Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52020DC0565

    KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI Unjoni ta' ugwaljanza : Pjan ta' azzjoni tal-UE għall-ġlieda kontra r-razziżmu 2020-2025

    COM/2020/565 final

    Brussell, 18.9.2020

    COM(2020) 565 final

    KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

    Unjoni ta' ugwaljanza : Pjan ta' azzjoni tal-UE għall-ġlieda kontra r-razziżmu 2020-2025






















    Jeħtieġ li nitkellmu dwar ir-razziżmu. U jeħtieġ li naġixxu. Huwa dejjem possibbli li tinbidel id-direzzjoni jekk ikun hemm rieda li jsir dan. Ninsab kuntenta li ngħix f’soċjetà li tikkundanna r-razziżmu. Iżda ma għandniex nieqfu hemm. Il-motto tal-Unjoni Ewropea tagħna huwa: “Magħquda fid-diversità”. Il-kompitu tagħna huwa li nżommu dan il-kliem, u li nwettqu t-tifsira tiegħu.

    Il-President tal-Kummissjoni von der Leyen (diskors lill-Parlament Ewropew, 17 ta’ Ġunju 2020)

    1.Introduzzjoni: inwettqu l-motto “Magħquda fid-diversità”

    Id-diskriminazzjoni għar-raġunijiet tal-oriġini tar-razza jew l-etniċità 1 hija pprojbita fl-Unjoni Ewropea (UE). Madankollu, din id-diskriminazzjoni tippersisti fis-soċjetà tagħna. Mhux biżżejjed li nkunu kontra r-razziżmu. Irridu nkunu attivi kontrih.

    Ir-razziżmu 2 jagħmel ħsara lis-soċjetà f’ħafna modi differenti. B’mod aktar dirett, dan ifisser li għadd kbir ta’ persuni li jgħixu fl-Ewropa jiffaċċjaw diskriminazzjoni, li taffettwa d-dinjità umana tagħhom, l-opportunitajiet tal-ħajja tagħhom, il-prosperità u l-benessri tagħhom, u ħafna drabi anke s-sikurezza personali tagħhom. Id-diskriminazzjoni tfisser ukoll nuqqas li jitħarsu l-valuri ewlenin tal-UE. Kull individwu fl-UE għandu jkun jista’ jgawdi d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tiegħu, u l-parteċipazzjoni ugwali fis-soċjetà, irrispettivament mill-oriġini 3 tar-razza u l-etniċità 4 . Is-saħħa soċjali, politika u ekonomika tagħna tiġi mill-għaqda tagħna fid-diversità – ir-razziżmu jdgħajjifna lkoll. L-UE tista’ u trid tagħmel aktar biex tiżgura t-trattament ugwali u l-ugwaljanza għal kulħadd.

    Dan hu l-mument ta’ prova. Aktar minn nofs l-Ewropej jemmnu li din id-diskriminazzjoni hija mifruxa f’pajjiżhom 5 . Il-kunflitt bejn il-valuri tagħna tal-ugwaljanza u r-realtà tar-razziżmu profond ma jistax jiġi injorat: il-moviment globali “Black Lives Matter” serva ta’ tfakkira ċara. Wasal iż-żmien li nirrikonoxxu u naġixxu kontra l-prevalenza tar-razziżmu u d-diskriminazzjoni razzjali, li nqisu x’nistgħu nagħmlu, li ninvolvu ruħna f’livelli lokali, nazzjonali, tal-UE u internazzjonali. L-UE hija mibnija fuq id-diversità u fuq it-trawwim ta’ soċjetà ta’ pluraliżmu, tolleranza u nondiskriminazzjoni: jeħtieġ li naġixxu mhux biss b’responsabbiltà, iżda wkoll biex inkunu leali lejn il-valuri tagħna. Iż-żamma tal-valuri tibda fil-livell lokali, fl-istituzzjoni tagħna stess. Il-Kummissjoni se tieħu miżuri biex ittejjeb b’mod sinifikanti d-diversità tal-persunal tagħha u tiżgura li kulħadd ikun jista’ jirnexxi b’mod ugwali u jikkontribwixxi fl-ambjent tax-xogħol.

    Ir-razziżmu jieħu forom differenti. Espressjonijiet ċari ta’ razziżmu individwali u diskriminazzjoni razzjali huma l-aktar ovvji. Ta’ spiss, l-oriġini tar-razza jew l-etniċità tintuża bħala raġuni għad-diskriminazzjoni – il-pandemija tal-COVID-19 u l-konsegwenzi tal-attakki terroristiċi huma biss l-aktar każijiet reċenti fejn il-ħtija ġiet diretta b’mod inġust lejn persuni bi sfond ta’ minoranza razzjali jew etnika. Persuni ta’ dixxendenza Asjatika u Afrikana, Musulmani, Lhud u persuni Rom kollha sofrew minn intolleranza. Iżda forom oħra inqas espliċiti ta’ razziżmu u diskriminazzjoni, bħal dawk ibbażati fuq il-preġudizzju impliċitu jistgħu jkunu ugwalment ta’ ħsara. Imġiba razzista u diskriminatorja tista’ tiġi inkorporata fl-istituzzjonijiet soċjali, finanzjarji u politiċi, b’impatt fil-lievi tal-poter u fit-tfassil tal-politika. Dan ir-razziżmu strutturali jipperpetwa l-ostakli li jxekklu ċ-ċittadini biss minħabba l-oriġini tar-razza jew l-etniċità tagħhom. Kuljum, il-persuni affettwati mir-razziżmu jistgħu jħossu l-impatt tiegħu fl-aċċess tagħhom għall-impjiegi, il-kura tas-saħħa, l-akkomodazzjoni, il-finanzjament jew l-edukazzjoni, kif ukoll f’każijiet ta’ vjolenza.

    Hemm forom differenti ta’ razziżmu, pereżempju r-razziżmu kontra s-suwed, l-anti-Żingariżmu, l-anti-Semitiżmu u r-razziżmu kontra l-Asjatiċi, li huma marbutin mar-reliġjon jew it-twemmin f’każijiet bħall-mibegħda anti-Musulmana. Kollha jikkondividu r-realtà li l-valur ta’ persuna huwa mminat minn sterjotipi bbażati fuq il-preġudizzju. Minbarra r-reliġjon jew it-twemmin, ir-razziżmu jista’ jiġi kkombinat ukoll mad-diskriminazzjoni u l-mibegħda għar-raġunijiet oħra, inklużi l-ġeneru, l-orjentazzjoni sesswali, l-età, u d-diżabbiltà jew kontra l-migranti. Dan jeħtieġ li jitqies permezz ta’ approċċ intersezzjonali 6 .

    L-UE għandha strumenti legali fis-seħħ u politika komprensiva biex tibni Unjoni ta’ ugwaljanza vera. Dan issa qed jissaħħaħ f’oqsma speċifiċi ta’ ugwaljanza 7 . Il-Kummissjoni se tikkumplimenta dawn l-isforzi tematiċi billi tressaq strateġija globali biex tiżgura li l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE tiġi applikata b’mod effettiv fl-Istati Membri u li d-drittijiet tal-karta, inklużi l-ugwaljanza u n-nondiskriminazzjoni, ikunu realtà għal kulħadd.

    Dan il-pjan ta’ azzjoni jistabbilixxi sensiela ta’ miżuri biex tiżdied l-azzjoni, biex tgħin jinstemgħu l-ilħna ta’ persuni bi sfond ta’ minoranza razzjali jew etnika u biex tqarreb flimkien l-atturi f’kull livell fi sforz komuni biex ir-razziżmu jiġi indirizzat b’mod aktar effettiv u tinbena ħajja ħielsa mir-razziżmu u d-diskriminazzjoni għal kulħadd.

    2.Razziżmu minn individwi – l-indirizzar tal-ħsara lin-nies u lis-soċjetà

     

    Sors: FRA (2017a), Second European Union Minorities and Discrimination Survey – main results

    L-Aġenzija tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) wettqet firxa wiesgħa ta’ stħarriġiet li jindikaw livelli għolja ta’ diskriminazzjoni fl-UE 8 . Dawn identifikaw ukoll l-oqsma tal-ħajja fejn id-diskriminazzjoni razzjali tinħass l-aktar.

    Id-diskriminazzjoni fis-suq tax-xogħol hija ta’ tħassib mhux biss meta wieħed jfittex impjieg iżda wkoll fix-xogħol fejn 22 % ta’ dawk li wieġbu ħassew li saret diskriminazzjoni kontrihom minħabba l-oriġini etnika jew l-isfond ta’ immigrazzjoni tagħhom.

    L-iskattaturi għad-diskriminazzjoni meta wieħed jipprova jikri jew jixtri appartament jew ifittex dar kienu l-ismijiet (44 %), segwiti mill-kulur tal-ġilda jew mid-dehra fiżika (40 %), u ċ-ċittadinanza (22 %). Fir-rigward tal-aċċess għall-oġġetti u servizzi (amministrazzjoni pubblika, trasport pubbliku, ħwienet u ristoranti, eċċ.), il-persuni Rom (28 %) u l-persuni ta’ dixxendenza mill-Afrika ta’ Fuq (27 %) iffaċċjaw l-ogħla livell ta’ diskriminazzjoni. Id-diskriminazzjoni razzjali kienet inqas komuni fil-kura tas-saħħa (3 % fl-aħħar sena), għalkemm b’differenzi kbar bejn gruppi differenti: id-diskriminazzjoni kienet l-ogħla fost il-persuni Rom (8 %), li għandhom ukoll stennija tal-ħajja aktar baxxa meta mqabbla mal-popolazzjoni ġenerali.

    Id-data tal-istħarriġ turi wkoll li l-kunsiderazzjonijiet razzjali jinfluwenzaw il-probabbiltà li jitwaqqfu mill-pulizija. Mill-14 % ta’ dawk li wieġbu u li qalu li twaqqfu mill-pulizija fl-aħħar sena, 40 % minnhom ħassew li l-aħħar waqfa kienet minħabba l-oriġini etnika jew l-isfond ta’ immigrazzjoni tagħhom.

    B’mod ġenerali, 3 % ta’ dawk li wieġbu ddikjaraw li esperjenzaw vjolenza razzista fl-aħħar sena, b’24 % oħra jesperjenzaw fastidju razzist f’dak il-perjodu 9 . Kważi nofs (47 %) mil-Lhud li wieġbu huma inkwetati li jsiru vittma ta’ insult verbali anti-Semitiku jew ta’ fastidju, filwaqt li aktar minn terz (40 %) jinkwetaw li jiġu attakkati fiżikament fi spazji pubbliċi 10 . Madankollu, vjolenza u fastidju motivati mill-mibegħda jibqgħu ma jiġux irrappurtati. Id-data tal-istħarriġ tal-FRA dwar persuni ta’ dixxendenza Afrikana turi, pereżempju, li kważi żewġ terzi (64 %) tal-vittmi ta’ vjolenza razzista ma rrappurtawx l-aktar inċident reċenti li esperjenzaw lill-pulizija jew lil kwalunkwe organizzazzjoni jew servizz ieħor 11 .

    2.1.Indirizzar tar-razziżmu u d-diskriminazzjoni razzjali permezz tal-leġiżlazzjoni: rieżami u azzjoni

    Illum, l-azzjoni biex niġġieldu d-diskriminazzjoni, ir-razziżmu, il-ksenofobija, u tipi oħra ta’ intolleranza fil-livell Ewropew hija bbażata fuq qafas legali stabbilit tal-UE. Hija bbażata fuq għadd ta’ dispożizzjonijiet tat-Trattati 12 kif ukoll fuq il-prinċipji ġenerali ta’ nondiskriminazzjoni u ugwaljanza, affermati mill-ġdid ukoll fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE 13 .

    Filwaqt li l-ġlieda kontra r-razziżmu tirrikjedi azzjoni determinata f’ħafna oqsma, il-protezzjoni offruta mil-liġi hija kritika. Sistema komprensiva ta’ protezzjoni kontra d-diskriminazzjoni tirrikjedi l-ewwel u qabel kollox l-infurzar effettiv tal-qafas legali, biex jiġi żgurat li d-drittijiet u l-obbligi individwali jiġu rispettati fil-prattika. Dan ifisser ukoll li jiġi żgurat li ma jkunx hemm lakuni f’din il-protezzjoni. Avvenimenti reċenti li jenfasizzaw tensjonijiet razzjali qajmu tħassib li l-protezzjonijiet legali kontra d-diskriminazzjoni razzjali jew etnika mhumiex implimentati b’mod effettiv. Dan huwa marbut ukoll mat-tħassib dwar ir-relazzjoni bejn il-korpi tal-infurzar tal-liġi u l-minoranzi (ara t-taqsima 2.2 ta’ hawn taħt).

    Il-Kummissjoni se twettaq valutazzjoni komprensiva tal-qafas legali eżistenti biex tiddetermina kif tista’ tittejjeb l-implimentazzjoni, jekk għadux adatt għall-iskop tiegħu, u jekk hemmx lakuni x’jimtlew. Din il-valutazzjoni se tibbaża fuq il-monitoraġġ kontinwu tat-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE, b’mod partikolari d-djalogu regolari tagħha mal-Istati Membri u r-rapport li jmiss tagħha dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar l-Ugwaljanza Razzjali. Il-feedback tal-partijiet ikkonċernati, b’mod partikolari minn dawk li jirrappreżentaw it-tħassib tal-persuni affettwati mir-razziżmu u d-diskriminazzjoni razzjali, se jkun essenzjali wkoll biex jiġi identifikat x’jeħtieġ li jinbidel biex jimmassimizza l-livell u l-impatt tal-azzjoni tal-UE.

