This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62019CJ0874
Judgment of the Court (Third Chamber) of 21 December 2021.#Aeris Invest Sàrl v Single Resolution Board.#Appeal – Economic and monetary union – Banking union – Recovery and resolution of credit institutions and investment firms – Single resolution mechanism for credit institutions and certain investment firms (SRM) – Single Resolution Board (SRB) – Resolution procedure applicable where an entity is failing or is likely to fail – Adoption of a resolution scheme in respect of Banco Popular Español SA – Sale of business tool – Write-down and conversion of capital instruments – Regulation (EU) No 806/2014 – Article 20 – Concept of ‘definitive valuation’ – Consequences – Refusal or failure to proceed with an ex post definitive valuation – Remedies – Action for annulment.#Case C-874/19 P.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-21 ta’ Diċembru 2021.
Aeris Invest Sàrl vs Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB).
Appell – Unjoni Ekonomika u Monetarja – Unjoni Bankarja – Irkupru u riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti ta’ investiment – Mekkaniżmu uniku ta’ riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ta’ ċerti ditti ta’ investiment (SRM) – Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB) – Proċedura ta’ riżoluzzjoni applikabbli fil-każ ta’ inadempjenza kkonfermata jew prevedibbli ta’ entità – Adozzjoni ta’ skema ta’ riżoluzzjoni fir-rigward ta’ Banco Popular Español SA – Għodda ta’ bejgħ ta’ negozju – Żvalutazzjoni u konverżjoni ta’ strumenti kapitali – Regolament (UE) Nru 806/2014 – Artikolu 20 – Kunċett ta’ ‘valwazzjoni definittiva’ – Konsegwenzi – Rifjut jew astensjoni li titwettaq valwazzjoni definittiva ex post – Rimedji ġudizzjarji – Rikors għal annullament.
Kawża C-874/19 P.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-21 ta’ Diċembru 2021.
Aeris Invest Sàrl vs Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB).
Appell – Unjoni Ekonomika u Monetarja – Unjoni Bankarja – Irkupru u riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti ta’ investiment – Mekkaniżmu uniku ta’ riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ta’ ċerti ditti ta’ investiment (SRM) – Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB) – Proċedura ta’ riżoluzzjoni applikabbli fil-każ ta’ inadempjenza kkonfermata jew prevedibbli ta’ entità – Adozzjoni ta’ skema ta’ riżoluzzjoni fir-rigward ta’ Banco Popular Español SA – Għodda ta’ bejgħ ta’ negozju – Żvalutazzjoni u konverżjoni ta’ strumenti kapitali – Regolament (UE) Nru 806/2014 – Artikolu 20 – Kunċett ta’ ‘valwazzjoni definittiva’ – Konsegwenzi – Rifjut jew astensjoni li titwettaq valwazzjoni definittiva ex post – Rimedji ġudizzjarji – Rikors għal annullament.
Kawża C-874/19 P.
Court reports – general – 'Information on unpublished decisions' section
ECLI identifier: ECLI:EU:C:2021:1040
SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla)
21 ta’ Diċembru 2021 ( *1 )
“Appell – Unjoni Ekonomika u Monetarja – Unjoni Bankarja – Irkupru u riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti ta’ investiment – Mekkaniżmu uniku ta’ riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ta’ ċerti ditti ta’ investiment (SRM) – Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB) – Proċedura ta’ riżoluzzjoni applikabbli fil-każ ta’ inadempjenza kkonfermata jew prevedibbli ta’ entità – Adozzjoni ta’ skema ta’ riżoluzzjoni fir-rigward ta’ Banco Popular Español SA – Għodda ta’ bejgħ ta’ negozju – Żvalutazzjoni u konverżjoni ta’ strumenti kapitali – Regolament (UE) Nru 806/2014 – Artikolu 20 – Kunċett ta’ ‘valwazzjoni definittiva’ – Konsegwenzi – Rifjut jew astensjoni li titwettaq valwazzjoni definittiva ex post – Rimedji ġudizzjarji – Rikors għal annullament”
Fil-Kawża C‑874/19 P,
li għandha bħala suġġett appell skont l-Artikolu 56 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, ippreżentat fit‑28 ta’ Novembru 2019,
Aeris Invest Sàrl, stabbilita fil-Lussemburgu (il-Lussemburgu), inizjalment irrappreżentata minn R. Vallina Hoset u A. Sellés Marco, abogados, sussegwentement minn R. Vallina Hoset, E. Galán Burgos u M. Varela Suárez, abogados,
appellanti,
il-parti l-oħra fil-kawża hija:
Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB), irrappreżentat minn J. King, L. Pogarcic Mataija u E. Muratori, bħala aġenti, assistiti minn F. Louis u G. Barthet, avocats, kif ukoll minn H.‑G. Kamann u L. Hesse, Rechstanwälte,
konvenut fl-ewwel istanza,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla),
komposta minn A. Prechal, Presidenta tat-Tieni Awla, li qiegħda taġixxi bħala President tat-Tielet Awla, J. Passer, F. Biltgen, L. S. Rossi u N. Wahl (Relatur), Imħallfin,
Avukat Ġenerali: J. Kokott,
Reġistratur: M. Krausenböck, Amministratriċi,
wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-15 ta’ April 2021,
wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukata Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat‑8 ta’ Lulju 2021,
tagħti l-preżenti
Sentenza
|
1 |
Permezz tal-appell tagħha, Aeris Invest Sàrl qiegħda titlob l-annullament tad-digriet tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal‑10 ta’ Ottubru 2019, Aeris Invest vs SRB (T‑599/18, mhux ippubblikat, iktar ’il quddiem id-“digriet appellat”, EU:T:2019:740), li permezz tiegħu l-Qorti Ġenerali ċaħdet bħala inammissibbli r-rikors tagħha intiż għall-annullament tal-allegat rifjut tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB) li jwettaq valwazzjoni definittiva ex post ta’ Banco Popular Español SA (iktar ’il quddiem “Banco Popular”), li kienet ġiet informata dwaru permezz ta’ ittra tal‑14 ta’ Settembru 2018. |
Il‑kuntest ġuridiku
|
2 |
Skont il-premessa 64 tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑15 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU 2014, L 225, p. 1): “Huwa importanti li t-telf jiġi rrikonoxxut mal-falliment [mal-inadempjenza] tal-entità. Il-valwazzjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet ta’ entitajiet li qed ifallu [entitajiet inadempjenti] għandha tkun ibbażata fuq suppożizzjonijiet ġusti, prudenti u realistiċi fil-mument meta jiġu applikati l-għodda ta’ riżoluzzjoni. Il-valur tal-obbligazzjonijiet m’għandux madankollu jintlaqat fil-valwazzjoni mill-istat finanzjarju tal-entità. Għandu jkun possibbli, għal raġunijiet ta’ urġenza, li [is-SRB] jagħmel valwazzjoni rapida tal-assi jew l-obbligazzjonijiet ta’ entità li tkun qed tfalli. Dik il-valwazzjoni għandha tkun proviżorja u għandha tapplika sakemm titwettaq valwazzjoni indipendenti.” |
|
3 |
Ir-Regolament Nru 806/2014 jinkludi l-Artikolu 20, intitolat “Valwazzjoni tal-għanijiet ta’ riżoluzzjoni”, li jipprovdi: “1. Qabel jiddeċiedi dwar azzjoni ta’ riżoluzzjoni jew l-eżerċizzju tas-setgħa li jagħmel valwazzjoni negattiva [żvalutazzjoni] jew jikkonverti strumenti kapitali rilevanti, [is-SRB] għandu jiżgura li titwettaq valwazzjoni ġusta, prudenti u realistika tal-assi u l-obbligazzjonijiet ta’ entità msemmija fl-Artikolu 2 minn persuna indipendenti minn kwalunkwe awtorità pubblika, inkluż [is-SRB] u l-awtorità nazzjonali ta’ riżoluzzjoni, u mill-entità konċernata. 2. Soġġett għall-paragrafu 15, fejn ir-rekwiżiti kollha stipulati fil-paragrafi 1 u 4 sa 9 jiġu sodisfatti, il-valwazzjoni għandha titqies bħala definittiva. 3. Fejn valwazzjoni indipendenti skont il-paragrafu 1 ma tkunx possibbli, [is-SRB] jista’ jwettaq valwazzjoni provviżorja tal-assi u l-obbligazzjonijiet tal-entità msemmija fl-Artikolu 2, skont il-paragrafu 10 ta’ dan l-Artikolu. 4. L-objettiv tal-valwazzjoni jkun li tivvaluta l-valur tal-assi u l-obbligazzjonijiet ta’ entità msemmija fl-Artikolu 2 li tissodisfa l-kondizzjonijiet għal riżoluzzjoni tal-Artikoli 16 u 18. 5. L-għanijiet tal-valwazzjoni għandhom ikunu:
