMMARJU TA’:

Regolament (UE) Nru 1291/2013 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-20)

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

Orizzont 2020 għandu l-għan li:

  • issaħħaħ il-bażi xjentifika u teknoloġika Ewropea;
  • jisfrutta aħjar il-potenzjal ekonomiku u industrijali tal-politiki dwar l-innovazzjoni, ir-riċerka u t-teknoloġija.

Orizzont 2020 huwa kkumplementat mill-programm ta’ riċerka u taħriġ 2014-18 tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u għandu baġit ta’ €74.3 biljun fuq perjodu ta’ seba’ (7) snin.

Il-programm għandu l-għan li jikkontribwixxi biex tintlaħaq il-mira ta’ 3% tal-prodott domestiku gross (PDG) għar-riċerka u l-iżvilupp (R&D) f’konformità mal-istrateġija Ewropa 2020 tal-UE.

PUNTI EWLENIN

Dan l-għan ġenerali huwa segwit permezz ta’ tliet prijoritajiet:

L-Ewwel Prijorità: Xjenza eċċellenti (€24.441 biljun):

It-Tieni Prijorità: Tmexxija industrijali (€17.015 biljun):

  • tmexxija fit-teknoloġiji abilitanti u industrijali li tappoġġja r-riċerka dwar it-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT), in-nanoteknoloġija, il-materjali avvanzati, il-bijoteknoloġija, manifattura avvanzata u pproċessar u spazju;
  • l-aċċess għall-finanzjament ta’ riskju għandu l-għan li jindirizza n-nuqqasijiet fid-disponibbiltà ta’ dejn (eż. is-self) u ta’ finanzjament mill-bejgħ ta’ ishma (billi jinbiegħu ishma lill-investituri) għar-riċerka u l-iżvilupp;
  • l-innovazzjoni fl-SMEs tagħti għajnuna lill-intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju biex tistimula l-forom kollha ta’ innovazzjoni.

It-Tielet Prijorità: Sfidi tas-soċjetà (€29.679 biljun). Il-finanzjament jiffoka fuq dawn l-għanijiet speċifiċi:

  • is-saħħa, il-bidla demografika u l-benesseri;
  • is-sigurtà alimentari, l-agrikoltura sostenibbli, il-forestrija, ir-riċerka dwar l-ambjent tal-baħar, dak marittimu u l-ilmijiet interni u l-bijoekonomija (jiġifieri il-produzzjoni sostenibbli ta’ riżorsi rinnovabbli mill-art, is-sajd u l-ambjent tal-akkwakultura u l-bidla tagħhom f’ikel, għalf, prodotti b’bażi bijoloġika tal-fibra u bijoenerġija, kif ukoll oġġetti pubbliċi relatati);
  • enerġija sigura, nadifa u effiċjenti;
  • trasport intelliġenti, ekoloġiku u integrat;
  • azzjoni klimatika, ambjent, effiċjenza tar-riżorsi u materja prima;
  • l-Ewropa f’dinja li qed tinbidel - soċjetajiet inklussivi, innovattivi u li jirriflettu (eż. riċerka biex tindirizza l-esklużjoni soċjali u d-diskriminazzjoni);
  • soċjetajiet siguri - il-protezzjoni tal-libertà u s-sigurtà tal-Ewropa u ċ-ċittadini tagħha.

Barra minn hekk, it-tixrid ta’ eċċellenza u t-twessigħ ta’ parteċipazzjoni huma allokati sa massimu ta’ €816.5 miljun biex ikun żgurat li l-benefiċċji ta’ ekonomija mmexxija mill-innovazzjoni (per eżempju billi jinħolqu ċentri ta’ eċċellenza billi jkunu assoċjati istituzzjonijiet ta’ riċerka ma’ istituzzjonijiet, aġenziji jew reġjuni oħra). Ix-xjenza ma’ u għas-soċjetà hija allokata massimu ta’ €462.2 miljun biex tirrekluta talent ġdid għax-xjenza u biex tlaqqa’ l-eċċellenza xjentifika mal-għarfien u responsabbiltà soċjali (li tinvolvi mhux biss xjenzati iżda ċittadini, dawk li jfasslu l-politika u organizzazzjonijiet taċ-ċittadini).

Azzjonijiet diretti mhux nukleari taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC) huma allokati €1.9026 biljun. Il-JRC jipprovdi appoġġ b’saħħtu u bbażat fuq l-evidenza għal politiki tal-UE mmexxija mill-ħtiġijiet tal-konsumaturi (eż. l-effiċjenza fl-enerġija, is-sikurezza tat-trasport u l-previżjoni ta’ rendiment tal-uċuħ).

L-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT) b’kontribut massimu ta’ €2.711 biljun għandu rwol ewlieni permezz tal-Komunitajiet ta’ Konoxxenza u Innovazzjoni (KICs) billi jġib flimkien riċerka eċċellenti, innovazzjoni u edukazzjoni ogħla.

Implimentazzjoni

Orizzont 2020 huwa implimentat permezz tal-programm speċifiku konsolidat stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/743/UE. Huwa ġestit mill-Kummissjoni skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, ir-Regolament Finanzjarju tal-UE.

Forom ta’ appoġġ tal-UE

Orizzont 2020 jappoġġja attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni permezz ta’ għotjiet, premjijiet, akkwisti u strumenti finanzjarji. Jista’ jappoġġja sħubijiet pubbliċi-pubbliċi ma’ programmi ta’ riċerka u innovazzjoni internazzjonali, nazzjonali u reġjonali. Il-fondi Orizzont 2020 jistgħu wkoll ikunu amalgamati ma’ fondi tas-settur privat fi sħubijiet pubbliċi-privati(eż. Inizjattivi Teknoloġiċi Konġunti) f’ċerti oqsma ewlenin.

Ir-Regolament (UE) Nru 1290/2013 jistabbilixxi b’mod dettaljat ir-regoli għal parteċipazzjoni f’attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni mwettqa taħt Orizzont 2020.

MINN META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Ir-regolament ilu japplika mit-23 ta’ Diċembru 2013.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENT EWLIENI

Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, pp. 104-173)

DOKUMENTI RELATATI

Dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni (Programm Qafas) (ĠU C 373, 20.12.2013, pp. 12-15)

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — evalwazzjoni interim ta’ Orizzont 2020: il-massimizzazzjoni tal-impatt tal-programmi tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-UE Lessons learnt from the Horizon 2020 Interim Evaluation and response to the recommendations of the High Level Group on maximising the impact of EU Research and Innovation programmes (COM(2018) 02 final tal-11.1.2018)

Regolament (UE) Nru 1290/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi r-regoli għal parteċipazzjoni u disseminazzjoni f’“Orizzont 2020 - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020)” u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1906/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, pp. 81-103)

Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/743/UEtat-3 ta’ Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-programm speċifiku li jimplimenta Orizzont 2020 - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u li tħassar id-Deċiżjonijiet 2006/971/KE, 2006/972/KE, 2006/973/KE, 2006/974/KE u 2006/975/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, pp. 965-1041)

Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1314/2013 tas-16 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Programm ta’ Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (2014-2018) li jikkumplementa l-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni Orizzont 2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, pp. 948-964)

l-aħħar aġġornament 12.10.2018

Top