    Direttiva dwar l-Ugwaljanza Razzjali u l-korpi tal-ugwaljanza

    Id-Direttiva dwar l-Ugwaljanza Razzjali 14 ffurmat il-protezzjoni legali kontra d-diskriminazzjoni għar-raġunijiet tal-oriġini tar-razza jew l-etniċità għal aktar minn għoxrin sena. Hija tipprojbixxi d-diskriminazzjoni diretta u indiretta għar-raġunijiet tal-oriġini tar-razza jew l-etniċità fl-oqsma tal-impjiegi u x-xogħol, l-edukazzjoni, il-protezzjoni soċjali inkluża l-kura tas-saħħa, il-vantaġġ soċjali, u l-aċċess għal u l-provvista ta’ oġġetti u servizzi disponibbli għall-pubbliku, inkluża l-akkomodazzjoni. F’dawn l-aħħar snin, il-Kummissjoni saħħet il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tagħha. Saret enfasi partikolari fuq id-diskriminazzjoni kontra t-tfal Rom fl-edukazzjoni. Fl-2021, il-Kummissjoni se tirrapporta dwar l-applikazzjoni 15 tad-Direttiva u se ssegwi kwalunkwe leġiżlazzjoni possibbli sal-2022. Ir-rapport se jivvaluta x’tagħlimiet għandhom jittieħdu mill-implimentazzjoni tad-Direttiva u jidentifika kwalunkwe lakuna: qasam wieħed li għandu jiġi eżaminat speċifikament fil-kuntest ta’ leġiżlazzjoni ġdida possibbli huwa l-infurzar tal-liġi 16 . Ir-rapport se jgħin ukoll biex jinforma azzjoni kontinwa biex jagħtu prijorità lil proċedimenti ta’ ksur li għandhom impatt kbir.

    Id-Direttiva tirrikjedi li l-Istati Membri kollha jinnominaw korp biex jipprovdi assistenza indipendenti lill-vittmi tad-diskriminazzjoni, jippromwovi l-ugwaljanza, iwettaq stħarriġ indipendenti, u joħroġ rapporti u rakkomandazzjonijiet indipendenti. Dawn il-korpi tal-ugwaljanza huma essenzjali biex jiġi żgurat li l-individwi u l-gruppi li jiffaċċjaw diskriminazzjoni jkunu jistgħu jgawdu d-drittijiet tagħhom b’mod sħiħ: huma għandhom ikunu jistgħu jwettqu b’mod effettiv il-kompiti assenjati lilhom skont il-leġiżlazzjoni tal-UE. Id-dritt tal-UE, madankollu, tħalli diskrezzjoni lill-Istati Membri dwar is-setgħat u l-funzjonament tal-korpi tal-ugwaljanza. Dan jirriżulta f’differenzi kbar bejn il-korpi nazzjonali tal-ugwaljanza, li l-Kummissjoni fittxet li ttaffi f’Rakkomandazzjoni dwar standards għall-korpi tal-ugwaljanza fl-2018 17 . Ir-rwol u l-indipendenza tal-korpi tal-ugwaljanza u l-ħtieġa potenzjali għal leġiżlazzjoni ġdida biex jissaħħaħ ir-rwol ta’ dawn il-korpi se jkunu temi importanti fir-rapport tal-2021.

    Il-Kummissjoni tħeġġeġ ukoll lill-Istati Membri biex jippermettu litigazzjoni strateġika 18 fil-livell nazzjonali, f’konformità mar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar standards għall-korpi tal-ugwaljanza u f’konformità mar-regoli proċedurali nazzjonali tagħhom. Il-litigazzjoni strateġika hija fundamentali biex titqajjem sensibilizzazzjoni pubblika u jsir progress fil-kjarifika u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem.

    Bħalissa, il-leġiżlazzjoni tal-UE kontra d-diskriminazzjoni lil hinn mill-isferi tal-impjiegi, it-taħriġ okkupazzjonali u vokazzjonali tapplika biss għas-sess u l-oriġini tar-razza jew l-etniċità 19 . Ma hemm l-ebda approċċ orizzontali li jkopri r-raġunijiet kollha ta’ diskriminazzjoni. Biex jingħalqu l-lakuni fil-protezzjoni kontra kwalunkwe forma ta’ diskriminazzjoni, il-Kummissjoni se tkompli tħeġġeġ il-progress lejn l-unanimità meħtieġa fil-Kunsill biex tadotta l-proposta tagħha tal-2008 biex timplimenta trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età u l-orjentament sesswali 20 . 

    Deċiżjoni Qafas dwar il-ġlieda kontra r-razziżmu u l-ksenofobija u mezzi legali oħra għall-ġlieda kontra r-razziżmu

    Id-Deċiżjoni Qafas dwar il-ġlieda kontra r-razziżmu u l-ksenofobija permezz tal-liġi kriminali 21 għandha l-għan li tiżgura li manifestazzjonijiet serji ta’ razziżmu u ksenofobija jkunu punibbli b’pieni kriminali effettivi, proporzjonati u dissważivi fl-UE kollha. L-implimentazzjoni effettiva ta’ dan l-istrument hija fundamentali biex jiġi żgurat li d-diskors ta’ mibegħda u r-reati ta’ mibegħda jirċievu rispons kriminali effettiv u li l-vittmi ta’ reati jiġu rikonoxxuti u pprovduti b’rimedju effettiv. Id-Deċiżjoni Qafas hija kkomplementata mid-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Vittmi 22 , li fost aspetti oħra għandha l-għan li tiżgura l-ġustizzja, il-protezzjoni u l-appoġġ għall-vittmi ta’ reati ta’ mibegħda u diskors ta’ mibegħda.

    Mill-2014 ’l hawn 23 , il-Kummissjoni mmonitorjat it-traspożizzjoni tad-Deċiżjoni Qafas fis-sistemi legali tal-Istati Membri tal-UE. Jeżisti tħassib serju dwar kemm il-kodiċijiet kriminali nazzjonali jikkriminalizzaw b’mod korrett id-diskors ta’ mibegħda u r-reati ta’ mibegħda. Bħala kwistjoni ta’ prijorità, il-Kummissjoni se tagħmel sforz komprensiv biex tiżgura traspożizzjoni u implimentazzjoni sħaħ u korretti tad-Deċiżjoni Qafas madwar l-UE, b’mod partikolari fejn id-definizzjoni tad-diskors ta’ mibegħda jew il-kriminalizzazzjoni tar-reati ta’ mibegħda ma jiġux trasposti b’mod korrett fil-liġi nazzjonali u, fejn meħtieġ, tniedi proċedimenti ta’ ksur.

    Ir-razziżmu huwa wkoll esperjenzat online. Id-Deċiżjoni Qafas tirrikjedi li l-Istati Membri jikkriminalizzaw l-inċitament pubbliku għall-vjolenza jew il-mibegħda, għar-raġunijiet ta’ kulur, reliġjon, dixxendenza jew oriġini nazzjonali, razzjali jew etnika, inkluż meta titwettaq online. Madankollu d-diskors ta’ mibegħda illegali online għadu jiżdied u d-diskors ta’ mibegħda razzist huwa okkorrenza komuni 24 . Erba’ snin ilu l-Kummissjoni nediet il-Kodiċi ta’ Kondotta għall-ġlieda kontra d-diskors ta’ mibegħda illegali online, b’impenn volontarju mill-pjattaformi tat-teknoloġija tal-informatika (IT) biex jirrevedu u jekk meħtieġ ineħħu l-kontenut ta’ diskors ta’ mibegħda illegali 25 . Il-ħames evalwazzjoni dwar il-kodiċi turi li sar progress konsiderevoli fit-tneħħija tad-diskors ta’ mibegħda online 26 , iżda l-pjattaformi għad iridu jtejbu t-trasparenza u l-feedback lill-utenti. Il-Kummissjoni se tkompli tikkoopera ma’ kumpaniji tal-IT u testendi dawn l-isforzi għal pjattaformi oħra tal-media soċjali, inklużi dawk li jintużaw prinċipalment mit-tfal u l-adolexxenti, kif ukoll tkompli tippromwovi passi prattiċi għall-ġlieda kontra d-diskors ta’ mibegħda online u tippromwovi l-aċċettazzjoni tad-diversità.

    Se jsir pass ġdid bl-att dwar is-servizzi diġitali, li jżid u jarmonizza r-responsabbiltajiet tal-pjattaformi online u tal-fornituri tas-servizzi tal-informazzjoni u jsaħħaħ is-sorveljanza fuq il-politiki tal-kontenut tal-pjattaformi fl-UE 27 . L-għażliet li qed jitqiesu jinkludu obbligi li jdaħħlu fis-seħħ sistemi ta’ avviż u azzjoni kif ukoll obbligi ta’ rappurtar u trasparenza li jirrikjedu li l-pjattaformi jipprovdu informazzjoni dwar kif jittrattaw il-kontenut illegali inkluż id-diskors ta’ mibegħda. Dan mhux biss jippromwovi politiki ta’ moderazzjoni tal-kontenut li jissalvagwardjaw il-libertà tal-espressjoni online, iżda joffri wkoll il-bażi għall-ġbir ta’ data dwar il-livell u t-tipi ta’ diskors ta’ mibegħda razzist online, li jgħin lis-soċjetà ċivili u lil dawk li jfasslu l-politika biex jifformulaw politiki li effettivament jimmiraw ir-razziżmu.

    Taħt il-kappa tal-Forum tal-UE dwar l-Internet, il-Kummissjoni qed taħdem mal-Istati Membri u l-kumpaniji tal-internet fuq lista ta’ referenza ta’ simboli u gruppi estremisti vjolenti pprojbiti li għandha tintuża fuq bażi volontarja biex tinforma l-politiki tagħhom dwar il-moderazzjoni tal-kontenut. Din għandha tiġi ppreżentata fil-Forum Ministerjali tal-UE dwar l-Internet f’Diċembru 2020.

    Id-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva 28 tistabbilixxi rekwiżiti li jipproteġu lill-utenti ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva u pjattaformi ta’ video-sharing minn inċitament għal vjolenza jew mibegħda, kif ukoll minn komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi diskriminatorji. Din tobbliga wkoll lill-pjattaformi ta’ video-sharing biex jieħdu miżuri xierqa biex jipproteġu lill-utenti minn kontenut razzist u ksenofobiku.

    Għandu jiġi enfasizzat li kwalunkwe miżura li tillimita d-dritt għal-libertà tal-espressjoni trid tirrispetta r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 11 u 52 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, fejn applikabbli, u t-tradizzjonijiet kostituzzjonali tal-Istati Membri.

    Il-Kummissjoni se:

    -tirrapporta dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar l-Ugwaljanza Razzjali fl-2021;

    -tippreżenta, sal-2022, kwalunkwe leġiżlazzjoni meħtieġa biex tindirizza n-nuqqasijiet, inkluż biex issaħħaħ ir-rwol u l-indipendenza tal-korpi tal-ugwaljanza;

    -tiżgura traspożizzjoni u implimentazzjoni sħaħ u korretti tad-Deċiżjoni Qafas dwar ir-razziżmu u l-ksenofobija madwar l-UE, inkluż permezz ta’ proċeduri ta’ ksur.

    Il-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri biex:

    -jiżguraw li l-liġi tal-UE tiġi trasposta bis-sħiħ u applikata kif suppost fl-Istati Membri;

    -jintlaħaq ftehim malajr dwar il-proposta tal-Kummissjoni tal-2008 biex jiġi implimentat trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali.

    2.2.Lil hinn mil-leġiżlazzjoni tal-UE - nagħmlu aktar biex nindirizzaw ir-razziżmu fil-ħajja ta’ kuljum

    Ġlieda kontra d-diskriminazzjoni mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi

    Il-pulizija effiċjenti u r-rispett għad-drittijiet fundamentali huma komplementari. L-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi huma fundamentali biex tiġi żgurata li l-liġi tiġi obduta u biex tiġi żgurata s-sigurtà. Ir-rikonoxximent tad-diversità u l-iżgurar ta’ infurzar ġust tal-liġi huma essenzjali għall-ġlieda kontra r-razziżmu. Madankollu, ir-rapporti ta’ diskriminazzjoni ilhom jeżistu għal żmien twil: l-FRA inkludiet it-tfassil ta’ profili illegali u l-azzjoni tal-pulizija fir-riċerka tagħha 29 . Din id-diskriminazzjoni tista’ tagħmel ħsara lill-fiduċja fl-awtoritajiet u twassal għal eżiti negattivi oħra, bħan-nuqqas ta’ rapportar ta’ reati u r-reżistenza għall-awtorità pubblika.

    L-aġenziji tal-UE, bħall-FRA u l-Aġenzija għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL) diġà kkontribwew riżorsi sinifikanti 30 biex itejbu l-kapaċità tal-Istati Membri biex jiżguraw li d-drittijiet u l-prinċipji fundamentali jiġu rispettati mill-atturi statali, b’mod partikolari fil-qasam tan-nondiskriminazzjoni. Organizzazzjonijiet internazzjonali kkontribwew ukoll għal dak l-objettiv 31 .

    It-tfassil ta’ profili jintuża b’mod komuni, u leġittimu, mill-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi għall-prevenzjoni, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali. Madankollu, it-tfassil ta’ profili li jirriżulta f’diskriminazzjoni 32 abbażi ta’ kategoriji speċjali ta’ data personali, bħal data li tiżvela l-oriġini tar-razza jew l-etniċità, huwa illegali 33 . F’Lulju 2020, il-Kummissjoni Ewropea kontra r-Razziżmu u l-Intolleranza (ECRI) tal-Kunsill tal-Ewropa wissiet speċifikament kontra t-tfassil ta’ profili razzjali 34 .