[…]
6. Bla ħsara għall-qafas tal-Unjoni [Ewropea] dwar l-għajnuna mill-Istat, fejn applikabbli, il-valwazzjoni għandha tkun ibbażata fuq suppożizzjonijiet prudenzjali, inklużi r-rati ta’ inadempjenza u l-gravità tat-telf. Il-valwazzjoni ma tassumi l-ebda għoti potenzjali fil-futur ta’ kwalunkwe għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja kwalunkwe assistenza ta’ likwidità ta’ emerġenza minn bank ċentrali, jew kwalunkwe assistenza ta’ likwidità minn bank ċentali pprovduta skont termini ta’ kollaterilizzazzjoni, maturità u rati tal-imgħax mhux standard, lil entità msemmija fl-Artikolu 2 minn meta tittieħed l-azzjoni ta’ riżoluzzjoni jew jiġu eżerċitati s-setgħat ta’ valwazzjoni negattiva jew konverżjoni tal-istrumenti kapitali rilvanti. […] […] 7. Il-valwazzjoni għandha tkun issupplimentata bl-informazzjoni li ġejja kif tidher fil-kotba tal-kontabbiltà u r-reġistri ta’ entità msemmija fl-Artikolu 2:
[…] 9. Il-valwazzjoni għandha tindika s-subdiviżjoni tal-kredituri fi klassijiet skont il-prijorità tal-pretensjonijiet imsemmija fl-Artikolu 17 u stima tat-trattament li kull klassi ta’ azzjonist u kreditur kienu jkunu mistennija jirċievu, jekk entità msemmija fl-Artikolu 2 kellha tiġi stralċata skont proċedimenti normali ta’ insolvenza. Dik l-istima ma għandhiex taffettwa l-applikazzjoni tal-prinċipju ‘l-ebda kreditur ma jmur agħar’ imsemmi fl-Artikolu 15(1)(g). 10. Fejn, minħabba urġenza taċ-ċirkostanzi tal-każ, jew ma tkunx possibbli konformità mar-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 7 u 9, jew ikun japplika l-paragrafu 3, għandha titwettaq valwazzjoni provviżorja. Il-valwazzjoni provviżorja għandha tkun konformi mar-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 4 u, sa fejn raġonevolment prattikabbli fiċ-ċirkostanzi, mar-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 1, 7 u 9. Il-valwazzjoni provviżorja msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tinkludi buffer għal telf addizzjonali, b’ġustifikazzjoni xierqa. 11. Valwazzjoni li ma tikkonformax mar-rekwiżiti kollha stipulati fil-paragrafi 1, u 4 sa 9 għandha titqies bħala provviżorja sakemm persuna indipendenti kif imsemmi fil-paragrafu 1 twettaq valwazzjoni li tkun konformi bis-sħiħ mar-rekwiżiti kollha stipulati f’dawk il-paragrafi. Dik il-valwazzjoni ex-post definittiva għandha titwettaq hekk malli jkun prattikabbli. Tista’ titwettaq separatament mill-valwazzjoni msemmija fil-paragrafi 16, 17 u 18, jew simultanjament magħha u mill-istess persuna indipendenti bħall-valwazzjoni, li iżda għandha tkun distinta minnha. L-għanijiet tal-valwazzjoni ex-post definittiva għandhom ikunu:
12. Fil-każ li l-istima tal-valwazzjoni ex-post definittiva tal-valur tal-assi netti ta’ entità msemmija fl-Artikolu 2 tkun ogħla mill-istima tal-valwazzjoni provviżorja tal-valur tal-assi netti ta’ dik l-entità, [is-SRB] jitlob lill-awtorità nazzjonali ta’ riżoluzzjoni biex:
13. Minkejja l-paragrafu 1, valwazzjoni provviżorja mwettqa skont il-paragrafi 10 u 11 għandha tkun bażi valida [għas-SRB] biex jieħu deċiżjoni dwar azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni, inkluż l-għoti ta’ istruzzjonijiet lill-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni biex jieħdu l-kontroll ta’ istituzzjoni li qed tfalli [istituzzjoni inadempjenti] jew li jeżerċita setgħat ta’ valwazzjoni negattiva jew konverżjoni tal-istrumenti kapitali rilvanti. 14. [Is-SRB] għandu jistabbilixxi u jżomm fis-seħħ arranġamenti li jiżguraw li l-valutazzjoni għall-applikazzjoni tal-għodda ta’ rikapitalizzazzjoni interna skont l-Artikolu 27 u l-valwazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 sa 15 ta’ dan l-Artikolu huma bbażati fuq l-informazzjoni dwar l-assi u l-obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, u li din tkun aġġornata u kompluta kif raġonevolment possibbli. 15. Il-valwazzjoni għandha tkun parti integrali tad-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni ta’ għodda ta’ riżoluzzjoni jew dwar l-eżerċizzju ta’ setgħa ta’ riżoluzzjoni jew id-deċiżjoni dwar l-eżerċizzju tas-setgħa ta’ valwazzjoni negattiva jew konverżjoni ta’ strumenti kapitali. Il-valwazzjoni nnifisha ma għandhiex tkun soġġetta għal dritt ta’ appell separat iżda tista’ tkun soġġetta għal appell flimkien mad-deċiżjoni [tas-SRB]. 16. Għall-finijiet li jiġi vvalutat jekk l-azzjonisti u l-kredituri kinux jieħdu trattament aħjar li kieku l-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni daħlet fi proċedimenti normali ta’ insolvenza, [is-SRB] għandu jiżgura li tiġi mwettqa valwazzjoni minn persuna indipendenti kif imsemmi fil-paragrafu 1 malajr kemm jista’ jkun wara li jkunu daħlu fis-seħħ l-azzjoni jew l-azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni. Dik il-valwazzjoni għandha tkun separata mill-valwazzjoni mwettqa skont il-paragrafi minn 1 sa 15. 17. Il-valwazzjoni msemmija fil-paragrafu 16 għandha tiddetermina:
[…]” |
Il‑fatti li wasslu għat‑tilwima
|
4 |
Il-fatti li wasslu għat-tilwima ġew esposti fil-punti 1 sa 23 tad-digriet appellat u jistgħu, għall-finijiet ta’ din il-proċedura, jitqassru kif ġej. |
|
5 |
L-appellanti, Aeris Invest, kienet azzjonista ta’ Banco Popular meta kienet adottata, fir-rigward ta’ din tal-aħħar, skema ta’ riżoluzzjoni abbażi tar-Regolament Nru 806/2014 |
|
6 |
Għall-finijiet tal-adozzjoni ta’ deċiżjoni ta’ riżoluzzjoni, kienet twettqet valwazzjoni ta’ Banco Popular, skont l-Artikolu 20 tar-Regolament Nru 806/2014. Għal dan il-għan, fl-ewwel lok, ġew stabbiliti żewġ rapporti. |
|
7 |
L-ewwel rapport (iktar ’il quddiem l-“ewwel rapport ta’ valwazzjoni”), bid-data tal‑5 ta’ Ġunju 2017, kien ġie stabbilit mis-SRB abbażi tal-Artikolu 20(5)(a) ta’ dan ir-regolament u kellu bħala għan li jipprovdi l-elementi li jippermettu li jiġi ddeterminat jekk kinux issodisfatti l-kundizzjonijiet sabiex tinbeda proċedura ta’ riżoluzzjoni. |
|
8 |
It-tieni rapport (iktar ’il quddiem it-“tieni rapport ta’ valwazzjoni”), bid-data tas‑6 ta’ Ġunju 2017, kien ġie stabbilit minn espert indipendenti, b’applikazzjoni tal-Artikolu 20(10) tar-Regolament Nru 806/2014. L-għan ta’ din il-valwazzjoni kien li ssir stima tal-valur tal-attiv u tal-passiv ta’ Banco Popular, li tingħata stima dwar it-trattament li minnu kienu jibbenefikaw l-azzjonisti u l-kredituri li kieku Banco Popular kienet is-suġġett ta’ proċedura normali ta’ insolvenza, kif ukoll li jiġu identifikati l-elementi li jippermettu li tittieħed id-deċiżjoni dwar l-azzjonijiet u l-istrumenti ta’ sjieda li għandhom jiġu ttrasferiti u li jippermettu lis-SRB jiddetermina liema kienu l-kundizzjonijiet kummerċjali għall-finijiet tal-għodda ta’ bejgħ ta’ negozju. |
|
9 |
