EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Aġenda ta' Innovazzjoni Strateġika tal-EIT madwar l-UE

L-Aġenda Strateġika għall-Innovazzjoni tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija tistipula l-prijoritajiet tal-istitut għall-2014 sal-2020 kif ukoll il-proċeduri operattivi tiegħu, bil-ħsieb li tikkontribwixxi għal Ewropa aktar innovattiva.

ATT

Deċiżjoni Nru 1312/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenda Strateġika tal-Innovazzjoni tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT): il-kontribuzzjoni tal-EIT għal Ewropa iktar innovattiva.

SOMMARJU

L-Aġenda Strateġika għall-Innovazzjoni (SIA) tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT), li huwa bbażat f’Budapest, tiddefinixxi l-oqsma ta’ prijorità u strateġiji fit-tul għall-istitut. Tinkludi wkoll valutazzjoni tal-impatt ekonomiku tal-EIT u l-kapaċità li toħloq innovazzjoni b’valur miżjud.

Ħafna mill-attenzjoni tal-SIA hija fuq il-Komunitajiet tal-Għarfien u l-Innovazzjoni (KICs), li 3 minnhom ilhom stabbiliti mill-2010: enerġija sostenibbli (KIC InnoEnergy), adattament għal u mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima (ClimateKIC) u soċjetà futura ta’ informazzjoni u komunikazzjoni (EIT ICT Labs).

Azzjonijiet ewlenin prinċipali tal-SIA

Konsolidazzjoni u trawwim tat-tkabbir u tal-impatt tal-KICs eżistenti: l-EIT għandu jinkoraġġixxi lill-KICs sabiex jiżviluppaw varjetà akbar, u jipprovdu pariri dwar attivitajiet edukattivi u ta’ taħriġ; għandha wkoll tqajjem għarfien dwar l-eżistenza ta’ dawn l-attivitajiet. Għandu jkun hemm sistema ta’ evalwazzjonijiet bejn il-pari għal kwalifiki ittikkettjati EIT.

Ħolqien ta’ KICs ġodda: l-EIT għandu jħejji t-triq għal 5 KICs ġodda:

  • fl-2014, sejħa għal 2 KICs ġodda fuq it-temi ta’ Ħajja b’Saħħitha u Anzjanità Attiva u Materja Prima;
  • fl-2016, sejħa għal 2 KICs ġodda bit-temi ta’ Ikel għall-Futur (Food4Future) u Manifattura b’Valur Mizjud;
  • fl-2018, sejħa għal KIC waħda ġdida bit-tema Molilità Urbana.

L-azzjonijiet l-oħrajn porposti għall-SIA ikollhom l-għan illi:

  • itejbu l-impatt tal-EIT;
  • joħolqu mekkaniżmi ġodda ta’ kunsinna u monitoraġġ iddiżenjati sabiex jipproduċu riżultati;
  • jarmonizzaw u jiċċaraw it-teħid tad-deċiżjonijiet tal-EIT;
  • jinvestu fil-KICs;
  • jinteraġixxu ma' sħab f’forum li jiltaqa’ b’mod regolari.

Baġit EIT għall-2014-20

Madwar EUR 1 695 miljun (62.5% tal-baġit totali tal-EIT) huma ppjanati li jiffinanzjaw il-KICs nominati fl-2009 u li issa qegħdin jitħaddmu; EUR 542 miljun (20%) huma maħsubin għat-tieni mewġa ta’ KICs, EUR 249 milun (9.2%) għat-tielet mewġa u EUR 35 miljun (1.3%) għall-mewġa finali.

Għalhekk, il-baġit proġettat tal-EIT għall-KICs fl-2014-2020 iwassal għal EUR 2.5 biljun (93% tal-baġit totali tal-EIT għall-2014-2020). Permezz tal-effett qawwi ta’ ingranaġġ tal-EIT, il-KICs huma mistennija li jdaħħlu EUR7.5 biljun oħra minn sorsi pubbliċi u privati.

L-EIT se jieħu sehem f’attivitajiet ta’ disseminazzjoni u lħuq, inkluż appoġġ għall-istrateġiji reġjonali għall-innovazzjoni (RIS). Se jikkontribwixxi wkoll għall-programm tal-UE Orizzont 2020, b’mod speċjali fit-termini ta’ sfidi tas-soċjetà .

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Deċiżjoni Nru 1312/2013/UE

23.12.2013

-

ĠU L 347 tal-20.12.2013

04.07.2014

Top