This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Common EU rules for imports
Regoli komuni tal-UE għall-importazzjoni
Regoli komuni tal-UE għall-importazzjoni
Regolament (UE) 2015/478 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet
L-UE topera fuq il-prinċipju li l-prodotti għandhom jiġu importati liberament mingħajr ma jkunu soġġetti għal restrizzjonijiet kwantitattivi (eż. kwoti), għajr jekk ikun hemm miżuri ta’ salvagwardja1 fis-seħħ. Għall-finijiet ta’ trasparenza, fl-2015 l-UE ppubblikat verżjoni kodifikata2 tar-regoli komuni tagħha għall-importazzjoni sabiex tinkludi l-emendi reċenti varji f’biċċa leġiżlazzjoni waħda.
Hija tistabbilixxi:
Ir-regolament japplika għall-importazzjoni ta’ prodotti li joriġinaw minn pajjiżi barra mill-UE, ħlief għal:
Pajjiżi tal-UE għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni Ewropea jekk ix-xejriet fl-importazzjoni jidhru li jeħtiġilhom miżuri ta' sorveljanza jew ta' salvagwardja.
L-investigazzjoni tfittex li tistabbilixxi jekk l-importazzjonijiet ta’ prodott ikunux qed jikkawżaw (jew jheddu li jiġi kkawżat) dannu serju3 lill-produtturi interessati tal-UE. Investigazzjoni normalment għandha titlesta f’9 xhur iżda, f’ċerti każi, tista’ tiġi estiża għal 11-il xahar.
Hija teżamina x-xejra fl-importazzjonijiet, il-kundizzjonijiet li fihom isiru u jekk hemmx dannu serju jew theddida ta' dannu serju għall-produtturi tal-UE li jirriżultaw minn dawn l-importazzjonijiet.
Hija tikkunsidra l-fatturi li ġejjin:
Jekk l-investigazzjoni turi li l-importazzjonijiet tant żdiedu li jikkawżaw (jew jheddu li jikkawżaw) dannu serju lill-produtturi tal-UE, il-Kummissjoni tista’ timponi miżuri ta’ salvagwardja.
L-investigazzjoni tal-UE tista’ twassal għal restrizzjonijiet kwantitattivi fl-importazzjonijiet tal-prodott minn kwalunkwe pajjiż barra mill-UE. Kwoti għall-importazzjoni m’għandhomx ikunu taħt il-livell medju tal-importazzjonijiet fuq il-medda tal-aħħar tliet snin rappreżentattivi li għalihom tkun disponibbli l-istatistika.
Japplikaw salvagwardji għall-importazzjonijiet kollha tal-prodott in kwistjoni, mill-pajjiżi kollha.
L-investigazzjoni tista’ twassal għal sorveljanza minn qabel jew retroattiva tal-UE ta’ prodott. Is-sorveljanza hija sistema ta’ liċenzjar ta' importazzjoni awtomatika fuq perjodu ta’ żmien. Hija ma tirrestrinġix l-importazzjonijiet b’mod retroattiv jew minn qabel. Il-prodotti li kienu taħt sorveljanza preċedenti jistgħu jitpoġġew f'ċirkolazzjoni libera, għalkemm biss mal-preżentazzjoni ta’ dokument tal-importazzjoni approvat mill-awtorità kompetenti nnominata minn pajjiż tal-UE u validu ġewwa l-UE.
Qabel u waqt il-proċedura ta’ investigazzjoni tal-UE, il-Kummissjoni tikkonsulta lill-Kumitat Konsultattiv tas-Salvagwardja (rappreżentanti minn kull pajjiż tal-UE). Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-pajjiżi tal-UE b'kull deċiżjoni li tieħu dwar miżuri ta’ salvagwardja. Bħala punt tat-tluq, miżuri ta’ salvagwardja jistgħu jiġu imposti jekk il-pajjiżi tal-UE jappoġġjawhom permezz ta’ maġġoranza kwalifikata. Ir-regolament jipprovdi wkoll għal ċirkostanzi ta’ votazzjoni speċifiċi oħra
Ebda miżura ta’ salvagwardja ma tista' tiġi applikata għal prodott li joriġina fi stat li qiegħed jiżviluppa li jkun Membru tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ sakemm is-sehem ta' dan il-pajjiż fl-importazzjonijiet tal-prodott in kwistjoni fl-UE ma jaqbiżx it-3 % u s-sehem fl-importazzjoni tal-Istati kollha li qed jiżviluppaw ma jammontax għal aktar minn 9 %.
Huwa japplika mis-.
Għal aktar informazzjoni, ara: “Importazzjoni għal ġewwa l-UE” fuq il-websajt tal-Kummissjoni Ewropea.
Regolament (UE) 2015/478 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet (ĠU L 83, , p. 16-33)
l-aħħar aġġornament