Fis‑7 ta’ Ġunju 2017, is-SRB adotta d-Deċiżjoni SRB/EES/2017/08, dwar skema ta’ riżoluzzjoni fir-rigward ta’ Banco Popular (iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni ta’ riżoluzzjoni”). Fl-istess jum, il-Kummissjoni Ewropea adottat id-Deċiżjoni (UE) 2017/1246, li tapprova l-iskema ta’ riżoluzzjoni għall-Banco Popular Español S.A. (ĠU 2017, L 178, p. 15, rettifika fil-ĠU 2017, L 320, p. 31). Dejjem fl-istess jum, il-Fondo de Reestructuración Ordenada Bancaria (il-Fond ta’ Ristrutturazzjoni Organizzata ta’ Stabbilimenti Bankarji, iktar ’il quddiem il-“FROB”) adotta l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni tad-deċiżjoni ta’ riżoluzzjoni. |
|
10 |
Skont l-Artikolu 5(1) tad-deċiżjoni ta’ riżoluzzjoni: “L-għodda ta’ riżoluzzjoni applikata għal Banco Popular għandha tikkonsisti fil-bejgħ ta’ negozju skont l-Artikolu 24 tar-Regolament Nru 806/2014 permezz tat-trasferiment tal-azzjonijiet lil akkwirent. L-iżvalutazzjoni u l-konverżjoni tal-istrumenti kapitali għandhom jitwettqu immedjatament qabel l-applikazzjoni tal-għodda ta’ bejgħ ta’ negozju.” [traduzzjoni mhux uffiċjali] |
|
11 |
L-Artikolu 6 tad-deċiżjoni ta’ riżoluzzjoni, dwar l-iżvalutazzjoni tal-istrumenti kapitali u l-għodda ta’ bejgħ ta’ negozju, jinkludi paragrafu 1 li jipprovdi li s-SRB jiddeċiedi, essenzjalment:
|
|
12 |
Skont l-Artikolu 6(3) tad-deċiżjoni ta’ riżoluzzjoni, dawn il-miżuri ta’ żvalutazzjoni u ta’ konverżjoni huma bbażati fuq it-tieni rapport ta’ valwazzjoni, ikkorroborat mir-riżultati ta’ proċess ta’ bejgħ trasparenti u bil-miftuħ imwettaq mill-FROB. |
|
13 |
Is-SRB ordna wkoll, fl-Artikolu 6(5) tad-deċiżjoni ta’ riżoluzzjoni, it-trasferiment tal-“azzjonijiet ġodda II” lil Banco Santander SA, ħielsa u liberi minn kull dritt jew privileġġ ta’ terz, bħala korrispettiv għall-ħlas tal-prezz tax-xiri ta’ EUR 1, filwaqt li ppreċiża li x-xerrej kien diġà ta l-kunsens tiegħu għat-trasferiment. |
|
14 |
Fit‑18 ta’ Settembru 2017, l-appellanti ppreżentat rikors quddiem il-Qorti Ġenerali, irreġistrat bin-numru T‑628/17, intiż għall-annullament tad-deċiżjoni ta’ riżoluzzjoni kif ukoll tad-Deċiżjoni 2017/1246. |
|
15 |
Fl‑4 ta’ Mejju 2018, l-appellanti ressqet quddiem is-SRB talba għal aċċess għal dokumenti abbażi tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331), fir-rigward tat-tieni rapport ta’ valwazzjoni definittiv (iktar ’il quddiem il-“valwazzjoni definittiva ex post”), previst fl-Artikolu 20(11) tar-Regolament Nru 806/2014 u fir-rigward tar-rapport finali tal-espert indipendenti dwar il-valwazzjoni, previst fl-Artikolu 20(16) u (17) ta’ dan l-aħħar regolament, li kien intiż li jiddetermina jekk l-azzjonisti u l-kredituri affettwati mill-iskema ta’ riżoluzzjoni ta’ Banco Popular kinux jibbenefikaw minn trattament aħjar li kieku l-istituzzjoni kienet is-suġġett ta’ proċedura normali ta’ insolvenza (iktar ’il quddiem it-“tielet rapport ta’ valwazzjoni”). |
|
16 |
Fl‑14 ta’ Ġunju 2018, is-SRB irċieva t-tielet rapport ta’ valwazzjoni. |
|
17 |
Fid‑19 ta’ Ġunju 2018, is-SRB wieġeb għat-talba msemmija fil-punt 15 ta’ din is-sentenza billi indika, minn naħa, li huwa kien irċieva t-tielet rapport ta’ valwazzjoni u li kienet ser tiġi ppreparata verżjoni mhux kunfidenzjali tiegħu qabel il-pubblikazzjoni tiegħu u, min-naħa l-oħra, li huwa ma kellux il-valwazzjoni definittiva ex post. |
|
18 |
Fit‑30 ta’ Lulju 2018, fil-kuntest tal-proċedura fil-Kawża T‑628/17, bi tweġiba għal miżura ta’ organizzazzjoni tal-proċedura, is-SRB indika li ma kienx ser jipprepara verżjoni ex post tal-ewwel rapport ta’ valwazzjoni u li t-tieni rapport ta’ valwazzjoni ma kienx ser jiġi segwit b’valwazzjoni definittiva ex post, filwaqt li ppreċiża għal liema raġunijiet. |
|
19 |
F’dan ir-rigward, is-SBR indika li, “minħabba l-karatteristiċi partikolari tal-każ preżenti, [kien] wasal għall-konklużjoni li valwazzjoni [definittiva] ex post ma kien ser ikollha ebda għan prattiku fil-kuntest tal-Artikolu 20(11) tar-Regolament Nru 806/2014, u lanqas ma kienet ser twassal għal deċiżjoni ta’ kumpens prevista fl-Artikolu 20(12) tar-Regolament Nru 806/2014”. Huwa rrileva li valwazzjoni definittiva ex post ma setgħetx tkun meħtieġa meta ma tkunx tista’ tilħaq l-għanijiet tagħha u spjega għal liema raġunijiet dan kien il-każ f’din il-kawża. Din it-tweġiba ġiet innotifikata mill-Qorti Ġenerali lill-appellanti fit‑2 ta’ Awwissu 2018. |
|
20 |
Fl-istess jum, is-SRB bagħat ittra lill-espert indipendenti, ifformulata kif ġej: “Wara eżami bir-reqqa tal-qafas legali, is-SRB iqis, fid-dawl taċ-ċirkustanzi tar-riżoluzzjoni ta’ Banco Popular, li ma huwiex neċessarju li jipprepara valwazzjoni definittiva ex post imsemmija fl-Artikolu 20(11) tar-Regolament Nru 806/2014, b’mod partikolari sa fejn it-twettiq ta’ tali valwazzjoni ma jistax ikollu effett fuq it-trasferiment ta’ Banco Popular lil Banco Santander, li stabbilixxiet il-prezz tas-suq ta’ Banco Popular bħala entità fil-kuntest ta’ proċedura miftuħa, ġusta u trasparenti.” |
|
21 |
L-għada, l-appellanti intimat lis-SRB, abbażi tal-Artikolu 265 TFUE, sabiex jiżgura li titwettaq valwazzjoni definittiva ex post ta’ Banco Popular, prevista fl-Artikolu 20(11) tar-Regolament Nru 806/2014, minn persuna indipendenti. |
|
22 |
Fis‑7 ta’ Awwissu 2018, is-SRB ippubblika komunikazzjoni dwar l-“Avviż [tas-SRB] tat-2 ta’ Awwissu 2018 rigward id-deċiżjoni preliminari tiegħu dwar jekk jeħtieġx li jingħata kumpens lill-azzjonisti u lill-kredituri li fir-rigward tagħhom l-azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni li jikkonċernaw lil Banco Popular […] ikunu ġew affettwati u t-tnedija tal-proċess għad-dritt tas-smigħ (SRB/EES/2018/132)” (ĠU 2018, C 277 I, p. 1), li miegħu kien hemm it-tielet rapport ta’ valwazzjoni. F’dan l-avviż kien indikat dan li ġej: “Mi[t-tielet rapport ta’ valwazzjoni] jidher li m’hemm l-ebda differenza bejn it-trattament attwali tal-Azzjonisti u l-Kredituri Milquta u t-trattament li kienu jieħdu li kieku l-Istituzzjoni kienet soġġetta għal proċedimenti normali ta’ insolvenza fid-data tar-riżoluzzjoni. Fid-dawl ta’ dan t’hawn fuq, l-SRB, fl-Avviż, jiddeċiedi fuq bażi preliminari li mhuwiex meħtieġ iħallas kumpens lill-Azzjonisti u lill-Kredituri Milquta […]. Sabiex l-SRB ikun jista jieħu d-deċiżjoni finali tiegħu dwar jekk jeħtieġx li jingħata kumpens, l-SRB jistieden permezz tal-Avviż lill-Azzjonisti u lill-Kredituri Milquta biex jesprimu interess fl-eżerċitar tad-dritt tagħhom li jinstemgħu fir-rigward tad-deċiżjoni preliminari t’hawn fuq tal-SRB, billi jsegwu l-proċedura ta’ konsultazzjoni […]”. |
|
23 |
Fl‑10 ta’ Settembru 2018, l-appellanti ressqet quddiem is-SRB talba għal aċċess għal dokumenti abbażi tar-Regolament Nru 1049/2001, fir-rigward tal-komunikazzjonijiet kollha bejn is-SRB u l-Kummissjoni dwar il-valwazzjoni definittiva ex post, b’mod partikolari dawk li jinformaw lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tiegħu li ma jwettaqx din il-valwazzjoni u, jekk ikun il-każ, dawk li jitolbu l-awtorizzazzjoni tagħha, kif ukoll it-tweġibiet tal-Kummissjoni, filwaqt li jiġi ppreċiżat, jekk ikun il-każ, jekk tali awtorizzazzjoni kinitx ingħatat. |
|
24 |