    Permezz tal-Grupp ta’ Livell Għoli biex jiġu miġġielda r-razziżmu, il-ksenofobija u forom oħra ta’ intolleranza, il-Kummissjoni se tappoġġa lill-Istati Membri fil-prevenzjoni ta’ attitudnijiet diskriminatorji fl-infurzar tal-liġi, fl-iżvilupp tal-ħiliet meħtieġa għall-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni kontra reati ta’ mibegħda u fl-iżgurar ta’ trattament ġust u adegwat tal-vittmi 35 . Dan se jinkludi mmappjar tal-lakuni u l-ħtiġijiet ewlenin fl-Istati Membri tal-UE, u azzjoni ta’ taħriġ għad-detezzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati ta’ mibegħda. L-FRA se tiġi mistiedna tiġbor u xxerred prattiki tajbin li jippromwovu sorveljanza mill-pulizija ġusta, filwaqt li tibni fuq il-manwal ta’ taħriġ eżistenti 36 u l-gwida dwar il-prevenzjoni tat-tfassil ta’ profili illegali 37 . L-aġenzija għandha wkoll tkompli tiġbor u tippubblika data dwar l-attitudnijiet tal-pulizija lejn il-minoranzi. Is-CEPOL għandu jżid il-ħidma tiegħu fuq pakketti komprensivi ta’ taħriġ dwar id-drittijiet tal-bniedem, l-etika u r-razziżmu u jsaħħaħ is-sensibilizzazzjoni dwar is-sorveljanza mill-pulizija ġusta u inklużiva fost l-uffiċjali tal-pulizija ta’ livell medju u għoli u r-rappreżentanti tal-infurzar tal-liġi 38 .

    In-nuqqas ta’ rappurtar ta’ reati ta’ mibegħda b’motiv razzist 39 huwa ostaklu serju għall-infurzar tal-liġi u għat-tfassil tal-politika. L-istrateġija reċenti tal-UE dwar id-drittijiet tal-vittmi 40 tirrikonoxxi li l-vittmi ta’ reati li jagħmlu parti minn komunitajiet jew minoranzi żvantaġġati jew vulnerabbli jista’ jkollhom fiduċja baxxa fl-awtoritajiet pubbliċi, u dan iżommhom milli jirrapportaw ir-reat. Ambjent sikur għall-vittmi biex jirrapportaw ir-reat huwa wieħed mill-ħames prijoritajiet ewlenin tal-istrateġija. Id-diversità fost il-persunal fis-servizzi tal-infurzar tal-liġi u s-sorveljanza mill-pulizija inklużiva tista’ ssaħħaħ il-livell ta’ fiduċja fl-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u b’hekk ittejjeb ir-rappurtar tar-reati. L-ECRI ħeġġet bil-qawwa lill-Istati Membri biex jiżviluppaw proċeduri ta’ reklutaġġ li jiżguraw li l-kompożizzjoni tal-pulizija tirrifletti d-diversità tal-popolazzjoni, kif ukoll oqfsa għad-djalogu bejn il-pulizija u l-membri tal-gruppi ta’ minoranza. Il-fiduċja u l-kunfidenza huma fundamentali biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni ta’ kulħadd u b’hekk l-effikaċja tal-infurzar tal-liġi. Il-grupp ta’ Ħidma eżistenti dwar ir-reġistrazzjoni tar-reati ta’ mibegħda, il-ġbir tad-data u t-tħeġġiġ tar-rappurtar se jiżviluppa prinċipji ta’ gwida ewlenin dwar kif il-vittmi jistgħu jiġu mħeġġa jirrappurtaw reati ta’ mibegħda, u l-FRA se toħroġ rapport dwar it-tħeġġiġ tar-rappurtar ta’ reati ta’ mibegħda fl-2021.

    Sikurezza u sigurtà

    Uħud mill-Istati Membri ħadu azzjoni biex jipprojbixxu gruppi razzisti u s-simboli tagħhom, spiss skont il-leġiżlazzjoni dwar reati ta’ mibegħda, diskors ta’ mibegħda jew terroriżmu, jew stabbilew sanzjonijiet kriminali marbuta maċ-ċaħda ta’ reati kontra l-umanità u/jew il-perjodu Nażist jew Faxxist kif ukoll il-propaganda għal gruppi terroristi. Il-Kummissjoni se taħdem flimkien mal-Istati Membri lejn fehim komuni aħjar dwar kif għandhom jiġu indirizzati l-gruppi estremisti vjolenti. Dan jinkludi mmappjar tar-rispons nazzjonali għall-estremiżmu vjolenti li għandu jiġi ppreżentat lill-Gruppi ta’ Ħidma rilevanti tal-Kunsill f’Novembru 2020. Il-ħidma mal-Istati Membri se tkompli tidentifika l-lakuni, l-aħjar prattiki u r-rakkomandazzjonijiet fl-indirizzar tal-estremiżmu vjolenti, li għandhom jiġu ppreżentati kmieni fl-2021.

    Trid tiġi żgurata protezzjoni aħjar tal-postijiet fejn in-nies jiltaqgħu. Għalkemm din hija primarjament kwistjoni għall-Istati Membri, il-Kummissjoni żdiedet l-isforzi tagħha taħt il-pjan ta’ azzjoni tal-2017 biex tappoġġa l-protezzjoni tal-ispazji pubbliċi 41 . F’dawn l-aħħar snin, kemm fl-Ewropa kif ukoll madwar id-dinja, diversi attakki terroristiċi kellhom fil-mira persuni f’postijiet ta’ qima, spiss motivati minn mibegħda razzjali 42 . L-Istrateġija tal-Unjoni tas-Sigurtà 43 spjegat kif il-Kummissjoni taħdem kemm mas-settur privat kif ukoll mal-awtoritajiet reġjonali u lokali biex jitnaqqsu r-riskji għall-persuni fi spazji pubbliċi.

    Riskji f’teknoloġiji ġodda

    Fost il-ħafna opportunitajiet li toffri, it-tranżizzjoni diġitali u l-iżvilupp ta’ teknoloġiji ġodda jistgħu jintużaw biex tissaħħaħ il-ġlieda kontra r-razziżmu. Iżda dan jista’ jġib ukoll sfidi ġodda għall-ugwaljanza razzjali u n-nondiskriminazzjoni u l-ugwaljanza tal-opportunitajiet b’mod ġenerali, jekk ma jkunx ppjanat b’mod suffiċjenti u adegwat. Il-white paper tal-Kummissjoni dwar l-intelliġenza artifiċjali (IA) 44 stabbiliet kif ċerti użi ta’ din it-teknoloġija li qed tiżviluppa b’rata mgħaġġla jinvolvu għadd ta’ riskji potenzjali. L-użu ta’ algoritmi jista’ jipperpetwa jew saħansitra jistimula preġudizzju razzjali jekk id-data għat-taħriġ tal-algoritmi ma tirriflettix id-diversità tas-soċjetà tal-UE.

    Bħala eżempju, l-istudji wrew li algoritmi ta’ rikonoxximent tal-wiċċ ibbażati fuq l-IA jistgħu juru rati għoljin ta’ klassifikazzjoni ħażina meta jintużaw fuq xi gruppi demografiċi, bħal nisa jew persuni bi sfond ta’ minoranza razzjali jew etnika 45 . Dan jista’ jwassal għal riżultati preġudikati u fl-aħħar mill-aħħar għal diskriminazzjoni 46 . Il-Kummissjoni u l-aġenzija EU-LISA qed jaħdmu fuq teknoloġiji ta’ rikonoxximent tal-wiċċ li għandhom jintużaw fis-sistemi il-kbar tal-IT tal-UE għall-ġestjoni tal-fruntieri u s-sigurtà 47 .

    Ir-regoli tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data diġà fihom għadd ta’ salvagwardji rigward l-ipproċessar ta’ data bijometrika għall-fini ta’ identifikazzjoni unika ta’ persuna fiżika. Il-proposta li jmiss għal qafas leġiżlattiv orizzontali dwar l-IA se tindirizza b’mod speċifiku r-riskju ta’ preġudizzju u diskriminazzjoni mibnija fis-sistemi tal-IA. Huwa mistenni li tipproponi rekwiżiti speċifiċi għall-kwalità tas-settijiet tad-data tat-taħriġ u l-proċeduri tal-ittestjar għad-detezzjoni u l-korrezzjoni tal-preġudizzju li se jservu biex jipprevjenu effetti diskriminatorji negattivi mill-bidu, u tiżgura monitoraġġ u viġilanza kontinwa għall-konformità mal-leġiżlazzjoni eżistenti matul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-IA. L-identifikazzjoni bijometrika remota u teknoloġija oħra ta’ sorveljanza intrużiva jistgħu jitqiesu fost applikazzjonijiet tal-IA b’riskju għoli li jkunu jeħtieġu jissodisfaw rekwiżiti speċifiċi u jgħaddu minn valutazzjoni tal-konformità ex ante.

    Impjiegi, edukazzjoni, saħħa u akkomodazzjoni

    Minkejja l-qafas legali avvanzat kontra d-diskriminazzjoni, l-inugwaljanzi fl-aċċess għall-impjiegi, l-edukazzjoni, il-kura tas-saħħa u l-akkomodazzjoni jippresistu u l-leġiżlazzjoni jeħtieġ li tkun appoġġjata minn miżuri ta’ politika. Fejn il-protezzjoni legali ma tkunx biżżejjed, il-Kummissjoni se tiġġieled ir-razziżmu anke permezz ta’ programmi ta’ politika u ta’ finanzjament.

    L-għan tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali huwa li l-ekwità tkun preżenti fil-ħajja ta’ kull ċittadin, jekk dan ikunx qed jistudja, ikunx qed jaħdem, ikunx qed ifittex impjieg jew irtirat; ikunx qed jgħix f’belt jew f’żona rurali; irrispettivament minn kwalunkwe karatteristika personali, inkluża l-oriġini tar-razza jew l-etniċità. Il-pjan ta’ azzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, li għandu jiġi ppreżentat mill-Kummissjoni fl-2021, se jkompli jappoġġa l-ugwaljanza fis-suq tax-xogħol, inkluż għal persuni bi sfond ta’ minoranza razzjali jew etnika 48 . Fl-2021 ukoll, il-Kummissjoni se tippreżenta Garanzija għat-Tfal li se jkollha l-għan li tiżgura inklużjoni soċjali aħjar tat-tfal kollha fil-bżonn u tiżgura l-aċċess tagħhom għal servizzi fundamentali.

    Ewropa għanja u soċjali tiddependi fuqna lkoll. Madankollu, il-kriżi tal-COVID-19 kixfet jew saħansitra aggravat l-inugwaljanzi. Filwaqt li tagħmel użu sħiħ mill-possibbiltajiet offruti minn Next Generation EU u l-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku għal riformi strutturali, il-Kummissjoni se taħdem mal-Istati Membri biex tiżgura li l-appoġġ f’oqsma bħas-suq tax-xogħol, l-edukazzjoni u t-taħriġ, il-protezzjoni soċjali, il-kura tas-saħħa u l-akkomodazzjoni jikkontribwixxu għall-ugwaljanza.

    Fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2021-2027, il-fondi tal-UE se jappoġġaw l-isforzi tal-Istati Membri biex jippromwovu l-inklużjoni soċjali 49 billi jiżguraw opportunitajiet indaqs għal kulħadd u jindirizzaw id-diskriminazzjoni. Il-fondi tal-UE se jippromwovu l-iżvilupp tal-infrastruttura u l-aċċess ugwali għas-suq tax-xogħol, il-kura tas-saħħa u soċjali, l-akkomodazzjoni u s-servizzi ta’ kwalità għolja, mhux segregati u inklużivi fl-edukazzjoni u t-taħriġ, għal kulħadd, b’mod partikolari għall-gruppi żvantaġġati.

    -Impjiegi

    Fil-qasam tal-impjiegi, il-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni tkopri r-raġunijiet tas-sess, l-oriġini tar-razza jew l-etniċità, id-diżabbiltà, l-età, l-orjentazzjoni sesswali, u r-reliġjon jew it-twemmin. Madankollu, id-diskriminazzjoni fuq il-post tax-xogħol jew meta wieħed ifittex xogħol hija mifruxa; tista’ tieħu ħafna forom u taffettwa ċerti gruppi aktar minn oħrajn 50 . Persuni ta’ dixxendenza Afrikana, pereżempju, jaraw distakk partikolarment qawwi bejn il-kwalità tal-impjieg tagħhom u l-livell ta’ edukazzjoni, li jirriżulta f’rata ta’ xogħol bi ħlas aktar baxx fost dawk b’lawrja terzjarja meta mqabbel mal-popolazzjoni ġenerali 51 . Hemm evidenza li l-kandidati li jidentifikaw b’mod miftuħ bħala Musulmani fil-curriculum vitae tagħhom jirċievu inqas stediniet għal intervisti meta mqabbel ma’ kandidati ugwalment kwalifikati b’curriculum vitea “newtrali fir-reliġjon” 52 . Hemm ukoll rata ħafna ogħla ta’ żgħażagħ ta’ oriġini mill-Afrika ta’ Fuq, b’dixxendenza Afrikana jew minn komunitajiet Rom li mhumiex f’impjieg, f’edukazzjoni jew taħriġ, meta mqabbel mal-popolazzjoni ġenerali 53 . L-isfidi x’aktarx se jmorru għall-agħar bil-kriżi tal-COVID-19, peress li t-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku għandu t-tendenza li jaggrava l-inugwaljanzi. F’dan ir-rigward, l-implimentazzjoni u l-infurzar sħaħ tal-istrumenti legali eżistenti huma fundamentali. Il-pjan ta’ azzjoni dwar il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali se jikkontribwixxi wkoll biex tiġi indirizzata aħjar id-diskriminazzjoni fil-qasam tal-impjiegi.

