This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62009CJ0319
Judgment of the Court (Sixth Chamber) of 21 December 2011.#ACEA SpA v European Commission.#Appeals - State aid - Aid granted to public utilities - Tax exemptions - Decision declaring the aid scheme incompatible with the common market - Action for annulment - Admissibility - Standing - Legal interest - Article 87 EC - Concept of 'aid' - Article 88 EC - Concept of 'new aid' - Regulation (EC) No 659/1999 - Articles 1 and 14 - Lawfulness of a recovery order - Duty to state reasons.#Case C-319/09 P.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (is-Sitt Awla) tal-21 ta' Diċembru 2011.
ACEA SpA vs Il-Kummissjoni Ewropea.
Appell - Għajnuna mill-Istat - Skema ta' għajnuna mogħtija lil impriżi tas-servizz pubbliku - Eżenzenjonijiet fiskali - Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta' għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni - Rikors għal annullament - Ammissibbiltà - Locus standi - Interess ġuridiku - Artikolu 87 KE - Kunċett ta' "għajnuna" - Artikolu 88 KE - Kunċett ta' "għajnuna ġdida" -Regolament (KE) Nru 659/1999 - Artikoli 1 u 14 - Legalità ta' ordni ta' rkupru - Obbligu ta' motivazzjoni.
Kawża C-319/09 P.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (is-Sitt Awla) tal-21 ta' Diċembru 2011.
ACEA SpA vs Il-Kummissjoni Ewropea.
Appell - Għajnuna mill-Istat - Skema ta' għajnuna mogħtija lil impriżi tas-servizz pubbliku - Eżenzenjonijiet fiskali - Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta' għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni - Rikors għal annullament - Ammissibbiltà - Locus standi - Interess ġuridiku - Artikolu 87 KE - Kunċett ta' "għajnuna" - Artikolu 88 KE - Kunċett ta' "għajnuna ġdida" -Regolament (KE) Nru 659/1999 - Artikoli 1 u 14 - Legalità ta' ordni ta' rkupru - Obbligu ta' motivazzjoni.
Kawża C-319/09 P.
ECLI identifier: ECLI:EU:C:2011:857
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-21 ta’ Diċembru 2011 – ACEA vs Il-Kummissjoni
(Kawża C‑319/09 P)
“Appell – Għajnuna mill-Istat – Skema ta’ għajnuna mogħtija lil impriżi ta’ servizz pubbliku – Eżenzjonijiet fiskali – Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni – Rikors għal annullament – Ammissibbiltà – Locus standi – Interess ġuridiku – Artikolu 87 KE – Kunċett ta’ ‘għajnuna’ – Artikolu 88 KE – Kunċett ta’ ‘għajnuna ġdida’ – Regolament (KE) Nru 659/1999 – Artikoli 1 u 14 – Legalità ta’ ordni ta’ rkupru – Obbligu ta’ motivazzjoni”
1. Rikors għal annullament - Persuni fiżiċi jew ġuridiċi - Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tipprojbixxi skema ta’ għajnuna settorjali - Rikors ta’ impriża li bbenefikat minn għajnuna individwali mogħtija taħt din l-iskema u li għandha tiġi rkuprata - Ammissibbiltà (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 KE) (ara l-punti 54-59)
2. Rikors għal annullament - Interess ġuridiku - Kundizzjoni - Rikors li jista’ jirriżulta f’benefiċċju għall-parti li ppreżentatu - Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-qasam ta’ rkupru ta’ għajnuna mill-Istat (ara l-punti 67-69)
3. Appell - Aggravji - Insuffiċjenza ta’ motivazzjoni - Użu ta’ motivazzjoni impliċita mill-Qorti Ġenerali - Ammissibbiltà - Kundizzjonijiet (Artikolu 225 KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 36 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53) (ara l-punt 82)
4. Appell - Aggravji - Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti - Inammissibbiltà - Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-fatti u tal-provi - Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament (Artikolu 225 KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58) (ara l-punti 114-116)
5. Appell - Aggravji - Aggravju fformulat kontra motiv ta’ sentenza li ma huwiex neċessarju sabiex jiġi ġġustifikat id-dispożittiv tagħha - Aggravju ineffettiv (ara l-punt 120)
Suġġett
| Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (li issa saret il-Qorti Ġenerali) (It-Tmien Awla Estiża) tal-11 ta’ Ġunju 2009, ACEA vs Il-Kummissjoni (T‑297/02), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet talba għall-annullament tal-Artikoli 2 u 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/193/KE, tal-5 ta’ Ġunju 2002, dwar għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ eżenzjonijiet fiskali u self b’kundizzjonijiet preferenzjali mogħtija mill-Italja lil impriżi tas-servizz pubbliku b’kapital azzjonarju, fil-parti l-kbira, pubbliku (ĠU L 77, p. 21). |
Dispożittiv
|
1) |
L-appelli prinċipali u inċidentali huma miċħuda. |
|
2) |
ACEA SpA hija kkundannata għall-ispejjeż relatati mal-appell prinċipali. |
|
3) |
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż relatati mal-appell inċidentali. |
|
4) |
Iride SpA għandha tbati l-ispejjeż tagħha. |