Permezz ta’ ittra tal‑14 ta’ Settembru 2018 (iktar ’il quddiem l-“ittra kontenzjuża”), is-SRB wieġeb għall-intimazzjoni tal-appellanti msemmija fil-punt 21 ta’ din is-sentenza u indika li xtaq jinformaha li, fid-dawl tal-karatteristiċi partikolari tal-każ, jiġifieri l-użu tal-għodda ta’ bejgħ ta’ negozju sabiex jitwettaq it-trasferiment tal-azzjonijiet, huwa kien qies li valwazzjoni ex post ma kienet ser isservi ebda għan prattiku fil-kuntest tal-Artikolu 20(11) tar-Regolament Nru 806/2014, u lanqas ma kienet ser twassal għal deċiżjoni ta’ kumpens prevista fl-Artikolu 20(12) ta’ dan ir-regolament u li, għalhekk, ma kinitx ser titwettaq valwazzjoni definittiva ex post. Is-SRB fakkar li huwa kien diġà esprima din l-opinjoni fil-kuntest tal-proċedura fil-Kawża T‑628/17 u li għalhekk l-appellanti kienet diġà ġiet informata dwar dan. |
|
25 |
Fit‑28 ta’ Settembru 2018, wara amalgamazzjoni permezz ta’ akkwist, Banco Santander saret l-aventi kawża b’titolu universali ta’ Banco Popular. F’dan il-kuntest, il-FROB ta l-kunsens tiegħu għat-trasferiment tal-azzjonijiet il-ġodda ta’ Banco Popular li rriżultaw mill-konverżjoni tal-istrumenti kapitali tal-kategorija 2 lil Banco Santander. |
|
26 |
Fl‑4 ta’ Ottubru 2018, is-SRB wieġeb għat-talba msemmija fil-punt 23 ta’ din is-sentenza, kif ukoll għal talba għal aċċess għal dokumenti tas‑16 ta’ Awwissu 2018 fir-rigward tad-dokumenti interni jew preparatorji tas-SRB dwar il-valwazzjoni definittiva ex post u dwar il-komunikazzjonijiet bejn is-SRB u l-espert indipendenti marbuta ma’ din il-valwazzjoni. Minn naħa, is-SRB irrifjuta l-aċċess għad-dokumenti interni, għall-komunikazzjonijiet bejnu u l-Kummissjoni u għat-tweġibiet tal-Kummissjoni dwar il-valwazzjoni definittiva ex post abbażi tal-Artikolu 4(2) u (3) tar-Regolament Nru 1049/2001. Min-naħa l-oħra, huwa kkomunikalha l-ittra li huwa kien bagħat lill-imsemmi espert fit‑2 ta’ Awwissu 2018. |
Il‑proċedura quddiem il‑Qorti Ġenerali u d‑digriet appellat
|
27 |
Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fil‑5 ta’ Ottubru 2018, l-appellanti ppreżentat rikors intiż għall-annullament tal-ittra kontenzjuża. |
|
28 |
Permezz tad-digriet appellat, il-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors bħala inammissibbli għar-raġuni li l-ittra kontenzjuża ma kinitx tikkostitwixxi att li jista’ jiġi kkontestat, fis-sens tal-Artikolu 263 TFUE. |
|
29 |
Għal dan il-għan, il-Qorti Ġenerali qieset, preliminarjament, li, sabiex jiġi ddeterminat jekk l-ittra kontenzjuża kinitx tikkostitwixxi tali att sa fejn, kif kienet qiegħda ssostni l-appellanti, kien fiha d-deċiżjoni tas-SRB li ma jwettaqx valwazzjoni definittiva ex post ta’ Banco Popular, kellu jiġi eżaminat jekk din id-deċiżjoni kinitx ser tipproduċi hija stess effett legali vinkolanti ta’ natura li jaffettwaw is-sitwazzjoni legali tal-appellanti. |
|
30 |
Wara li esponiet il-kontenut tal-Artikolu 20(11) u (12) tar-Regolament Nru 806/2014, il-Qorti Ġenarali rrilevat li l-valwazzjoni definittiva ex post kellha żewġ għanijiet. |
|
31 |
Fir-rigward tal-ewwel għan, imsemmi fl-Artikolu 20(11)(a) tar-Regolament Nru 806/2014 u intiż sabiex jiġi żgurat li kull telf imġarrab fuq l-assi ta’ entità msemmija fl-Artikolu 2 ta’ dan ir-regolament jittieħed kompletament inkunsiderazzjoni fil-kontabbiltà tal-entità kkonċernata, il-Qorti Ġenerali indikat li, skont id-deċiżjoni ta’ riżoluzzjoni, wara l-eżerċizzju tas-setgħa ta’ żvalutazzjoni u ta’ konverżjoni tal-istrumenti kapitali ta’ Banco Popular, l-azzjonijiet kollha ta’ Banco Popular kienu ġew ittrasferiti lil Banco Santander b’applikazzjoni tal-għodda ta’ bejgħ ta’ negozju. Minn dan hija ddeduċiet li kienet Banco Santander li kellha tiżgura li kull telf eventwali mġarrab jittieħed inkunsiderazzjoni fil-kontabbiltà, waqt il-konsolidazzjoni tal-attiv u tal-passiv ta’ Banco Popular. |
|
32 |
Fir-rigward tat-tieni għan, imsemmi fl-Artikolu 20(11)(b) tar-Regolament Nru 806/2014 u li jikkonsisti fil-provvista tal-elementi li jippermettu li tingħata deċiżjoni dwar l-irkupru tal-pretensjonijiet jew iż-żieda fil-valur tal-korrispettiv imħallas, il-Qorti Ġenerali enfasizzat li din id-dispożizzjoni kellha tinqara fid-dawl tal-Artikolu 20(12) ta’ dan ir-regolament li jipprovdi li, jekk, wara li titwettaq il-valwazzjoni definittiva ex post, l-istima li tirriżulta minn din il-valwazzjoni tkun ogħla minn dik li tirriżulta mill-valwazzjoni provviżorja, is-SRB jista’ jitlob lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni nazzjonali sabiex jew iżżid il-valur tal-pretensjonijiet tal-kredituri jew tal-proprjetarji ta’ strumenti kapitali rilevanti li kienu ġew żvalutati bis-saħħa tal-għodda ta’ rikapitalizzazzjoni interna, jew sabiex tagħti istruzzjonijiet lil istituzzjoni tranżitorja jew lil struttura ta’ mmaniġġjar tal-assi sabiex iħallsu korrispettiv supplimentari lil istituzzjoni suġġetta għal proċedura ta’ riżoluzzjoni. |
|
33 |
Peress li din l-aħħar dispożizzjoni tindika espressament il-każijiet li fihom jista’ jingħata kumpens, permezz ta’ żieda fil-valur tal-pretensjonijiet jew il-ħlas ta’ korrispettiv supplimentari, wara li titwettaq valwazzjoni definittiva ex post, jiġifieri biss meta l-iskema ta’ riżoluzzjoni applikata għall-entità tkun jew l-għodda ta’ rikapitalizzazzjoni interna prevista fl-Artikolu 27 tar-Regolament Nru 806/2014, jew l-għodda ta’ istituzzjoni tranżitorja msemmija fl-Artikolu 25 ta’ dan ir-regolament, jew l-għodda ta’ separazzjoni tal-assi msemmija fl-Artikolu 26 tal-imsemmi regolament, il-Qorti Ġenerali osservat li dawn l-għodda ta’ riżoluzzjoni ma kinux ġew applikati f’dan il-każ peress li l-għodda ta’ riżoluzzjoni adottata fir-rigward ta’ Banco Popular kienet dik ta’ bejgħ ta’ negozju prevista fl-Artikolu 24 tar-Regolament Nru 806/2014, u li l-applikazzjoni ta’ din l-għodda kienet wasslet għall-bejgħ ta’ Banco Popular kollha lil Banco Santander. |
|
34 |
Il-Qorti Ġenerali għalhekk ikkonstatat li l-għodda ta’ bejgħ ta’ negozju applikata għal Banco Popular ma kinitx tagħmel parti mill-każijiet imsemmija fl-Artikolu 20(12) tar-Regolament Nru 806/2014 li fihom seta’ jitħallas kumpens wara valwazzjoni definittiva ex post u, barra minn hekk, li din id-dispożizzjoni ma kinitx tippermetti l-kumpens tal-ex azzjonisti u tal-ex kredituri ta’ entità li l-istrumenti kapitali tagħha kienu ġew kompletament ikkonvertiti, żvalutati u ttrasferiti lil terz. |
|
35 |
Sussegwentement, il-Qorti Ġenerali ċaħdet l-argument tal-appellanti li l-valwazzjoni definittiva ex post taffettwa direttament is-sitwazzjoni legali tal-ex azzjonisti ta’ Banco Popular u, li kieku l-istima tal-valur tas-suq ta’ din tal-aħħar kienet ogħla minn dik li tirriżulta mit-tieni rapport ta’ valwazzjoni, l-imsemmija azzjonisti kien ikollhom dritt għal kumpens taħt l-Artikolu 20 tar-Regolament Nru 806/2014. |
|
36 |
Hija qieset li, permezz ta’ dan l-argument, l-appellanti kienet qiegħda ssostni, essenzjalment, li, li kieku twettqet valwazzjoni definittiva ex post ta’ Banco Popular, hija kienet tkun tista’ titlob l-irkupru tal-pretensjonijiet tagħha jew iż-żieda fil-valur tal-korrispettiv imħallas minn Banco Santander, u indikat li tali argument ma setax jirnexxi peress li, fil-kuntest tar-riżoluzzjoni ta’ Banco Popular, l-istrumenti kapitali addizzjonali tal-kategorija 1 kienu ġew ikkonvertiti f’azzjonijiet, żvalutati kompletament u kkanċellati u l-istrumenti kapitali tal-kategorija 2 kienu ġew ikkonvertiti, żvalutati u ttrasferiti kompletament lil Banco Santander. Minn dan hija kkonkludiet li l-ex azzjonisti ta’ Banco Popular kienu tilfu l-kwalità tagħhom ta’ azzjonisti minħabba l-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ riżoluzzjoni. |
|
37 |