    Barra minn hekk, li wieħed ikollu l-ħiliet xierqa jfisser li dan jista’ jsib impjieg aktar faċilment, jibqa’ impjegat u jinnaviga t-tranżizzjonijiet tal-impjieg. Dan jirrikjedi aċċess ugwali għal opportunitajiet addizzjonali ta’ titjib tal-ħiliet għall-persuni kollha, irrispettivament mill-oriġini tar-razza jew l-etniċità kif ukoll minn raġunijiet oħra ta’ diskriminazzjoni. Dan l-aħħar il-Kummissjoni adottat Aġenda għall-Ħiliet għall-Ewropa 54 bil-ġustizzja soċjali bħala pedament, li tinkludi Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali (VET) li tappella biex il-programmi tal-VET ikunu inklużivi għall-gruppi vulnerabbli, inklużi persuni bi sfond ta’ minoranza razzjali jew etnika 55 . Iż-żgħażagħ minn gruppi żvantaġġati, bħal żgħażagħ bi sfond ta’ minoranza razzjali jew etnika jew żgħażagħ migranti jiffaċċjaw ostakli addizzjonali għad-dħul fis-suq tax-xogħol. Il-Garanzija għaż-żgħażagħ imsaħħa tirrikonoxxi din il-problema u tirrakkomanda li l-Istati Membri jżidu s-sensibilizzazzjoni għaż-żgħażagħ l-aktar vulnerabbli, u jagħtu l-attenzjoni xierqa lil kull forma ta’ diskriminazzjoni 56 . In-Network Ewropew tas-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi (PES) se jfassal approċċi għan-nondiskriminazzjoni fis-servizzi pubbliċi tal-impjiegi madwar l-UE u jrawwem it-tagħlim reċiproku fuq din il-bażi 57 . L-intrapriżi soċjali, u l-ekonomija soċjali b’mod aktar wiesa’, jistgħu jkunu wkoll pijunieri fil-moviment kontra l-inugwaljanza razzjali u r-rwol tagħhom se jiġi indirizzat fil-pjan ta’ azzjoni Ewropew għall-ekonomija soċjali li għandu jiġi ppreżentat mill-Kummissjoni fl-2021.

    -Edukazzjoni

    F’konformità mad-Direttiva dwar l-Ugwaljanza Razzjali, it-tfal minn kull sfond razzjali jew etniku jrid jkollhom aċċess ugwali għall-edukazzjoni. L-għalliema jridu ikunu mħarrġa biex jaħdmu mat-tfal kollha u jkunu sensittivi għall-ħtiġijiet ta’ studenti minn sfondi differenti, inkluż dwar kwistjonijiet relatati mad-diskriminazzjoni razzjali. L-iskejjel għandhom ikunu postijiet ta’ kenn, ħielsa mill-bullying, r-razziżmu u d-diskriminazzjoni. It-tfal għandhom jiġu mgħallma minn kmieni dwar l-ugwaljanza, ir-rispett u l-inklużjoni u jingħataw is-setgħa li jippromwovu dawn il-valuri fost il-pari tagħhom u fil-komunitajiet tagħhom 58 .

    Filwaqt li r-responsabbiltà għall-kontenut u l-organizzazzjoni tas-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ hija tal-Istati Membri, it-tisħiħ tal-edukazzjoni inklużiva hija waħda mill-prijoritajiet għall-kooperazzjoni tal-UE. L-inklużjoni u l-ġustizzja fl-edukazzjoni se jkunu fost il-dimensjonijiet prijoritarji taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni. Dan l-imperattiv għall-inklużjoni u l-ġustizzja japplika bl-istess mod għat-tagħlim u l-edukazzjoni diġitali, skont il-pjan ta’ azzjoni aġġornat għall-edukazzjoni diġitali li għandu jiġi ppreżentat din is-sena. Fl-2021, il-Kummissjoni se tippreżenta strateġija komprensiva dwar id-drittijiet tat-tfal, li se tinkludi azzjonijiet li jindirizzaw ir-razziżmu u d-diskriminazzjoni. L-iskejjel għandhom rwol strumentali biex jgħinu fit-tnaqqis tal-isterjotipi razzjali u l-preġudizzju fost it-tfal.

    Iż-żgħażagħ jista’ jkollhom ukoll rwol importanti fil-ġlieda kontra r-razziżmu u d-diskriminazzjoni. Il-Kummissjoni flimkien mal-Istati Membri ġabret ilħna żgħażagħ Ewropej permezz tal-proċess ta’ djalogu tal-UE maż-żgħażagħ, li wassal għal 11-il għan tal-UE dwar iż-żgħażagħ 59 . Dawn jippreżentaw viżjoni għal Ewropa li tippermetti liż-żgħażagħ jilħqu l-potenzjal sħiħ tagħhom, jippromwovu l-ugwaljanza u s-soċjetajiet inklużivi.

    Erasmus+ jiffinanzja proġetti li jikkontribwixxu għall-integrazzjoni ta’ persuni bi sfond ta’ minoranza razzjali jew etnika 60 . Bl-istess mod, il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà jista’ jippromwovi attivitajiet ta’ solidarjetà mmirati lejn il-ġlieda kontra r-razziżmu u d-diskriminazzjoni, u parteċipazzjoni wiesgħa 61 . Il-programmi futuri 62 se jiżguraw li jsiru sforzi għall-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali u għat-titjib tas-sensibilizzazzjoni lil persuni b’inqas opportunitajiet, fost oħrajn, billi jiġu indirizzati l-ostakoli li jiffaċċjaw il-gruppi li ma jkunux rappreżentati biżżejjed u l-minoritajiet fl-aċċess għall-opportunitajiet offruti mill-programmi u billi l-organizzaturi tal-proġett u l-parteċipanti jiġu mgħammra għall-interazzjoni sensittiva ma’ persuni minn sfondi differenti.

    In-Network ta’ Sensibilizzazzjoni dwar ir-Radikalizzazzjoni 63 se jappoġġa l-isforz fost l-għalliema, il-persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ u l-komunità usa’ ta’ gruppi tal-etajiet kollha biex jittrattaw dibattiti polarizzanti u diskors stigmatizzanti fil-klassi.

    -Saħħa

    Il-kriżi tal-COVID-19 enfasizzat il-konsegwenzi tal-inugwaljanzi eżistenti fis-settur tas-saħħa mġarrba minn persuni bi sfond ta’ minoranza razzjali jew etnika 64 65 . Ir-razziżmu jikkawża trawma u jista’, għalhekk, jaffettwa wkoll is-saħħa mentali tan-nies. Il-programm il-ġdid EU4Health u l-Pjan Ewropew għall-ġlieda kontra l-kanċer se jindirizzaw l-inugwaljanzi fis-settur tas-saħħa billi jqisu l-ħtiġijiet speċifiċi ta’ gruppi differenti. L-iskambji tal-aħjar prattiki bejn il-professjonisti fil-kura medika madwar l-UE u diskussjonijiet mal-organizzazzjonijiet tal-pazjenti u mas-soċjetà ċivili se jgħinu biex jiġi żgurat approċċ iċċentrat fuq il-pazjent li jkopri l-ħtiġijiet speċifiċi ta’ persuni bi sfond ta’ minoranza razzjali jew etnika. Il-Pjattaforma tal-Politika tas-Saħħa tal-UE 66 se tinkludi enfasi speċifika fuq it-tnaqqis tal-inugwaljanzi abbażi tal-oriġini tar-razza jew l-etniċità u se tgħaddi l-proposti mis-soċjetà ċivili lil dawk li jfasslu l-politika tas-settur tas-saħħa fil-livell nazzjonali u tal-UE. Il-Grupp ta’ Tmexxija tal-Kummissjoni dwar il-Promozzjoni tas-Saħħa, il-Prevenzjoni tal-Mard u l-Ġestjoni tal-Mard mhux Komunikabbli 67 se jintalab jagħżel l-aħjar prattiki dwar l-inklużjoni ta’ persuni bi sfond ta’ minoranza razzjali jew etnika fl-istrateġiji ta’ prevenzjoni tas-saħħa li għandhom jiżdiedu bl-appoġġ baġitarju tal-UE. Proġetti tar-riċerka addizzjonali taħt Orizzont Ewropa jistgħu jikkontribwixxu wkoll għal din il-ħidma. Għandha ssir riċerka dwar id-determinanti soċjoekonomiċi tas-saħħa mill-perspettiva razzjali.

    -Akkomodazzjoni

    L-individwi li jesperjenzaw diskriminazzjoni razzjali huma f’riskju ogħla ta’ kundizzjonijiet ħżiena ta’ akkomodazzjoni u segregazzjoni residenzjali 68 . Id-diskriminazzjoni fis-suq tal-akkomodazzjoni 69 ssaħħaħ is-segregazzjoni 70 , b’effett indirett f’termini ta’ edukazzjoni jew opportunitajiet ta’ impjieg u, f’każ ta’ familji bit-tfal, b’impatt detrimentali sinifikanti fuq l-iżvilupp tat-tfal.

    L-awtoritajiet nazzjonali u lokali huma primarjament responsabbli għal miżuri 71 għall-prevenzjoni u/jew l-indirizzar tas-segregazzjoni soċjali u residenzjali 72 . Il-fondi tal-politika ta’ koeżjoni 73 se jibqgħu strumenti fundamentali fil-perjodu 2021-2027 għall-appoġġ ta’ azzjonijiet ta’ akkomodazzjoni mhux segregati u l-iżgurar ta’ aċċess għal servizzi bażiċi, inklużivi u ta’ kwalità għolja. Il-konformità mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE se tibqa’ essenzjali, bl-esklużjoni tal-appoġġ finanzjarju għal azzjonijiet li jikkontribwixxu għall-ħolqien ta’ kwalunkwe forma ta’ segregazzjoni ġdida. L-inizjattiva tal-Kummissjoni “mewġa ta’ rinnovazzjoni” se trawwem l-effiċjenza enerġetika fl-akkomodazzjoni soċjali u akkomodazzjoni oħra fi dħul aktar baxx.

    Il-Kummissjoni se:

    -tiżgura li l-qafas leġiżlattiv dwar l-IA se jindirizza b’mod speċifiku r-riskju ta’ preġudizzju u diskriminazzjoni mibnija fis-sistemi tal-IA;

    -tuża miżuri ta’ politika u programmi ta’ finanzjament biex tiġġieled ir-razziżmu u d-diskriminazzjoni fl-aċċess għall-impjiegi, l-edukazzjoni u t-taħriġ, il-kura tas-saħħa, il-protezzjoni soċjali u l-akkomodazzjoni;

    -tiżgura li l-istrateġija komprensiva li jmiss dwar id-drittijiet tat-tfal se jkun fiha azzjonijiet partikolari dwar l-indirizzar tar-razziżmu u d-diskriminazzjoni.

    Il-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri biex:

    -iżidu l-isforzi biex jipprevjenu attitudnijiet diskriminatorji fost l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u jagħtu spinta lill-kredibbiltà tal-ħidma tal-infurzar tal-liġi kontra r-reati ta’ mibegħda;

    -jimmappjaw ir-risponsi nazzjonali għall-estremiżmu vjolenti u jidentifikaw il-lakuni u l-aħjar prattiki biex jindirizzaw dan.

    Il-FRA għandha tiġbor id-data u xxerred prattiki tajbin li jippromwovu l-pulizija ġusta. Is-CEPOL jenħtieġ li jipprovdi programmi ta’ taħriġ effettivi.

    3.Razziżmu strutturali — l-indirizzar tal-problema sottostanti

    Ir-razziżmu spiss huwa profondament integrat fl-istorja tas-soċjetajiet tagħna, marbut mal-għeruq u n-normi kulturali tagħha. Dan jista’ jiġi rifless fil-mod kif tiffunzjona s-soċjetà, kif titqassam is-setgħa u kif iċ-ċittadini jinteraġixxu mal-istat u s-servizzi pubbliċi. Jista’ jkun inkonxju u spiss jinħass minħabba nuqqas ta’ riflessjoni tal-interessi tal-persuni affettwati mir-razziżmu, anke jekk mhux neċessarjament tentattiv dirett ta’ esklużjoni. Peress li l-impatt tar-razziżmu strutturali jista’ jkun daqstant profond u dannuż daqs ir-razziżmu individwali, l-eżistenza tiegħu jeħtieġ li tiġi rikonoxxuta u għandha tiġi indirizzata permezz ta’ politiki proattivi. Perspettiva intersezzjonali tapprofondixxi l-fehim tar-razziżmu strutturali, u tagħmel ir-risponsi aktar effettivi.

    3.1.Politiki ta’ bidla

    Il-ġlieda kontra l-isterjotipi u s-sensibilizzazzjoni dwar il-passat

    L-isterjotipi jistgħu jkunu antiki sekli sħaħ, b’influwenza ostinata fuq l-attitudnijiet u tendenza li jipperpetwaw lilhom infushom. Ħafna drabi, l-isterjotipi jissaħħu minn tendenza lejn diviżjonijiet soċjali li jqiegħdu lill-minoranzi fi spazju differenti mill-maġġoranza, soċjalment iżda wkoll fiżikament.

    Il-preġudizzji u l-isterjotipi jistgħu, l-ewwel nett, jiġu indirizzati billi jiġu rikonoxxuti l-għeruq storiċi tar-razziżmu. Il-kolonjaliżmu, l-iskjavitù u l-Olokawst huma integrati fl-istorja tagħna u llum għandhom konsegwenzi profondi għas-soċjetà. L-iżgurar tal-kommemorazzjoni huwa parti importanti mit-tħeġġiġ tal-inklużjoni u l-fehim: jenħtieġ li l-UE, pereżempju, timmarka b’mod espliċitu jiem kommemorattivi ewlenin marbuta mar-razziżmu, bħall-Jum Internazzjonali għall-Abolizzjoni tal-Iskjavitù 74 , kif propost mill-Parlament Ewropew 75 . L-istorja u t-tagħlim tal-istorja huma punt fokali importanti tal-ipprogrammar tal-edukazzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa 76 . F’Lulju 2020, il-Kunsill tal-Ewropa adotta rakkomandazzjoni li tappella għall-inklużjoni tal-istorja tan-nies Rom u/jew Travellers fil-kurrikuli tal-iskejjel u fil-materjal tat-tagħlim. Bħala parti mill-azzjoni tal-UE fil-qasam tal-kultura u l-valuri, il-programm Ewropa Kreattiva u ċ-ċittadinanza, l-ugwaljanza, id-drittijiet u l-valuri se joffri appoġġ għal proġetti li jfittxu li jneħħu l-ostakli u li jinkoraġġixxu l-inklużjoni soċjali u l-parteċipazzjoni ta’ gruppi żvantaġġati u sottorappreżentati, inklużi aspetti bħall-post tal-minoranzi fis-soċjetà Ewropea u l-wirt storiku tal-kolonjaliżmu.