Issa, peress li l-appellanti sostniet, fir-rikors tagħha, li l-ittra kontenzjuża kienet tipprekludiha milli jkollha aċċess għall-valwazzjoni definittiva ex post ta’ bank “li tiegħu hija azzjonista” jew, fir-replika tagħha, li hija xtaqet tikseb tali valwazzjoni sabiex tinvoka d-drittijiet tagħha “bħala azzjonista ta’ Banco Popular”, il-Qorti Ġenerali għalhekk weġbitha li, wara l-eżerċizzju tas-setgħa ta’ żvalutazzjoni u ta’ konverżjoni tal-istrumenti kapitali ta’ Banco Popular, segwit mit-trasferiment tal-azzjonijiet kollha li jeżerċitaw minn dan l-eżerċizzju lil Banco Santander, l-appellanti ma kinitx għadha żżomm strumenti kapitali li setgħu jkunu s-suġġett ta’ kumpens abbażi tal-Artikolu 20(12) tar-Regolament Nru 806/2014. |
|
38 |
Għall-finijiet taċ-ċaħda tal-argument tal-appellanti, il-Qorti Ġenerali ppreċiżat li kien hemm lok li ssir distinzjoni bejn it-tielet rapport ta’ valwazzjoni, previst fl-Artikolu 20(16) tar-Regolament Nru 806/2014, u l-valwazzjoni definittiva ex post, imsemmija fl-Artikolu 20(11) ta’ dan ir-regolament, peress li l-għan tat-tielet rapport ta’ valwazzjoni kien li jiġi ddeterminat jekk l-azzjonisti u l-kredituri kinux jibbenefikaw minn trattament aħjar li kieku l-istituzzjoni suġġetta għal proċedura ta’ riżoluzzjoni kienet is-suġġett ta’ proċedura normali ta’ insolvenza u, eventwalment, li jingħatalhom kumpens. Il-Qorti Ġenerali kkunsidrat li, filwaqt li l-appellanti potenzjalment kellha dritt għal kumpens abbażi tat-tielet rapport ta’ valwazzjoni, hija ma setgħetx titlob dan abbażi tal-valwazzjoni definittiva ex post. |
|
39 |
Il-Qorti Ġenerali għalhekk iddeċidiet li s-sitwazzjoni legali tal-appellanti ma kinitx ser tiġi affettwata mill-valwazzjoni definittiva ex post ta’ Banco Popular u li, għaldaqstant, id-deċiżjoni tas-SRB li ma jwettaqx din il-valwazzjoni ma kinitx tipproduċi effetti legali vinkolanti ta’ natura li jaffettwaw din is-sitwazzjoni. Għaldaqstant, skont il-Qorti Ġenerali, l-ittra kontenzjuża ma tistax tkun att li jista’ jiġi kkontestat, fis-sens tal-Artikolu 263 TFUE, sa fejn l-appellanti ssostni li l-imsemmija ittra tipproduċi tali effetti minħabba l-fatt li tinkludi din id-deċiżjoni. |
|
40 |
Fl-aħħar nett, il-Qorti Ġenerali ċaħdet l-argument tal-appellanti li hija biss il-possibbiltà li tippreżenta rikors kontra l-ittra kontenzjuża li tiggarantilha d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva ggarantit mill-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”) peress li, skont il-ġurisprudenza, minkejja li l-kundizzjoni dwar l-effetti legali vinkolanti ta’ natura li jaffettwaw l-interessi tar-rikorrent billi jbiddlu b’mod sinjifikattiv is-sitwazzjoni legali tiegħu għandha tiġi interpretata fid-dawl tal-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva, tali interpretazzjoni ma tistax twassal sabiex twarrab din il-kundizzjoni mingħajr ma jinqabżu l-kompetenzi attribwiti mit-Trattat lill-qrati tal-Unjoni. |
It‑talbiet tal‑partijiet
|
41 |
L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
|
|
42 |
Is-SRB jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
|
Fuq it‑talba għall‑ftuħ mill‑ġdid tal‑proċedura orali
|
43 |
Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja fit‑18 ta’ Ottubru 2021, l-appellanti talbet li jiġi ordnat il-ftuħ mill-ġdid tal-fażi orali tal-proċedura billi sostniet, insostenn ta’ din it-talba, li s-sentenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem tal‑14 ta’ Settembru 2021, Pintar et vs Is‑Slovenja, tqajjem żviluppi ġodda, li ma ġewx diskussi mill-partijiet, dwar id-dritt għal rimedju effettiv fil-qasam tar-riżoluzzjoni bankarja u d-dritt ta’ aċċess għall-informazzjoni dwar ir-riżoluzzjoni, drittijiet dawn li huma marbuta mill-qrib mal-artikoli tal-Karta invokati fil-kuntest ta’ dan l-appell. |
|
44 |
F’dan ir-rigward għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 83 tar-Regoli tal-Proċedura tagħha, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’, f’kull ħin, wara li jinstema’ l-Avukat Ġenerali, tordna l-ftuħ jew il-ftuħ mill-ġdid tal-fażi orali tal-proċedura, b’mod partikolari meta tqis li ma għandhiex informazzjoni biżżejjed jew meta waħda mill-partijiet tippreżenta, wara l-għeluq ta’ din il-fażi, fatt ġdid ta’ natura li jeżerċita influwenza deċiżiva fuq id-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja (sentenza tas‑26 ta’ Ottubru 2016, Orange vs Il‑Kummissjoni, C‑211/15 P, EU:C:2016:798, punt 10 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
45 |
Dan ma huwiex il-każ hawnhekk. Fil-fatt, il-Qorti tal-Ġustizzja, wara li nstemgħet l-Avukata Ġenerali, tqis li hija għandha l-elementi kollha neċessarji sabiex tiddeċiedi u li l-imsemmija sentenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem tal‑14 ta’ Settembru 2021, Pintar et vs Is‑Slovenja, ma tikkostitwixxix fatt ġdid ta’ natura li jeżerċita influwenza deċiżiva fuq id-deċiżjoni tagħha f’din il-kawża. |
|
46 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, il-Qorti tal-Ġustizzja tqis li ma hemmx lok li jiġi ordnat il-ftuħ mill-ġdid tal-fażi orali tal-proċedura. |
Fuq l‑appell
|
47 |
Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka erba’ aggravji. Permezz tal-ewwel aggravju, hija ssostni li huwa bi ksur tal-Artikolu 47 tal-Karta u tal-Artikolu 20 tar-Regolament Nru 806/2014 li l-Qorti Ġenerali ddeċidiet li r-rikors tagħha kien inammissibbli, peress li l-ittra kontenzjuża għandha effetti legali vinkolanti sa fejn il-valwazzjoni definittiva ex post għandha, hija stess, effetti legali vinkolanti ta’ natura li jaffettwaw is-sitwazzjoni legali tagħha. Permezz tat-tieni aggravju, hija tallega li l-interpretazzjoni mogħtija mill-Qorti Ġenerali lil dan l-Artikolu 20 hija inkompatibbli mad-dritt għall-proprjetà u tikser, f’dan ir-rigward, l-Artikolu 17 tal-Karta. Permezz tat-tielet aggravju, hija ssostni li l-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 20(11)(b) ta’ dan ir-regolament billi indikat li l-appellanti potenzjalment ma kienx ser ikollha dritt għal kumpens wara l-valwazzjoni definittiva ex post u li, għaldaqstant, l-ittra kontenzjuża ma kellhiex effetti vinkolanti. Permezz tar-raba’ aggravju, hija ssostni li l-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 20(11) u (14) tal-imsemmi regolament, kif ukoll l-Artikolu 41 tal-Karta, billi rrifjutat li tirrikonoxxi lill-ittra kontenzjuża effetti vinkolanti fir-rigward tagħha, peress li l-imsemmija ittra tipprekludiha milli jkollha aċċess għal informazzjoni reċenti u kompleta fuq is-sitwazzjoni kontabbli ta’ entità li tagħha hija kellha 3.45 % tal-azzjonijiet. |
Fuq l‑ammissibbiltà tal-appell
|
48 |
Skont is-SRB, l-appell huwa inammissibbli fid-dawl tal-Artikolu 169(2) tar-Regoli tal-Proċedura peress li ma jidentifikax bi preċiżjoni l-punti tal-motivi kkritikati tad-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali li qiegħed jintalab l-annullament tagħha u ma jindikax b’mod preċiż l-argumenti legali insostenn ta’ din it-talba. Is-SRB jargumenta li l-appell huwa wkoll kuntrarju għall-Artikolu 170(1) ta’ dawn ir-regoli sa fejn huwa bbażat fuq motivi legali ġodda. |
|
49 |
Dan l-argument ma jistax jintlaqa’. |
|
50 |
Fl-ewwel lok, għandu jitfakkar li mill-Artikolu 256 TFUE u mill-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea kif ukoll mill-Artikolu 168(1)(d) u mill-Artikolu 169(2) tar-Regoli tal-Proċedura jirriżulta li appell għandu jindika b’mod preċiż l-elementi kkritikati tas-sentenza li jkun qiegħed jintalab l-annullament tagħha kif ukoll l-argumenti legali li jsostnu b’mod speċifiku din it-talba. B’mod partikolari, l-Artikolu 169(2) ta’ dawn ir-regoli jeżiġi li l-aggravji u l-argumenti ta’ liġi invokati jidentifikaw bi preċiżjoni l-punti tal-motivi tad-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali li jkunu qegħdin jiġu kkontestati (sentenza tal‑20 ta’ Settembru 2016, Mallis et vs Il‑Kummissjoni u BĊE, C‑105/15 P sa C‑109/15 P, EU:C:2016:702, punti 33 u 34 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata). |
|
51 |
F’dan il-każ, l-ewwel, għandu jiġi kkonstatat li, konformement mal-Artikolu 169(2) tar-Regoli tal-Proċedura, fl-appell huma identifikati l-punti tal-motivi kkontestati tad-digriet appellat, jew espliċitament, jew permezz tal-kwotazzjoni jew tar-riproduzzjoni tal-elementi li jinsabu fihom, b’tali mod li jistgħu jiġu identifikati. It-tieni, kif jirriżulta b’mod partikolari mill-punt 47 ta’ din is-sentenza, l-appellanti ppreżentati aggravji u argumenti legali li jippermettu lill-Qorti tal-Ġustizzja teżerċita l-istħarriġ tagħha tal-legalità fil-liġi (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑20 ta’ Settembru 2016, Mallis et vs Il‑Kummissjoni u BĊE, C‑105/15 P sa C‑109/15 P, EU:C:2016:702, punt 38). It-tielet, fis-sunt tal-aggravji u tat-talbiet il-appell, l-appellanti titlob espressament lill-Qorti tal-Ġustizzja, kif tista’ tagħmel taħt l-Artikolu 170(1) tar-Regoli tal-Proċedura tagħha, tilqa’ t-talbiet li hija kienet ressqet fl-ewwel istanza (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑5 ta’ Novembru 2019, BĊE vs Trasta Komercbanka et, C‑663/17 P, C‑665/17 P u C‑669/17 P, EU:C:2019:923, punt 86). |
|
52 |
Għaldaqstant, kuntrarjament għal dak li jsostni s-SRB, l-appell jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 169(2) tar-Regoli tal-Proċedura. |
|
53 |
Fit-tieni lok, mill-Artikolu 58 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea jirriżulta li l-aggravji għandhom ikunu bbażati fuq argumenti bbażati fuq il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 170(1) tar-Regoli tal-Proċedura, l-appell ma jistax ibiddel is-suġġett tat-tilwima quddiem il-Qorti Ġenerali. Fil-kuntest ta’ appell, il‑kompetenza tal-Qorti tal-Ġustizzja hija għaldaqstant limitata għall‑evalwazzjoni tas-soluzzjoni legali li tkun ingħatat lill-motivi u lill‑argumenti diskussi quddiem il-qorti tal-ewwel istanza (digriet tal‑21 ta’ Lulju 2020, Abaco Energy et vs Il‑Kummissjoni, C‑436/19 P, mhux ippubblikat, EU:C:2020:606, punt 37 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata). |
|
54 |
Issa, kuntrarjament għal dak li jsostni s-SRB, l-appellanti, permezz tal-erba’ aggravji tagħha, qiegħda tikkontesta l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni magħmula mill-Qorti Ġenerali, fis-sens li hija tqis li l-valwazzjoni definittiva ex post kienet obbligatorja u li r-rifjut tas-SRB li jwettaq tali valwazzjoni jipproduċi effetti legali li jbiddlu s-sitwazzjoni legali tagħha bħala azzjonista ta’ Banco Popular. Għaldaqstant, l-imsemmija aggravji ma humiex motivi ġodda (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑28 ta’ Lulju 2016, Tomana et vs Il‑Kunsill u Il‑Kummissjoni, C‑330/15 P, mhux ippubblikata, EU:C:2016:601, punt 35). |
|
55 |
Għaldaqstant, l-appell huwa ammissibbli. |
Fuq l‑aggravji
|
56 |
L-aggravji għandhom jiġu eżaminati fl-ordni tal-preżentata tagħhom mill-appellanti u b’hekk għandu l-ewwel jiġi eżaminat l-ewwel aggravju. |
L‑argumenti tal‑partijiet
|
57 |
Insostenn tal-ewwel aggravju, l-appellanti tindika, l-ewwel, li, kif jirriżulta mill-Artikolu 20(15) tar-Regolament Nru 806/2014, il-valwazzjoni definittiva ex post tifforma parti integrali mid-deċiżjoni ta’ riżoluzzjoni. F’dan ir-rigward, hija tipproduċi effetti legali u taffettwa s-sitwazzjoni tal-appellanti peress li din id-deċiżjoni żvalutat kompletament l-azzjonijiet ta’ Banco Popular miżmuma mill-appellanti. Barra minn hekk, mill-Artikolu 20(5) ta’ dan ir-regolament jirriżulta li kwalunkwe valwazzjoni, inkluża l-valwazzjoni definittiva ex post, tipprovdi l-elementi li jippermettu, l-ewwel nett, li jiġi ddeterminat jekk humiex issodisfatti l-kundizzjonijiet sabiex tinbeda proċedura ta’ riżoluzzjoni, sussegwentement, li jiġi vverifikat jekk humiex preżenti l-kundizzjonijiet applikabbli għall-iżvalutazzjoni jew għall-konverżjoni ta’ strumenti kapitali kif ukoll, fl-aħħar nett, li jiġu deċiżi miżuri ta’ riżoluzzjoni xierqa li għandhom jittieħdu fir-rigward tal-entità kkonċernata. L-appellanti tqis għalhekk li, fost għanijiet oħra, il-valwazzjoni definittiva ex post isservi ta’ bażi għall-imsemmija deċiżjoni u huwa fid-dawl tal-motivazzjoni tagħha li din l-istess deċiżjoni għandha tiġi interpretata u applikata, kif sostniet l-appellanti quddiem il-Qorti Ġenerali. |
|
58 |
It-tieni, minħabba l-konsegwenzi marbuta ma’ sentenza ta’ annullament, li kieku l-Qorti Ġenerali annullat l-ittra kontenzjuża, is-SRB kien ikollu l-obbligu li jiżgura li titwettaq valwazzjoni definittiva ex post skont l-Artikolu 20 tar-Regolament Nru 806/2014, u dan jikkonferma li l-imsemmija ittra tipproduċi effetti legali vinkolanti. |
|
59 |
It-tielet, il-valwazzjoni definittiva ex post ma tistax tiġi sseparata mid-deċiżjoni ta’ riżoluzzjoni, minn naħa, minħabba li minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li annullament parzjali huwa possibbli biss sa fejn l-elementi li qiegħed jintalab l-annullament tagħhom jistgħu jiġu sseparati mill-bqija tal-att u, min-naħa l-oħra, minħabba li mill-Artikolu 20(15) tar-Regolament Nru 806/2014 jirriżulta li l-imsemmi valwazzjoni stess ma tistax tkun is-suġġett ta’ dritt għal azzjoni legali separat. |
|
60 |
Ir-raba’, l-Artikolu 20(15) tar-Regolament Nru 806/2014 madankollu ma jsemmix il-każ li fih ma titwettaqx valwazzjoni definittiva ex post u d-determinazzjoni tar-rimedju ġudizzjarju li għandu jiġi segwit fir-rigward tad-deċiżjoni li ma jiġix żgurat li titwettaq tali valwazzjoni ma hijiex evidenti. Għalhekk, il-fatt li din il-valwazzjoni ma twettqitx ma jistax jitqajjem fil-kuntest ta’ rikors intiż għall-annullament tad-deċiżjoni ta’ riżoluzzjoni peress li l-adozzjoni jew le ta’ valwazzjoni definittiva ex post hija avveniment li jseħħ neċessarjament wara l-adozzjoni ta’ deċiżjoni ta’ riżoluzzjoni u, jekk ikun il-każ, wara l-preżentata ta’ rikors għal annullament. |
|
61 |
F’dan il-każ, l-appellanti ssostni li d-deċiżjoni ta’ riżoluzzjoni, adottata fis‑7 ta’ Ġunju 2017, ġiet ikkontestata quddiem il-Qorti Ġenerali fix-xahar ta’ Settembru 2017, iżda kien biss fix-xahar ta’ Awwissu 2018 li s-SRB informa lill-Qorti Ġenerali u lill-espert indipendenti li ma kinitx ser titwettaq valwazzjoni definittiva ex post. Issa, skont ġurisprudenza stabbilita, l-avvenimenti li jseħħu wara l-adozzjoni tal-att ikkontestat ma jistgħux jiġu invokati fil-kuntest ta’ rikors għal annullament peress li l-legalità tal-imsemmi att għandha tiġi evalwata fid-dawl tal-informazzjoni disponibbli fil-mument tal-adozzjoni ta’ dan l-att. |
|
62 |