    Il-mod li bih persuni bi sfond razzjali jew etniku minoritarju huma murija fil-midja, u jekk humiex rappreżentati, jista’ jsaħħaħ l-isterjotipi negattivi, bis-sottorappreżentanza tagħhom fil-professjonijiet tal-midja tkompli ssaħħaħ din it-tendenza. Midja indipendenti u pluralistika hija meħtieġa għal dibattitu demokratiku bbilanċjat. Il-promozzjoni ta’ narrattivi bbilanċjati u pożittivi, iż-żieda fis-sensibilizzazzjoni u l-għarfien tal-ġurnalisti, kif ukoll it-trawwim tal-litteriżmu medjatiku, huma modi kruċjali biex jikkontribwixxu għal soċjetajiet inklużivi. Filwaqt li tibni fuq is-seminars dwar ir-Rom 77 , il-Kummissjoni se tiżviluppa sensiela ta’ seminars dwar l-isterjotipi razzjali u etniċi li jlaqqgħu flimkien ġurnalisti, organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u rappreżentanti ta’ persuni bi sfond razzjali jew etniku minoritarju. Barra minn hekk, il-Kummissjoni qed taħdem mal-Federazzjoni Ewropea tal-Ġurnalisti fuq serje ta’ seminars online ppjanati għall-bidu tal-2021 biex trawwem sensibilizzazzjoni u tippromwovi rakkontar bilanċjat ta’ stejjer dwar il-Musulmani u l-Iżlam. L-industriji kulturali u kreattivi jiffaċċjaw sfidi simili, bħas-sottorappreżentanza fost dawk li jagħmlu l-films, jew sterjotipi f’output kulturali ieħor. Fl-istess ħin, dawk l-industriji jistgħu jkunu mezzi b’saħħithom għall-promozzjoni tal-ugwaljanza, id-diversità u l-inklużjoni.

    Fl-2021 u lil hinn, u filwaqt li tibni fuq it-tagħlimiet meħuda minn inizjattivi tal-passat, il-Kummissjoni se tippromwovi s-sensibilizzazzjoni permezz ta’ attivitajiet ta’ komunikazzjoni mmirati. Dan se jinkludi kuntatt ma’ personaġġi ta’ livell għoli fid-dinja politika, sportiva, kummerċjali jew kulturali u l-istedina ta’ organizzazzjonijiet b’udjenza kbira biex jagħtu l-appoġġ tagħhom.

    Wieħed mill-għanijiet tad-diżinformazzjoni jista’ jkun li jiġu mmirati l-minoranzi b’mod partikolari, kif ukoll li jingħeleb l-inkwiet soċjali b’mod aktar wiesa’. Il-pandemija tal-COVID-19 ipprovdiet ħafna eżempji ta’ dan 78 . Il-ħidma tal-Osservatorju Ewropew tal-Midja Diġitali fl-appoġġ tal-verifikaturi tal-fatti u tar-riċerkaturi fl-indirizzar tad-diżinformazzjoni se tiffoka speċifikament fuq id-diżinformazzjoni u l-konspirazzjonijiet immirati lejn il-komunitajiet minoritarji. Il-mitigazzjoni tan-narrattivi ta’ diskriminazzjoni razzjali mifruxa permezz tad-diżinformazzjoni hija wkoll parti importanti mill-kampanji tal-litteriżmu medjatiku. Il-proġetti “litteriżmu medjatiku għal kulħadd” 79 jappoġġaw dawn l-objettivi. Din il-ħidma se tiġi żviluppata aktar fil-pjan ta’ azzjoni Ewropew li jmiss dwar id-demokrazija u l-pjan ta’ azzjoni tal-media u awdjoviżiv.

    L-azzjoni tal-UE dwar l-isport tipprijoritizza wkoll proġetti li jmorru kontra l-isterjotipi u jippromwovu l-inklużjoni soċjali permezz tal-isport, inkluż f’kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet ewlenin bħall-Unjoni tal-Assoċjazzjonijiet tal-Futbol Ewropew (UEFA) u l-Federazzjoni Internazzjonali tal-Assoċjazzjoni tal-Futbol (FIFA) (FIFA) 80 . Taħt il-programm Erasmus+ 2021-2027 81 , l-enfasi speċifika fuq l-isports innifsu 82 tagħmilha aktar faċli għal nies minn kull sfond, inklużi dawk bi sfond minoritarju razzjali jew etniku, biex jipparteċipaw. Is-settur kulturali, mill-mużika għaċ-ċinema u l-arti tal-ispettaklu, huwa qasam b’saħħtu għall-promozzjoni tal-inklużjoni u l-ġlieda kontra r-razziżmu.

    Id-data t-tajba għal għażliet ta’ politika infurmati

    Data preċiża u komparabbli hija essenzjali biex dawk li jfasslu l-politika u l-pubbliku jkunu jistgħu jivvalutaw l-iskala u n-natura tad-diskriminazzjoni mġarrba u għat-tfassil, l-adattament, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-politiki. Dan jeħtieġ li d-data tiġi diżaggregata skont l-oriġini etnika jew razzjali 83 . Madankollu, meta mqabbla ma’ data għal raġunijiet oħra ta’ diskriminazzjoni, bħas-sess, id-diżabbiltà u l-età, tali data hija relattivament skarsa. L-ostakli jinkludu problemi fl-istabbiliment ta’ metodoloġija komuni, b’xi Stati Membri jiġbru data bħal din filwaqt li oħrajn jevitaw b’mod konxju dan l-approċċ. B’riżultat ta’ dan, ħafna stħarriġiet jiffukaw fuq il-perċezzjoni tad-diskriminazzjoni jew jużaw indikaturi bħaċ-ċittadinanza jew il-pajjiż tat-twelid. Il-ġbir ta’ data affidabbli u komparabbli fil-livell Ewropew u nazzjonali huwa prerekwiżit essenzjali għal azzjoni effettiva.

    Il-FRA għandha rwol importanti, pereżempju billi taħdem mal-Kummissjoni biex tappoġġa l-isforzi tal-Istati Membri biex itejbu l-ġbir u r-reġistrazzjoni ta’ data dwar reati ta’ mibegħda. Is-sentejn li ġejjin se jaraw stħarriġiet ġodda tal-FRA dwar is-sitwazzjoni tal-immigranti u d-dixxendenti tal-immigranti, u dwar id-diskriminazzjoni u r-reati ta’ mibegħda kontra l-Lhud. L-istħarriġiet tal-Ewrobarometru dwar id-diskriminazzjoni 84 se jkomplu jsiru perjodikament sabiex il-bidliet fl-attitudnijiet u fil-perċezzjonijiet ikunu jistgħu jiġu mmonitorjati maż-żmien.

    Il-korpi tal-ugwaljanza jistgħu jikkooperaw b’mod utli biex jeżaminaw is-sistemi tagħhom stess tal-ġbir tad-data dwar l-ugwaljanza, jindirizzaw l-ostakli biex dawn is-sistemi jkunu effettivi u/jew komparattivi u interoperabbli, u jikkunsidraw kif l-aħjar itejbu u jikkoordinaw il-ġbir tad-data tagħhom. Il-Kummissjoni se tappoġġa l-isforzi biex tiġi żviluppata din il-koordinazzjoni.

    Madankollu, huwa meħtieġ pass aktar sinifikanti lejn approċċ ġdid dwar il-ġbir tad-data dwar l-ugwaljanza. Prerekwiżit għall-progress lejn sett komuni ta’ data huwa r-rispett sħiħ għan-normi kostituzzjonali, il-liġi tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE. Jeħtieġ li jkun hemm fis-seħħ salvagwardji biex jiġi żgurat li data sensittiva dwar l-ugwaljanza ma tkunx tista’ tiġi relatata lura mal-individwu. Dan jimplika konformità sħiħa mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data, b’mod partikolari biex jittaffa kwalunkwe riskju potenzjali ta’ użu ħażin jew abbuż. Il-Kummissjoni se torganizza diskussjoni madwar mejda dwar id-data dwar l-ugwaljanza li tlaqqa’ flimkien il-partijiet ikkonċernati ewlenin 85 biex teżamina l-ostakli għall-ġbir ta’ data relatata mal-oriġini razzjali jew etnika u tidentifika mogħdijiet għal approċċ aktar armonizzat, inkluż dwar data intersezzjonali fir-rigward, pereżempju, tar-reliġjon jew it-twemmin u s-sess. L-għan għandu jkun li l-Istati Membri, b’rispett sħiħ tal-kuntesti nazzjonali tagħhom, jimxu lejn il-ġbir ta’ data diżaggregata abbażi tal-oriġini razzjali jew etnika, sabiex jinqabdu kemm l-esperjenzi soġġettivi ta’ diskriminazzjoni u vittimizzazzjoni kif ukoll l-aspetti strutturali tar-razziżmu u d-diskriminazzjoni. Din id-data għandha tkun komprensiva, affidabbli, regolari u f’waqtha; integrata fl-istħarriġiet tal-UE u dawk nazzjonali; u kemm rappreżentattiva kif ukoll komparabbli 86 .

    Fl-2021, l-Eurostat se jmexxi fl-Istħarriġ dwar il-Forza tax-Xogħol tal-UE (EU-LFS), modulu speċjali dwar is-sitwazzjoni tas-suq tax-xogħol tal-migranti, li se jinkludi aspetti relatati mad-diskriminazzjoni fuq il-post tax-xogħol.

    Il-Kummissjoni se:

    -twettaq sensiela ta’ azzjonijiet biex tindirizza l-isterjotipi razzjali u etniċi mal-midja, is-soċjetà ċivili u r-rappreżentanti ta’ persuni bi sfond razzjali jew etniku minoritarju;

    -tniedi azzjoni biex tmexxi approċċ konsistenti dwar il-ġbir ta’ data dwar l-ugwaljanza, b’mod partikolari fir-rigward ta’ data diżaggregata skont l-oriġini razzjali jew etnika.

    Il-Kummissjoni tinkoraġġixxi lill-Istati Membri biex:

    -jindirizzaw b’mod attiv l-isterjotipi razzjali u etniċi permezz tal-midja, l-edukazzjoni, il-kultura u l-isport;

    -itejbu l-ġbir ta’ data diżaggregata skont l-oriġini razzjali jew etnika.

    3.2.Qafas għall-kunsinna: l-użu sħiħ tal-għodod tal-UE

    Azzjoni fil-livelli lokali, reġjonali, nazzjonali u internazzjonali

    -Pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali

    Ir-razziżmu jeħtieġ li jiġi indirizzat fil-livelli kollha u għandu jiġi indirizzat b’mod olistiku. Il-pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali wrew li huma mod ta’ suċċess għall-Istati Membri biex joffru rispons effettiv għar-razziżmu u d-diskriminazzjoni razzjali, filwaqt li fl-istess ħin jadattaw azzjonijiet konkreti għaċ-ċirkostanzi tagħhom stess. Madankollu, skont ir-rapport reċenti tal-FRA, madwar nofs l-Istati Membri biss diġà għandhom pjanijiet bħal dawn 87 . Il-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri kollha biex jiżviluppaw u jadottaw pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali kontra r-razziżmu u d-diskriminazzjoni razzjali. Lil hinn mill-gwida tal-ħidma biex jiġi indirizzat ir-razziżmu fil-kuntest nazzjonali, il-pjanijiet ta’ azzjoni jistgħu jintużaw bħala għodod għall-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki bejn l-Istati Membri.

    Il-Kummissjoni tipproponi li taħdem mal-Istati Membri biex tidentifika prinċipji gwida komuni għal pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali, b’involviment mill-qrib tas-soċjetà ċivili u l-korpi tal-ugwaljanza. Sa tmiem l-2021, il-Kummissjoni se tressaq il-prinċipji u l-elementi ewlenin meħtieġa biex jiġu prodotti pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali effettivi 88 . Dan jista’ jservi bħala bażi għall-Istati Membri kollha biex jiżviluppaw u jadottaw pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali sa tmiem l-2022.

    Prinċipji gwida komuni jistgħu jinkludu:

    üisegwu l-oqsma ta’ politika 89 stabbiliti f’dan il-pjan ta’ azzjoni għal-livell tal-UE, bħal-leġiżlazzjoni li tindirizza r-razziżmu, il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jew in-nondiskriminazzjoni fl-edukazzjoni u t-taħriġ, l-impjiegi, is-saħħa u l-akkomodazzjoni; ikunu bbażati fuq valutazzjoni komprensiva tal-azzjoni meħtieġa fil-livell nazzjonali fl-oqsma kollha stabbiliti f’dan il-pjan ta’ azzjoni;

    üikunu mfassla għall-kuntest soċjali, storiku u kulturali u għall-ispeċifiċitajiet tal-pajjiż 90 biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet l-aktar urġenti;

    üjinvolvu l-awtoritajiet reġjonali u lokali, kif ukoll is-soċjetà ċivili u l-korpi tal-ugwaljanza fit-tfassil, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tagħhom;

    üjinkludu l-ġbir tad-data u l-identifikazzjoni ta’ indikaturi biex jitkejjel il-progress;

    üjibnu fuq il-gwida prattika 91 mill-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem kif ukoll l-elementi u l-prinċipji ewlenin identifikati dwar kif għandhom jiġu żviluppati tali pjanijiet.

    Il-Kummissjoni tistieden lill-Istati Membri biex jirrappurtaw regolarment dwar l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali. Dan se jkun strumentali għal skambji ta’ prattiki tajbin, tagħlim reċiproku u għal valutazzjoni tal-progress fil-livell nazzjonali u tal-UE. Il-Kummissjoni tipproponi li tirrapporta regolarment dwar l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali kontra r-razziżmu, bl-ewwel rapport fi tmiem l-2023.