Għaldaqstant, l-assenza ta’ valwazzjoni definittiva ex post ma tistax, bħala prinċipju, tiġi kkontestata fil-kuntest tar-rikors għal annullament indirizzat kontra d-deċiżjoni ta’ riżoluzzjoni. B’hekk, fl-assenza ta’ valwazzjoni definittiva ex post, l-unika soluzzjoni kompatibbli mad-dritt għal rimedju effettiv stabbilit fl-Artikolu 47 tal-Karta hija l-preżentata ta’ rikors kontra l-att ikkontestat, f’dan il-każ l-ittra kontenzjuża. |
|
63 |
Is-SRB jikkontesta kemm l-ammissibbiltà tal-ewwel aggravju, abbażi tal-istess argumenti bħal dawk diġà mqajma insostenn tal-inammissibbiltà tal-appell kollu kemm hu, kif ukoll il-fondatezza tiegħu. |
Il‑kunsiderazzjonijiet tal‑Qorti tal‑Ġustizzja
|
64 |
Qabel kollox, għandhom jiġu miċħuda l-argumenti tas-SRB dwar l-inammissibbiltà tal-ewwel aggravju, għar-raġunijiet diġà esposti fil-punti 50 sa 54 ta’ din is-sentenza fir-rigward tal-appell kollu kemm hu, jiġifieri li dan l-aggravju u l-argumenti esposti insostenn tiegħu jippermettu li jiġu identifikati l-punti tal-motivi kkritikati tad-digriet appellat u d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 20 tar-Regolament Nru 806/2014 allegatament miksura mill-Qorti Ġenerali. |
|
65 |
Fir-rigward tal-mertu, għandu jiġi kkonstatat li l-ewwel aggravju jinkludi, essenzjalment, żewġ partijiet. B’hekk, għandha tiġi eżaminata fl-ewwel lok l-ewwel parti, dwar l-allegat ksur tal-Artikolu 20 ta’ dan ir-regolament, qabel ma tiġi ttrattata, fit-tieni lok, jekk ikun il-każ, it-tieni parti, dwar l-allegat ksur tal-Artikolu 47 tal-Karta. |
|
66 |
Għandu jitfakkar, preliminarjament, li, f’dan il-każ, quddiem id-deterjorament rapidu tas-sitwazzjoni finanzjarja, u b’mod partikolari tal-insuffiċjenza ta’ likwidità, ta’ Banco Popular, is-SRB iddeċieda li l-għodda ta’ riżoluzzjoni xierqa ma kinitx ir-rikapitalizzazzjoni interna, li fil-fehma tiegħu kienet ser tkun insuffiċjenti, iżda dik tal-bejgħ ta’ negozju, kif prevista fl-Artikolu 24 tar-Regolament Nru 806/2014. Filwaqt li uża din l-għodda ta’ riżoluzzjoni, is-SRB għamel użu mis-setgħa tiegħu ta’ żvalutazzjoni u ta’ konverżjoni tal-istrumenti kapitali rilevanti prevista fl-Artikolu 21 tar-Regolament Nru 806/2014. |
|
67 |
Kif indikat fil-punti 7 u 8 ta’ din is-sentenza, l-ewwel rapport ta’ valwazzjoni, stabbilit mis-SRB, kellu l-għan li jipprovdi l-elementi li jippermettu li jiġi ddeterminat jekk il-kundizzjonijiet sabiex tinbeda proċedura ta’ riżoluzzjoni kinux issodisfatti, filwaqt li t-tieni rapport ta’ valwazzjoni, stabbilit minn espert indipendenti maħtur mis-SRB, kellu jistma l-valur tal-attiv u tal-passiv ta’ Banco Popular, kellu jipprovdi stima dwar it-trattament li minnu kienu jibbenefikaw l-azzjonisti u l-kredituri li kieku Banco Popular kienet is-suġġett ta’ proċedura ta’ insolvenza normali u kellu jidentifika l-elementi li kienu jippermettu li tittieħed deċiżjoni dwar l-azzjonijiet u l-istrumenti ta’ sjieda li kellhom jiġu ttrasferiti u li kienu jippermettu lis-SRB jiddetermina liema kienu l-kundizzjonijiet kummerċjali għall-finijiet tal-għodda ta’ bejgħ ta’ negozju. It-tielet rapport ta’ valwazzjoni, li wkoll kien stabbilit mill-espert indipendenti, kien intiż li jistabbilixxi jekk l-azzjonisti u l-kredituri affettwati mill-iskema ta’ riżoluzzjoni ta’ Banco Popular kinux jibbenefikaw minn trattament aħjar li kieku l-istituzzjoni kienet is-suġġett ta’ proċedura normali ta’ insolvenza. |
|
68 |
Is-SRB qies li la kien hemm lok li tiġi ppreparata verżjoni ex post tal-ewwel rapport ta’ valwazzjoni u lanqas ma kien hemm lok li wara t-tieni rapport ta’ valwazzjoni titwettaq valwazzjoni definittiva ex post. Wara li ġie intimat mill-appellanti, is-SRB tenna din l-analiżi fl-ittra kontenzjuża. |
|
69 |
Peress li l-appellanti qiegħda tallega, l-ewwel nett, ksur mill-Qorti Ġenerali u mis-SRB tal-Artikolu 20 tar-Regolament Nru 806/2014, jeħtieġ li tingħata interpretazzjoni tal-kontenut ta’ din id-dispożizzjoni, fid-dawl tal-premessa 64 tal-imsemmi regolament. |
|
70 |
Minn din il-premessa 64 jirriżulta li għandha ssir distinzjoni bejn il-valwazzjoni tal-attiv u tal-passiv tal-entitajiet inadempjenti kif imwettqa mis-SRB f’każ ta’ urġenza, li għandha natura provviżorja, u dik imwettqa b’mod indipendenti, li bħala prinċipju ttemm din in-natura provviżorja. |
|
71 |
Fir-rigward tat-tipi ta’ valwazzjoni, l-Artikolu 20(11) u (16) tar-Regolament Nru 806/2014 jipprovdi espressament żewġ tipi ta’ valwazzjonijiet, jiġifieri, minn naħa, il-valwazzjoni “mwettqa skont il-paragrafi minn 1 sa 15” u, min-naħa l-oħra, dik “msemmija fil-paragrafi 16, 17 u 18”. Skont l-Artikolu 20(11) u (16), dawn il-valwazzjonijiet huma u għandhom jibqgħu distinti, joriġinaw minn persuna indipendenti, iżda jistgħu madankollu jitwettqu jew separatament, jew simultanjament u mill-istess persuna indipendenti. |
|
72 |
Minn dan jirriżulta li, f’dan il-każ, kemm l-ewwel u t-tieni rapport ta’ valwazzjoni kif ukoll eventwali valwazzjoni definittiva ex post jappartjenu għall-ewwel tip ta’ valwazzjoni, peress li jaqgħu taħt l-Artikolu 20(1) sa (15) tar-Regolament Nru 806/2014, filwaqt li t-tielet rapport ta’ valwazzjoni, li jaqa’ taħt l-Artikolu 20(16) sa (18) tal-imsemmi regolament, jappartjeni għat-tieni tip ta’ valwazzjoni. |
|
73 |
Ċertament, l-eżistenza ta’ valwazzjoni definittiva differenti mill-valwazzjoni definittiva ex post, li hija implikata miż-żieda, fl-Artikolu 20(11) in limine tar-Regolament Nru 806/2014, tal-kliem “ex-post” mal-kliem “valwazzjoni definittiva”, b’kuntrast ma’ valwazzjoni definittiva mwettqa “ex ante”, tista’ tinfluwenza l-possibbiltà għas-SRB li jirrifjuta li jwettaq valwazzjoni definittiva ex post, peress li valwazzjoni definittiva sservi diġà bħala bażi għad-deċiżjoni li tiġi applikata għodda ta’ riżoluzzjoni jew li tiġi eżerċitata setgħa ta’ riżoluzzjoni jew għad-deċiżjoni li tiġi eżerċitata s-setgħa ta’ żvalutazzjoni jew ta’ konverżjoni tal-istrumenti kapitali, u għalhekk tkun tista’ tiġi kkontestata permezz ta’ dawn id-deċiżjonijiet, konformement mal-Artikolu 20(15) tar-Regolament Nru 806/2014. |
|
74 |
Insostenn ta’ din l-interpretazzjoni jista’ jintuża wkoll l-Artikolu 20(2) ta’ dan ir-regolament, li jipprovdi li “il-valwazzjoni għandha titqies bħala definittiva” meta, bla ħsara għall-paragrafu 15 ta’ dan l-Artikolu 20, jiġifieri l-possibbiltà li tiġi kkontestata indirettament l-valwazzjoni permezz tad-deċiżjonijiet imsemmija fil-punt 73 ta’ din is-sentenza, “ir-rekwiżiti kollha stipulati fil-paragrafi 1 u 4 sa 9 jiġu sodisfatti”. Fost dawn ir-rekwiżiti hemm, fl-Artikolu 20(1) tal-imsemmi regolament, dak li l-valwazzjoni titwettaq minn persuna indipendenti, inkluż fir-rigward tas-SRB u tal-awtorità nazzjonali ta’ riżoluzzjoni, kif ukoll fir-rigward tal-entità kkonċernata. |
|
75 |
Għandu jiġi rrilevat, b’mod anċillari, li dan ma jwassalx biss sabiex l-ewwel rapport ta’ valwazzjoni, stabbilit mis-SRB, kellu effettivament natura provviżorja, iżda jwassal ukoll sabiex, anki li kieku s-SRB stabbilixxa verżjoni ex post ta’ dan l-ewwel rapport, kif talbet l-appellanti, tali verżjoni ma kinitx tikkostitwixxi valwazzjoni definittiva minħabba li ma kinitx stabbilita minn persuna indipendenti. Kif indikat l-Avukata Ġenerali fil-punt 70 tal-konklużjonijiet tagħha, sa fejn, f’dan il-każ, l-ewwel rapport ta’ valwazzjoni twettaq mis-SRB, ma hemmx dubju dwar in-natura provviżorja tiegħu. F’dan il-każ, huwa biss it-tieni rapport ta’ valwazzjoni, li jissodisfa din il-kundizzjoni, li jista’, għalhekk, jitqies li jikkostitwixxi “valwazzjoni definittiva”, fis-sens tal-Artikolu 20 tar-Regolament Nru 806/2014. |