    -Il-mobilizzazzjoni tal-livelli reġjonali u lokali għal impatt sinifikanti fil-prattika

    L-awtoritajiet lokali għandhom ħafna esperjenza fl-iżvilupp ta’ strateġiji effettivi għall-ġlieda kontra r-razziżmu u fil-bini ta’ networks 92 . Il-Kummissjoni se tkompli tappoġġa skemi u networks bħal dawn 93 . Pereżempju, dawn is-suġġetti jistgħu jiġu diskussi permezz tal-programm URBACT (appoġġat mill-finanzjament tal-politika ta’ koeżjoni u mill-kollegament ta’ dawk li jfasslu l-politika urbana). Din il-ħidma tista’ tissejjes ukoll fuq il-kooperazzjoni man-network ta’ bliet Ewropej ewlenin (EUROCITIES) u l-koalizzjoni Ewropea kontra r-razziżmu mmexxija mill-UNESCO 94 . Inizjattivi lokali oħra, bħall-Programm ta’ Kooperazzjoni Urbana Internazzjonali (IUC) 95 jew il-Patt tas-Sindki għall-Klima u l-Enerġija 96 jistgħu jservu jew bħala pjattaformi jew mudelli għall-iżvilupp ulterjuri ta’ azzjoni fil-livell tal-bliet li jippromovu l-ugwaljanza razzjali, kif ukoll ta’ appoġġ għall-inklużjoni soċjali permezz ta’ oqsma bħall-indirizzar tal-faqar enerġetiku jew l-aċċess għal akkomodazzjoni deċenti.

    Il-proġetti tan-network tal-bliet 97 għandu jipprijoritizza s-sensibilizzazzjoni u l-bini tal-għarfien dwar ir-rwol ta’ persuni bi sfond razzjali jew etniku minoritarju fis-soċjetà u l-kultura Ewropea. Sabiex jiġu rikonoxxuti u jsiru viżibbli l-isforzi tal-bliet biex jistabbilixxu politiki ta’ inklużjoni robusti fil-livell lokali, il-Kummissjoni se tniedi deżinjazzjoni annwali ta’ kapital(i) Ewropew/Ewropej ta’ inklużjoni u diversità. 

    Iż-żoni rurali jaffaċċjaw sfidi speċifiċi, bħad-distanza, proporzjonijiet relattivament għoljin ta’ persuni ġodda fil-popolazzjoni (spiss ikunu l-ewwel punt ta’ wasla tal-migranti), nuqqas potenzjali ta’ servizzi u infrastrutturi bażiċi, u rati ogħla ta’ faqar u qgħad. Il-fondi tal-UE jikkomplementaw l-azzjoni nazzjonali biex jintlaħqu l-isfidi tal-komunitajiet rurali vulnerabbli 98 li l-viżjoni fit-tul li jmiss għaż-żoni rurali se tfittex ukoll li tirrimedja.

    -Ħidma mas-settur privat

    L-organizzazzjonijiet tan-negozju u l-kumpaniji individwali għandhom rwol ewlieni fl-iżgurar tan-nondiskriminazzjoni, id-diversità u l-inklużjoni. Billi jiffirmaw karti tad-diversità 99 , l-organizzazzjonijiet jieħdu impenn volontarju li joħolqu u jżommu ambjent tax-xogħol inklużiv għall-impjegati tagħhom, irrispettivament mis-sess, l-oriġini razzjali jew etnika, ir-reliġjon, l-età, id-diżabbiltà jew l-orjentazzjoni sesswali. Matul ix-Xahar tal-Karta Ewropea dwar id-Diversità f’Mejju 2021, il-Kummissjoni se torganizza avveniment ta’ livell għoli, li se jiġbor flimkien lil dawk li jfasslu l-politika, lill-uffiċjali eżekuttivi ewlenin tal-firmatarji tal-karta dwar id-diversità u partijiet ikkonċernati oħra biex jirrevedu u jippromwovu l-konsiderazzjoni tal-oriġini razzjali u etnika fl-istrateġiji tad-diversità. Dan se jiġi segwit b’sett ta’ għodod online biex jgħin lill-kumpaniji jivvalutaw l-istrateġiji interni tagħhom dwar id-diversità bbażati fuq stħarriġ tal-persunal aġġustabbli, kwestjonarju li jista’ jitniżżel u rakkomandazzjonijiet għat-titjib tad-diversità fl-organizzazzjoni tagħhom abbażi tar-riżultati tal-valutazzjoni.

    Integrazzjoni

    Meta jiġu żviluppati politiki, mill-inklużjoni soċjali sal-IA, mill-Patt Ekoloġiku sal-inklużjoni diġitali u mill-indirizzar tad-diskors ta’ mibegħda għall-politiki dwar il-migrazzjoni, l-integrazzjoni tad-dimensjoni tal-ugwaljanza tinkludi wkoll l-iżgurar li l-politiki tal-UE u dawk nazzjonali jservu l-interessi tan-nies kollha, irrispettivament mill-oriġini razzjali jew etnika tagħhom. Il-Kummissjoni se tfittex li tiżgura li l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni għal raġunijiet speċifiċi u l-intersezzjonijiet tagħhom ma’ raġunijiet oħra ta’ diskriminazzjoni, bħas-sess, id-diżabilità, l-età, ir-reliġjon jew l-orjentazzjoni sesswali tkun integrata fil-politiki, fil-leġiżlazzjoni u fil-programmi ta’ finanzjament kollha tal-UE. Wieħed mill-kompiti tat-Task Force interna l-ġdida dwar l-Ugwaljanza huwa li tiżgura kopertura sħiħa tal-oqsma kollha ta’ politika. Gwida u taħriġ dwar l-integrazzjoni se jiġu żviluppati biex jappoġġaw lil dawk kollha involuti fl-integrazzjoni ta’ perspettiva ta’ ugwaljanza f’kull stadju ta’ interventi tal-UE, u konsultazzjoni aktar attiva ta’ organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw persuni bi sfond razzjali jew etniku minoritarju se tiġi promossa matul iċ-ċiklu tal-politika tal-Kummissjoni. Istituzzjonijiet tal-UE u awtoritajiet nazzjonali oħra huma mħeġġa jikkooperaw dwar għodod u prattiki ta’ integrazzjoni b’suċċess. L-Istati Membri se jkunu jistgħu jfittxu appoġġ tekniku biex jintegraw l-ugwaljanza fil-proċessi tat-tfassil tal-politika u r-riforma permezz tal-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku.

    Il-mobilizzazzjoni tal-fondi tal-UE

    Il-baġit tal-UE jappoġġa u se jkompli jappoġġa l-kisba tal-objettivi tal-ugwaljanza kemm permezz ta’ azzjonijiet immirati kif ukoll permezz tal-integrazzjoni. Programmi mfassla tajjeb, implimentazzjoni effiċjenti u kombinazzjonijiet intelliġenti ta’ finanzjament fi ħdan qafas legali robust jistgħu jagħmlu l-aħjar użu mir-riżorsi disponibbli, filwaqt li jiżguraw li l-fondi jilħqu lil dawk li l-aktar għandhom bżonnhom. Il-proposta tal-Kummissjoni għall-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) li jmiss tipprovdi għadd ta’ opportunitajiet importanti biex jingħata appoġġ lin-nondiskriminazzjoni u lill-persuni bi sfond razzjali jew etniku minoritarju permezz ta’ finanzjament mill-UE. Filwaqt li l-programm il-ġdid taċ-ċittadini, l-ugwaljanza, id-drittijiet u l-valuri għandu objettivi speċifiċi biex jiġġieled id-diskriminazzjoni, ir-razziżmu u l-ksenofobija, fondi oħra se jikkontribwixxu wkoll biex jappoġġaw investimenti li jippromwovu l-ugwaljanza u l-inklużjoni bħal Orizzont Ewropa.

    Bħala parti minn Next Generation EU, il-Faċilità l-ġdida għall-Irkupru u r-Reżiljenza se tappoġġa investimenti u riformi essenzjali għal irkupru dejjiemi u trawwem reżiljenza ekonomika u soċjali u koeżjoni soċjali 100 . Dan l-appoġġ se jagħti possibbiltajiet lill-Istati Membri biex irawmu l-inklużjoni ta’ gruppi vulnerabbli, inklużi r-Rom u persuni oħra bi sfond razzjali jew etniku minoritarju.

    L-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili huma atturi kruċjali fil-ġlieda kontra r-razziżmu u d-diskriminazzjoni. Il-Kummissjoni għandha l-għan mhux biss li tiżgura kooperazzjoni attiva mas-soċjetà ċivili iżda wkoll li tgħin biex jiġi żgurat appoġġ finanzjarju għall-organizzazzjonijiet mhux governattivi u l-organizzazzjonijiet ibbażati fil-komunità. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni se timmira li toħloq kultura ta’ sħubija b’saħħitha mal-atturi tas-soċjetà ċivili biex tippromwovi l-inklużjoni soċjali, id-drittijiet fundamentali u l-ugwaljanza mit-tfassil tal-politika sal-fażi ta’ implimentazzjoni. Il-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri biex jagħmlu l-istess.

    Peress li l-biċċa l-kbira tal-baġit tal-UE huwa implimentat mill-Istati Membri 101 , dawn għandhom rwol ewlieni fit-tfassil ta’ politiki mmirati u l-massimizzazzjoni tal-użu ta’ programmi ta’ finanzjament biex jappoġġaw lil dawk affettwati mir-razziżmu u d-diskriminazzjoni. L-Istati Membri huma mistiedna jindirizzaw dawn il-ħtiġijiet fl-użu ta’ fondi taħt il-QFP u n-Next Generation EU. Il-Kummissjoni se timmira li tiżgura li l-isfidi speċifiċi għall-pajjiż fil-qasam tal-inklużjoni u d-diskriminazzjoni jiġu indirizzati kif xieraq fil-ftehimiet ta’ sħubija u fil-pjanijiet tal-politika agrikola komuni li ġejjin, u li l-miżuri li jippromwovu l-ugwaljanza u l-inklużjoni jiġu implimentati permezz ta’ programmi operazzjonali. Dan huwa appoġġat ukoll mill-kundizzjonijiet abilitanti applikabbli għal fondi speċifiċi tal-UE fl-2021-2027 proposti mill-Kummissjoni bil-għan li jiġi żgurat ir-rispett għad-drittijiet fundamentali 102 , inkluż in-nondiskriminazzjoni kif ukoll l-ugwaljanza, l-inklużjoni u l-parteċipazzjoni tar-Rom 103 .

    Il-ġlieda kontra r-razziżmu u d-diskriminazzjoni fil-politiki esterni

    Ir-razziżmu huwa problema globali u huwa importanti li l-azzjonijiet interni u esterni tal-UE għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra r-razziżmu jkunu koerenti u jsaħħu lil xulxin b’mod reċiproku. Il-ġlieda kontra r-razziżmu u d-diskriminazzjoni għal kwalunkwe raġuni hija objettiv fundamentali tal-aġenda tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem fir-relazzjonijiet esterni u bħala tali hija riflessa fil-ftehimiet internazzjonali u fid-dokumenti ta’ politika ta’ azzjoni esterna rilevanti tal-UE, inkluż il-pjan ta’ azzjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija 2015–2019 104 , u se jiġi inkluż fis-suċċessur tiegħu għall-2020–2024 li għandu jiġi adottat fl-aħħar kwart tal-2020. Il-linji gwida tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem dwar in-nondiskriminazzjoni fl-azzjoni esterna, adottati mill-Kunsill fl-2019, jipprovdu gwida kunċettwali u operattiva għall-istituzzjonijiet tal-UE u l-Istati Membri fil-ġlieda kontra r-razziżmu u d-diskriminazzjoni razzjali 105 . L-UE tħeġġeġ ukoll lill-pajjiżi tat-tkabbir biex jirrispettaw l-acquis tal-UE dwar l-indirizzar tad-diskriminazzjoni, ir-razziżmu u l-ksenofobija. Il-politika kummerċjali tal-UE għandha wkoll rwol fil-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni u r-razziżmu 106 .

    Il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar l-Eliminazzjoni tal-Forom Kollha ta’ Diskriminazzjoni Razzjali hija ċentrali għall-ġlieda tal-UE kontra r-razziżmu fil-kooperazzjoni u d-djalogi politiċi ma’ pajjiżi sħab u organizzazzjonijiet reġjonali u internazzjonali. Il-kriżi tal-COVID-19 x’aktarx li tkompli taggrava l-inugwaljanzi, b’mod partikolari fis-saħħa, fejn persuni bi sfond razzjali jew etniku minoritarju u r-refuġjati huma aktar vulnerabbli għall-impatti tal-pandemija 107 . Livelli għoljin ta’ inugwaljanza jirrappreżentaw ukoll ostaklu għall-iżvilupp sostenibbli u għall-kisba tal-Aġenda 2030 u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli.

    Fir-rigward tal-appoġġ finanzjarju, il-valuri tal-ġlieda kontra r-razziżmu, in-nondiskriminazzjoni u l-ugwaljanza, fis-sensi kollha, huma integrati sew fl-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem u huma prijorità trasversali 108 fis-suċċessur tiegħu: l-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali.

    L-inugwaljanzi li qed jiżdiedu huma fenomenu globali, li jagħmilha dejjem aktar importanti li jinbnew sħubijiet internazzjonali biex jiġu indirizzati dawn l-isfidi b’mod konġunt u koerenti. Filwaqt li jibnu fuq dan il-qafas ta’ azzjoni esterna robust, il-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli se jfittxu li jkomplu jsaħħu s-sħubiji ma’ sħab internazzjonali, reġjonali u bilaterali ewlenin lejn approċċ imġedded ġdid għall-aġenda kontra r-razziżmu.

    Il-Kummissjoni se:

    -tressaq il-prinċipji u l-elementi ewlenin meħtieġa biex jiġu prodotti pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali effettivi kontra r-razziżmu sa tmiem l-2021, bħala riżultat ta’ ħidma konġunta mal-awtoritajiet tal-Istati Membri;

    -toħroġ l-ewwel rapport dwar l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali sa tmiem l-2023;

    -tniedi deżinjazzjoni annwali ta’ kapital(i) Ewropew(j) ta’ inklużjoni u diversità;

    -torganizza avveniment ta’ livell għoli dwar il-konsiderazzjoni tal-oriġini razzjali u etnika fl-istrateġiji għad-diversità tal-kumpaniji privati fir-rebbiegħa tal-2021;

    -flimkien mar-Rappreżentant Għoli tfittex li tkompli ssaħħaħ is-sħubiji ma’ sħab internazzjonali, reġjonali u bilaterali ewlenin lejn approċċ rivitalizzat ġdid għall-aġenda kontra r-razziżmu.

    Il-Kummissjoni tinkoraġġixxi lill-Istati Membri biex:

    -jadottaw pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali kontra r-razziżmu sa tmiem l-2022;

    -jiżguraw li r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili u l-korpi tal-ugwaljanza jkunu involuti fit-tfassil, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali kontra r-razziżmu.

    3.3Azzjoni pożittiva mill-UE: tisma’ u taġixxi

    Azzjoni pożittiva jista’ jkollha rwol importanti biex tirrimedja n-nuqqas ta’ ugwaljanza sostantiva fis-soċjetajiet: l-ugwaljanza formali waħedha tista’ ma tindirizzax il-ħtiġijiet speċifiċi ta’ ċerti gruppi ta’ nies. Tista’ tittieħed azzjoni biex jiġu kkumpensati l-iżvantaġġi li għalihom huma esposti persuni bi sfond razzjali jew etniku minoritarju. Il-liġi tal-UE ma żżommx lill-Istati Membri milli jadottaw miżuri speċifiċi biex jevitaw, jew jikkumpensaw għal, żvantaġġi marbuta mad-diskriminazzjoni fuq bażi ta’ oriġini razzjali jew etnika fejn ikun hemm dispożizzjoni għall-protezzjoni.

    L-Istati Membri huma mħeġġa wkoll jidentifikaw modi biex jippromwovu d-dmirijiet biex jintegraw kunsiderazzjonijiet ta’ ugwaljanza fin-negozju ta’ kuljum tal-awtoritajiet pubbliċi. Id-dmirijiet legali tas-settur pubbliku li jippromwovi l-ugwaljanza b’mod proattiv u sistematiku, magħrufa wkoll bħala dmirijiet statutorji ta’ ugwaljanza 109 , iqiegħdu l-ugwaljanza fil-qalba tal-politika pubblika. Dawn huma rilevanti għall-awtoritajiet pubbliċi bħal dawk li jfasslu l-politika, il-fornituri tas-servizzi, l-impjegaturi u l-akkwirenti ta’ oġġetti u servizzi. Tali dmirijiet instabu 110 li jippermettu approċċi effettivi u proattivi għall-eliminazzjoni tad-diskriminazzjoni u l-promozzjoni tal-ugwaljanza. Il-Kummissjoni se tkompli tiffaċilita l-kondiviżjoni ta’ prattiki tajba fost l-Istati Membri fil-leġiżlazzjoni u l-implimentazzjoni tad-dmirijiet statutorji.

    Demokraziji inklużivi

    Bi tħejjija għall-elezzjonijiet tal-2019 tal-Parlament Ewropew, kien hemm aktar għarfien dwar l-ostakli għall-parteċipazzjoni demokratika u r-rappreżentanza għal gruppi suxxettibbli għall-marġinalizzazzjoni, bħal persuni bi sfond razzjali jew etniku minoritarju 111 . L-isfidi legali u amministrattivi, l-ostakli għall-aċċessibbiltà u d-diffikultajiet istituzzjonali jostakolaw id-demokrazija inklużiva. Ir-rapport dwar l-elezzjonijiet tal-2019 għall-Parlament Ewropew 112 ikkonkluda li kien għad hemm progress xi jsir. Il-Kummissjoni wriet l-intenzjoni tagħha li taħdem mal-partiti politiċi Ewropej, in-Network Ewropew ta’ Kooperazzjoni dwar l-Elezzjonijiet u s-soċjetà ċivili biex ittejjeb il-parteċipazzjoni 113 u dan se jkun parti mill-ħidma taħt il-pjan ta’ azzjoni għad-demokrazija Ewropea u r-rapport li jmiss tal-Kummissjoni dwar iċ-ċittadinanza tal-UE. Dan huwa wkoll qasam fejn il-ġbir tad-data dwar il-parteċipazzjoni demokratika tal-minoranzi jkun kruċjali, biex tiġi identifikata l-iskala tal-problema, f’konformità sħiħa mad-drittijiet fundamentali u r-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-data 114 .

    Strutturi ġodda biex wieħed jisma’ u jitgħallem: qafas permanenti għall-iskambju

    Fil-linji gwida politiċi tagħha, il-President von der Leyen saħqet li “jista’ jkollna twemmin differenti, jista’ jkun li nappartjenu għal gruppi minoritarji differenti iżda rridu niżguraw li nisimgħu lil xulxin, nitgħallmu minn xulxin u nħaddnu din id-diversità.” Dawk li jfasslu l-politika fl-istituzzjonijiet tal-UE u l-Istati Membri għandhom bżonn jimpenjaw ruħhom u jitgħallmu minn nies li jesperjenzaw razziżmu ta’ kuljum. Il-Kummissjoni se tipprijoritizza s-smigħ ta’ dawk affettwati u se timplimenta u timmonitorja dan il-pjan ta’ azzjoni bl-involviment ta’ persuni li jesperjenzaw razziżmu u diskriminazzjoni. Għal dak il-għan, hija tipprevedi konsultazzjoni u djalogu regolari mal-Istati Membri, il-korpi tal-ugwaljanza u r-rappreżentanti fil-livell lokali kif ukoll mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jirrappreżentaw it-tħassib tal-individwi affettwati. Dawn id-djalogi mhux biss se jkopru l-miżuri mmirati mħabbra f’dan il-pjan ta’ azzjoni, iżda se jkunu wkoll ċentrali għall-ħidma tal-integrazzjoni tal-perspettivi ta’ persuni bi sfond razzjali jew etniku minoritarju fil-politiki kollha tal-UE.

    Dan ifisser li nagħmlu kuntatt u nimpenjaw ruħna aktar mal-atturi tas-soċjetà ċivili fuq il-post. Il-Kummissjoni se tiltaqa’ regolarment, u mill-inqas darbtejn fis-sena, mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili attivi fil-ġlieda kontra r-razziżmu fil-livelli Ewropej, nazzjonali u lokali biex tevalwa l-progress fil-ġlieda kontra r-razziżmu. Dan id-djalogu għandu jinkludi wkoll rappreżentanti ta’ networks tad-dijaspora, sħab soċjali 115 , partiti politiċi, negozji, fornituri tal-edukazzjoni u t-taħriġ, ħaddiema soċjali, professjonisti tal-kura tas-saħħa, akkademiċi, organizzazzjonijiet kulturali u sportivi kif ukoll organizzazzjonijiet ibbażati fuq iż-żgħażagħ. B’mod partikolari għandu jagħti vuċi lill-atturi lokali li għandhom għarfien espert u esperjenza diretta biex jiddefinixxu t-triq ’il quddiem it-tajba.

    Fir-rigward tal-esperti, l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni jenħtieġ li ssir punt fokali importanti tal-gruppi ta’ livell għoli eżistenti 116 . Dawn se jipprovdu fora għal diskussjoni, skambju u koordinazzjoni u kooperazzjoni msaħħa bejn l-awtoritajiet nazzjonali, is-soċjetà ċivili u l-korpi tal-ugwaljanza.

    Barra minn hekk, il-Kummissjoni se taħtar koordinatur għall-ġlieda kontra r-razziżmu. Il-koordinatur se jikkollabora mill-qrib ma’ persuni bi sfond razzjali jew etniku minoritarju u se jgħaddi t-tħassib tagħhom lill-Kummissjoni. Il-koordinatur se jinteraġixxi mal-Istati Membri, il-Parlament Ewropew, is-soċjetà ċivili u l-akkademja biex jissaħħu r-reazzjonijiet ta’ politika fil-qasam tal-ġlieda kontra r-razziżmu. Barra minn hekk, il-koordinatur se jingħaqad mas-servizzi tal-Kummissjoni biex jimplimenta l-politika tal-Kummissjoni dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra r-razziżmu.

    Il-Konferenza dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa se toffri liċ-ċittadini minn kull qasam tal-ħajja u lil kull rokna tal-Unjoni tagħna l-opportunità li jiddiskutu x’inhu importanti għalihom, inklużi d-drittijiet fundamentali u l-valuri tal-UE li huma ċentrali għall-Unjoni tagħna u l-futur tagħha.

    Il-ġlieda kontra r-razziżmu fl-UE titlob l-ogħla attenzjoni politika. Il-Kummissjoni se torganizza summit kontra r-razziżmu bl-involviment tal-Istituzzjonijiet tal-UE, l-Istati Membri, is-soċjetà ċivili, il-korpi tal-ugwaljanza u l-organizzazzjonijiet lokali. Is-Summit se jiġi organizzat madwar il-Jum Internazzjonali għall-Eliminazzjoni tad-Diskriminazzjoni Razzjali fl-21 ta’ Marzu 2021 u dan il-jum se jiġi mmarkat kull sena mill-Kummissjoni.

    Il-Kummissjoni se:

    -ssaħħaħ id-djalogu tagħha mal-Istati Membri, il-korpi tal-ugwaljanza, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u r-rappreżentanti fil-livell lokali għall-implimentazzjoni ta’ dan il-pjan ta’ azzjoni;

    -taħtar koordinatur għall-ġlieda kontra r-razziżmu;

    -torganizza summit kontra r-razziżmu fir-rebbiegħa tal-2021.

    Il-Kummissjoni tinkoraġġixxi lill-Istati Membri biex:

    -jadottaw miżuri speċifiċi biex jevitaw, jew jikkumpensaw għal, żvantaġġi marbuta ma’ diskriminazzjoni għal raġunijiet ta’ oriġini razzjali jew etnika fejn ikun hemm dispożizzjoni għall-protezzjoni;

    -jidentifikaw modi kif jippromwovu d-dmirijiet biex il-kunsiderazzjonijiet tal-ugwaljanza jiġu integrati fil-ħidma ta’ kuljum tal-awtoritajiet pubbliċi.

    4.Ir-riżorsi umani proprji tal-UE

    Il-Kummissjoni Ewropea, bħala impjegatur, għandha tmexxi bl-eżempju. Biex tkun organizzazzjoni moderna, il-Kummissjoni teħtieġ forza tax-xogħol li tirrappreżenta s-soċjetà tagħna kollha kemm hi.

    Se jiġu implimentati azzjonijiet ġodda 117 skont il-mandat ta’ din il-Kummissjoni biex jippromwovu d-diversità u jiżguraw post tax-xogħol ħieles mid-diskriminazzjoni u inklużiv għall-persuni kollha, irrispettivament mill-oriġini razzjali jew etnika jew mill-kulur tal-ġilda tagħhom. Dawn l-azzjonijiet kollha se jiffurmaw parti minn sett usa’ ta’ miżuri fl-istrateġija li jmiss dwar ir-riżorsi umani li se jsawru l-modernizzazzjoni tal-Kummissjoni bħala amministrazzjoni pubblika. Se jinħoloq Uffiċċju għad-Diversità u l-Inklużjoni fi ħdan id-Direttorat Ġenerali tar-Riżorsi Umani u s-Sigurtà biex jissorvelja l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet rilevanti kollha. L-uffiċċju se jiżgura wkoll “punt uniku ta’ servizz” għall-esperti u s-servizzi kollha li jikkontribwixxi għall-avvanz tad-diversità, l-ugwaljanza u l-inklużjoni fid-dipartimenti kollha tal-Kummissjoni.

    Għall-ewwel darba, id-data dwar id-diversità tal-persunal tal-Kummissjoni se tinġabar permezz ta’ stħarriġ dedikat dwar id-diversità u l-inklużjoni, li se jkun volontarju u anonimu. Ir-riżultati tiegħu se jwittu t-triq għal politiki u miżuri bbażati fuq l-evidenza taħt l-istrateġija tar-riżorsi umani. L-istħarriġ se jkopri l-kategoriji kollha tal-persunal, u se jimmira r-raġunijiet kollha possibbli ta’ diskriminazzjoni inkluża data dwar l-oriġini razzjali u etnika tal-persunal, f’konformità sħiħa mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data. Dan se jservi bħala bażi għall-kejl tal-progress fil-ġejjieni. Istituzzjonijiet u korpi oħra tal-UE jistgħu jieħdu passi simili 118 .

    L-impenn biex titrawwem id-diversità japplika għal-livelli kollha tal-organizzazzjoni u għalhekk ikopri l-persunal mill-gruppi funzjonali u mill-gradi kollha. Il-proċessi ta’ reklutaġġ u selezzjoni fl-istituzzjonijiet tal-UE huma strumenti ewlenin f’dan ir-rigward.

    Filwaqt li l-proċess tas-selezzjoni huwa bbażat fuq il-mertu u jsegwi politika ta’ opportunitajiet indaqs, jenħtieġ li tiġi appoġġata diversità akbar fost il-kandidati. Fis-sitt xhur li ġejjin se tiġi stabbilita strateġija għal komunikazzjoni mmirata 119 . Sa tmiem l-2020, l-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) se jniedi sejħa biex jinkoraġġixxi l-kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet u assoċjazzjonijiet esperti differenti li jirrappreżentaw il-minoranzi, u network ta’ organizzazzjonijiet imsieħba fid-diversità mwaqqfa biex jirċievu informazzjoni dwar opportunitajiet ta’ xogħol u kompetizzjonijiet. Dan in-network se jkun kritiku wkoll għal fehim aħjar tad-diżinċentivi eżistenti biex l-istituzzjonijiet tal-UE jitqiesu bħala impjegaturi potenzjali. Se tiġi żviluppata għodda ta’ monitoraġġ tal-ugwaljanza u d-diversità, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, biex jiġu identifikati lakuni potenzjali fl-applikanti, fatturi possibbli ta’ blukkar u kif dawn jistgħu jiġu indirizzati.