|
76 |
Madankollu, għandu jiġi enfasizzat, mingħajr ma huwa neċessarju li tingħata deċiżjoni dwar din l-aħħar kwistjoni jew dwar il-mod kif żviluppat il-pożizzjoni tas-SRB f’dan ir-rigward, li l-Qorti Ġenerali kellha raġun meta ddeċidiet li, fi kwalunkwe każ, valwazzjoni ex post kienet ser tibqa’, fiċ-ċirkustanzi tal-każ, mingħajr konsegwenza fuq is-sitwazzjoni legali tal-appellanti, b’tali mod li r-rifjut li titwettaq valwazzjoni definittiva ex post li ġie nnotifikat lilha ma setax jitqies bħala att li jikkawżalha preġudizzju u, għalhekk, ma kienx att li jista’ jiġi kkontestat, fis-sens tal-Artikolu 263 TFUE. |
|
77 |
Fil-fatt, għandu jiġi rrilevat li t-tweġiba mogħtija mis-SRB lill-Qorti Ġenerali dwar ir-raġunijiet għaliex ma kellux l-intenzjoni jistabbilixxi valwazzjoni definittiva ex post f’dan il-każ hija bbażata fuq l-għanijiet ta’ tali valwazzjoni. |
|
78 |
Għalkemm huwa minnu, kif issostni l-appellanti, li l-formulazzjoni tal-Artikolu 20(11) in limine tar-Regolament Nru 806/2014 tidher li tagħmel it-twettiq ta’ valwazzjoni definittiva ex post indispensabbli meta s-SRB ikollu biss valwazzjoni provviżorja, b’mod partikolari minħabba l-użu tal-preżent indikattiv fl-espressjoni “għandha titwettaq”, li għandha valur ta’ imperattiv (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑3 ta’ Marzu 2020, X (Mandat ta’ arrest Ewropew – Kriminalità doppja), C‑717/18, EU:C:2020:142, punt 20), u tal-użu tal-espressjoni “hekk malli jkun prattikabbli”, xorta waħda jibqa’ fatt li l-Qorti Ġenerali kellha raġun tenfasizza l-assenza ta’ impatt tal-fatt li ma sarx tali rapport fuq is-sitwazzjoni legali tal-appellanti, b’mod partikolari fid-dawl taż-żewġ għanijiet tal-valwazzjoni definittiva ex post, kif stabbiliti fl-Artikolu 20(11) tar-Regolament Nru 806/2014. |
|
79 |
F’dan ir-rigward, ir-raġuni wara l-Artikolu 20(11) tar-Regolament Nru 806/2014, espressa fit-tieni subparagrafu ta’ din id-dispożizzjoni, tirriżulta miż-żewġ għanijiet speċifiċi tiegħu, jiġifieri “li jiġi żgurat li kwalunkwe telf fl-assi ta’ entità msemmija fl-Artikolu 2 jiġu rikonoxxuti bis-sħiħ fil-kotba tal-kontabbiltà ta’ dik l-entità” u li “tipprovdi informazzjoni biex tittieħed id-deċiżjoni li ssir valwazzjoni negattiva [li jsir irkupru] tal-pretensjonijiet tal-kredituri jew li jiżdied il-valur tal-korrispettiv imħallas, skont il-paragrafu 12 ta’ dan l-Artikolu”. Anki jekk il-formulazzjoni ta’ dan it-tieni għan tinkludi deskrizzjoni pjuttost wiesgħa tal-kundizzjonijiet li għandhom iwasslu għall-istabbiliment ta’ valwazzjoni definittiva ex post, għandu jiġi kkonstatat li din il-formulazzjoni tirreferi espressament, kif ġustament irrilevat il-Qorti Ġenerali fid-digriet appellat, għall-Artikolu 20(12) tal-imsemmi regolament, li minnu jirriżulta li dan japplika biss għal sitwazzjonijiet speċifiċi, jiġifieri dawk li fihom is-SRB ikun uża l-għodda ta’ rikapitalizzazzjoni interna, għodda ta’ istituzzjoni tranżitorji jew struttura ta’ mmaniġġjar tal-assi. |
|
80 |
Fid-dawl tal-karatteristiċi partikolari ta’ din il-kawża, l-istabbiliment tat-tieni rapport ta’ valwazzjoni definittiva ex post, anki jekk jitqies li huwa obbligatorju, ma kien jaqdi, fi kwalunkwe każ, ebda wieħed minn dawn iż-żewġ għanijiet. B’hekk, l-appellanti ma tipproduċi ebda element ta’ natura li jistabbilixxi li l-għan imsemmi fil-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 20(11) tar-Regolament Nru 806/2014 japplika għal din il-kawża. L-għan imsemmi fil-punt (b) ta’ din id-dispożizzjoni lanqas ma japplika peress li, kif ġustament enfasizzat il-Qorti Ġenerali fil-punti 46 u 47 tad-digriet appellat, l-għodda ta’ riżoluzzjoni li ġiet adottata fir-rigward ta’ Banco Popular hija l-għodda ta’ bejgħ ta’ negozju prevista fl-Artikolu 24 tar-Regolament Nru 806/2014. |
|
81 |
Issa, l-applikazzjoni ta’ din l-għodda ta’ bejgħ ta’ negozju ma hijiex waħda mill-każijiet imsemmija fl-Artikolu 20(12) ta’ dan ir-regolament li fihom jista’ jitħallas kumpens wara valwazzjoni definittiva ex post. |
|
82 |
Fl-aħħar nett, f’każ bħal dak inkwistjoni fejn it-tieni rapport ta’ valwazzjoni jkun segwit mill-użu tal-għodda ta’ bejgħ ta’ negozju, ir-riżultat imsemmi f’dan ir-rapport ikun, fi kwalunkwe każ, jew ikkorraborat jew invalidat mill-prezz tal-bejgħ miksub fi tmiem proċedura ta’ sejħa għal offerti mmexxija b’mod legali. Għalhekk, il-prezz ġust jikkorrispondi sempliċement għall-prezz effettiv tas-suq, kif ikun ġie kkonstatat. B’hekk, l-għodda ta’ bejgħ ta’ negozju tikkonkretizza b’mod ċar, de facto, kull dibattitu dwar il-valur ekonomiku potenzjali tal-assi tal-istituzzjoni ttrasferita. Għaldaqstant, għall-inqas fiċ-ċirkustanzi tal-każ ineżami, valwazzjoni definittiva ex post kienet tkun tista’ tikkonstata biss dan il-valur tas-suq, b’tali mod li l-effett tagħha fir-rigward tal-appellanti kien ikun ineżistenti. |
|
83 |
Sabiex toġġezzjona għal dan, l-appellanti targumenta li l-valwazzjoni definittiva ex post ma għandhiex biss bħala għan iż-żewġ għanijiet inkwistjoni, iżda tipprovdi, sa fejn tagħmel parti integrali mid-deċiżjoni li ser jadotta sussegwentement is-SRB, bħal kwalunkwe valwazzjoni, l-elementi li jippermettu, l-ewwel nett, li jiġi ddeterminat jekk humiex issodisfatti l-kundizzjonijiet sabiex tinbeda proċedura ta’ riżoluzzjoni, sussegwentement, li jiġi vverifikat jekk humiex preżenti l-kundizzjonijiet applikabbli għall-iżvalutazzjoni jew għall-konverżjoni ta’ strumenti kapitali kif ukoll, fl-aħħar nett, li tittieħed deċiżjoni dwar il-miżuri ta’ riżoluzzjoni xierqa li għandhom jittieħdu fil-konfront tal-entità kkonċernata. |
|
84 |
Madankollu, ebda wieħed minn dawn l-argumenti, meħud mill-perspettiva tal-ammissibbiltà tar-rikors intiż għall-annullament tal-ittra kontenzjuża, ma huwa ta’ natura li jinvalida l-konstatazzjoni li tinsab fil-punt 82 ta’ din is-sentenza dwar il-prezz tas-suq tal-assi ta’ Banco Popular, li ma jistax ikun differenti minn dak, effettiv, li jirriżulta mill-użu tal-għodda ta’ bejgħ ta’ negozju. |
|
85 |
Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha jirriżulta li l-ewwel parti tal-ewwel aggravju mqajjem mill-appellanti insostenn tal-appell tagħha, ibbażata fuq allegat ksur mis-SRB tal-Artikolu 20 tar-Regolament Nru 806/2014 għandha tiġi miċħuda. Fid-dawl tal-fatt li, kif iddeċidiet ġustament il-Qorti Ġenerali, l-ittra kontenzjuża ma kinitx tikkostitwixxi, fi kwalunkwe każ, att li jista’ jiġi kkontestat, l-appell għandu jiġi miċħud, mingħajr ma huwa meħtieġ li tiġi eżaminata t-tieni parti tal-ewwel aggravju u lanqas l-aggravji l-oħra ta’ dan l-appell. |
Fuq l-ispejjeż
|
86 |
Skont l-Artikolu 184(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, meta l-appell ma jkunx fondat, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tiddeċiedi dwar l-ispejjeż. Skont l-Artikolu 138(1) ta’ dawn ir-regoli, applikabbli għall-proċedura ta’ appell bis-saħħa tal-Artikolu 184(1) tagħhom, il-parti li titlef il-kawża għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu. |
|
87 |
Peress li s-SRB talab li l-appellanti tiġi kkundannata għall-ispejjeż, u peress li din tal-aħħar tilfet l-appell, hija għandha tiġi kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti mis-SRB. |
|
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
|
|
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: il-Franċiż.