    Sabiex tissaħħaħ aktar il-prevenzjoni ta’ kwalunkwe diskriminazzjoni potenzjali fil-proċess ta’ reklutaġġ, il-professjonisti tar-riżorsi umani se jipparteċipaw f’taħriġ obbligatorju dwar il-preġudizzju mhux konxju u se jiksbu aktar speċjalizzazzjoni fit-tekniki ta’ kaċċa ta’ ras u intervisti. Dan se jkun appoġġat minn eżaminar tal-ugwaljanza u d-diversità tal-proċessi, il-proċeduri u l-għodod ta’ reklutaġġ sabiex jiġi identifikat kwalunkwe riskju potenzjali ta’ preġudizzju jew diskriminazzjoni u l-azzjonijiet ta’ rimedju meħtieġa. Il-Kummissjoni hija impenjata bis-sħiħ li tieħu l-azzjonijiet xierqa kollha biex tiżgura rimedju effettiv tal-kwistjonijiet identifikati mill-eżamijiet tal-ugwaljanza u d-diversità.

    L-impenn tal-Kummissjoni favur id-diversità jestendi wkoll għall-programm ta’ apprendistat tal-ktieb blu tal-Kummissjoni 120 . Il-Kummissjoni se tmexxi eżami tal-ugwaljanza u d-diversità tal-programm kollu bil-għan li fl-2021 tippreżenta strateġija b’objettivi speċifiċi f’termini ta’ rappreżentanza tal-applikanti bi sfond razzjali jew etniku minoritarju. Dawn l-objettivi se japplikaw għas-sejħiet għall-applikazzjonijiet li se jitnedew fl-2022.

    It-teħid ta’ passi addizzjonali biex tikber id-diversità tal-persunal tal-Kummissjoni, madankollu, jiddgħajjef jekk il-post tax-xogħol innifsu ma jkunx kompletament inklużiv. Il-Kummissjoni se timplimenta miżuri addizzjonali lejn kultura ta’ inklużività. Ir-rwol ċentrali tal-maniġers superjuri u intermedji se jiġi enfasizzat, inkluż billi l-karta dwar id-diversità u l-inklużjoni tal-Kummissjoni 121 ssir parti integrali mill-wegħda tal-maniġment ta’ kull servizz. Il-persunal kollu se jiġi offrut taħriġ regolari dwar il-preġudizzju mhux konxju, inkluż fir-rigward tal-oriġini razzjali u etnika, inkluż f’intersezzjoni ma’ raġunijiet oħra ta’ diskriminazzjoni. Kampanja ta’ komunikazzjoni interna ddedikata se tkopri l-aspetti kollha tad-diversità u l-inklużjoni, inkluż dwar l-oriġini razzjali u etnika. Azzjonijiet ta’ sensibilizzazzjoni ddedikati għall-persunal, bħal avvenimenti jew artikli tal-persunal, se jiġu organizzati bħala parti mill-attivitajiet tal-UE biex jimmarkaw jiem kommemorattivi ewlenin marbuta mar-razziżmu. Fl-2021, l-avveniment se jieħu l-forma ta’ workshop dwar “Inkissru s-silenzju dwar id-diversità razzjali u etnika” bi stejjer personali ta’ maniġers u membri tal-persunal minn diversi sfondi razzjali jew etniċi.

    Flimkien ma’ azzjonijiet preventivi, il-każijiet ta’ diskriminazzjoni, inugwaljanza jew intolleranza matul il-proċess ta’ reklutaġġ jew fuq il-post tax-xogħol se jkomplu jiġu segwiti b’mod rigoruż. Dan ifisser li l-applikanti u l-membri tal-persunal għandhom iħossuhom sikuri li jirrappurtaw kwalunkwe prattika possibbilment inġusta, diskriminatorja jew ostili. Il-qafas ta’ politika tal-Kummissjoni dwar il-fastidju qed jiġi rieżaminat u se jipprovdi qafas biex jiġu indirizzati l-forom kollha ta’ mġiba mhux mixtieqa fuq il-post tax-xogħol, inklużi dawk imsejsa fuq id-diskriminazzjoni razzjali.

    Il-Kummissjoni se tagħmel l-azzjonijiet kollha tagħha bħala referenza biex tavvanza d-diversità u l-inklużjoni kontra amministrazzjonijiet pubbliċi oħra, organizzazzjonijiet internazzjonali u kumpaniji privati u se tinvolvi ruħha fi djalogu regolari ma’ istituzzjonijiet oħra tal-UE. Se tingħata attenzjoni prijoritarja lill-azzjonijiet speċifiċi għall-applikanti u l-persunal bi sfond razzjali jew etniku minoritarju.

    Il-Kummissjoni se twettaq valutazzjoni tal-effikaċja tal-azzjonijiet meħuda biex tissaħħaħ id-diversità razzjali u etnika tal-persunal tagħha sal-2023.

    Il-Kummissjoni se:

    -tmexxi bl-eżempju bħala istituzzjoni billi tieħu passi biex ittejjeb b’mod sinifikanti r-rappreżentanza tal-persunal tal-Kummissjoni permezz ta’ miżuri mmirati lejn ir-reklutaġġ u s-selezzjoni;

    -Tistieden lil istituzzjonijiet oħra tal-UE biex jieħdu passi f’konformità ma’ dawk ta’ dan il-pjan ta’ azzjoni sabiex irawmu d-diversità u l-inklużjoni fil-postijiet tax-xogħol rispettivi tagħhom.

    5.Konklużjoni

    Ir-razziżmu jolqot il-qalba tal-valuri tal-UE. It-tkomplija tal-ġlieda kontra r-razziżmu fl-UE hija responsabbiltà kondiviża u teħtieġ sforzi konġunti, determinati u kontinwi. L-istituzzjonijiet tal-UE, l-Istati Membri u l-aġenziji tal-UE, fi sħubija mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, is-sħab soċjali u s-settur privat, iridu jaħdmu flimkien biex jagħmlu progress konkret lejn l-eliminazzjoni ta’ din il-pjaga mis-soċjetajiet tagħna.

    Il-Kummissjoni tistieden lill-atturi u lill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha biex jimpenjaw ruħhom fi djalogu miftuħ, onest u kontinwu biex jgħinu fl-informazzjoni għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni ulterjuri tal-politiki kontra r-razziżmu. Bħala parti minn dan id-djalogu, l-istituzzjonijiet tal-UE u l-Istati Membri jeħtieġ li jġibu approċċ ġdid dwar kif jinvolvu ruħhom mas-soċjetà ċivili u jiżguraw li jinstemgħu l-ilħna ta’ persuni bi sfond razzjali jew etniku minoritarju.

    L-implimentazzjoni tal-azzjonijiet ippreżentati hawnhekk se tiġi mmonitorjata, il-progress irrappurtat u l-azzjonijiet se jiġu adattati fejn meħtieġ. Il-Kummissjoni tistieden lill-Parlament Ewropew jiddiskuti u jappoġġa regolarment l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni u lill-Kunsill jadotta konklużjonijiet dwar l-azzjonijiet tal-Istati Membri għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra r-razziżmu. Il-Kummissjoni tappella lill-Istati Membri biex jadottaw il-pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali tagħhom sa tmiem l-2022 u biex jimmassimizzaw l-użu tal-għodod kollha għad-dispożizzjoni tagħhom, b’mod partikolari l-possibbiltajiet offruti mill-programmi ta’ finanzjament taħt il-QFP u n-Next Generation EU, biex jappoġġaw lil dawk affettwati mir-razziżmu u d-diskriminazzjoni. Jekk naħdmu flimkien, se nagħmlu UE ħielsa mir-razziżmu realtà.

    (1)    Id-diskriminazzjoni diretta jew indiretta msejsa fuq l-oriġini tar-razza jew l-etniċità hija definita fl-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE tad-29 ta’ Ġunju 2000 li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mill-oriġini tar-razza jew l-etniċità (id-“Direttiva dwar l-Ugwaljanza Razzjali”).
    (2)    Skont il-Kummissjoni Ewropea kontra r-Razziżmu u l-Intolleranza tal-Kunsill tal-Ewropa, ir-razziżmu “għandu jfisser it-twemmin li raġuni bħal razza, kulur, lingwa, reliġjon, nazzjonalità jew oriġini nazzjonali jew etnika tiġġustifika d-disprezz għal persuna jew grupp ta’ persuni, jew il-kunċett ta’ superjorità ta’ persuna jew grupp ta’ persuni”.
    (3)    L-użu tat-terminu “oriġini tar-razza” ma jimplikax aċċettazzjoni tat-teoriji li jippruvaw jiddeterminaw l-eżistenza ta’ razez umani separati.
    (4)      Fuq il-kunċett ta’ etniċità, ara s-sentenza tas-16 ta’ Lulju 2015, CHEZ Razpredelenie Bulgaria, C‑83/14, EU:C:2015:480, il-paragrafu 46.
    (5)    L-Ewrobarometru 2019; Id-diskriminazzjoni fl-UE.
    (6)    Skont l-Artikolu 10 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), “fid-definizzjoni u fl-implimentazzjoni tal-politika u l-azzjonijiet tagħha, l-Unjoni għandha tfittex li tiġġieled kull diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, ir-razza jew l-oriġini etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali”. L-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi jiddefinixxi “l-intersezzjonalità” bħala “għodda analitika għall-istudju, għall-fehim u għar-rispons għall-modi li bihom is-sess u l-ġeneru jikkoinċidu ma’ karatteristiċi personali/identitajiet oħra, u kif dawn l-intersezzjonijiet jikkontribwixxu għal esperjenzi uniċi ta’ diskriminazzjoni”. Din id-definizzjoni tapplika b’mod ugwali għal kull forma ta’ diskriminazzjoni.
    (7)    Dawn jinkludu l-Komunikazzjoni Unjoni ta’ Ugwaljanza: Strateġija dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri għall-2020-20 25, (COM(2020)152 final), kif ukoll approċċi mmirati għall-ugwaljanza tal-persuni Rom u LGBTI+ biex jiġu segwiti din il-ħarifa. Barra minn hekk, pjan ta’ azzjoni tal-UE dwar l-integrazzjoni u l-inklużjoni huwa ppjanat għall-2020, strateġija ġdida dwar id-drittijiet tal-persuni b’diżabilità għall-2021 kif ukoll ħidma kontra l-anti-Semitiżmu.
    (8)    Iċ-ċifri fil-kaxxa jinkludu l-istħarriġiet tal-FRA li ġejjin: Second European Union Minorities and Discrimination Survey – main results (2017). Second European Union Minorities and Discrimination Survey. Muslims – Selected findings (2017) ; Experiences and perceptions of antisemitism - Second survey on discrimination and hate crime against Jews in the EU (2018) ; Second European Union Minorities and Discrimination Survey Roma – Selected findings (2016) ; Being Black in the EU (2018) .
    (9)

         FRA:  Second European Union Minorities and Discrimination Survey – main results (2017).

    (10)      FRA: Experiences and perceptions of antisemitism - Second survey on discrimination and hate crime against Jews in the EU (2018).
    (11)      FRA: Being Black in the EU (2018) .
    (12)    L-Artikoli 2 u 10 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), l-Artikoli 19 u 67 (3) tat-TFUE.
    (13)    B’mod partikolari, l-Artikoli 20 u 21.
    (14)    Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE.
    (15)    Dan ir-rapport se jiġi ppreżentat flimkien mar-rapport dwar id-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol.
    (16)    Ara t-taqsima 2.2 dwar il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi.
    (17)    Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/951 tat-22 ta’ Ġunju 2018 dwar standards għall-korpi għall-ugwaljanza.
    (18)    Il-litigazzjoni strateġika tintuża biex jintgħażlu każijiet xierqa (“każijiet għall-ittestjar”) li jitressqu l-qorti sabiex jinkiseb eżitu speċifiku. L-intenzjoni hija li dawn il-proċedimenti legali jkollhom impatt usa’ pożittiv fuq l-iżvilupp tal-liġi u tal-politika kif ukoll jistabbilixxu preċedent għall-eżitu f’każijiet simili.
    (19)

       Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE tad-29 ta’ Ġunju 2000 li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mill-oriġini tar-razza jew l-etniċità; Id-Direttiva tal-Kunsill 2004/113/KE tat-13 ta’ Diċembru 2004 li timplimenta l-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fl-aċċess għal u l-provvista ta’ merkanzija u servizz.

    (20)      COM(2008) 426 final.
    (21)    Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/913/ĠAI tat-28 ta’ Novembru 2008 dwar il-ġlieda kontra ċerti forom u espressjonijiet ta’ razziżmu u ksenofobija permezz tal-liġi kriminali. Dan jirrikjedi li l-Istati Membri jikkriminalizzaw l-inċitament pubbliku għall-vjolenza jew il-mibegħda, għar-raġunijiet ta’ razza, kulur, reliġjon, dixxendenza jew oriġini nazzjonali jew etnika (inkluż online).
    (22)    Id-Direttiva 2012/29/UE tirrikjedi li l-Istati Membri jiżguraw trattament ġust u mhux diskriminatorju tal-vittmi ta’ reati, b’attenzjoni partikolari għall-vittmi ta’ reat imwettaq b’motiv preġudikattiv jew diskriminatorju. Ara d-dokument tal-2017 dwar il-prinċipji ewlenin tal-appoġġ tal-vittmi għar-rabtiet bejn id-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Vittmi u l-protezzjoni mogħtija kontra r-reati ta’ mibegħda; http://ec.europa.eu/newsroom/just/document.cfm?doc_id=48874
    (23)    Fl-1 ta’ Diċembru 2014, il-Kummissjoni kisbet setgħat biex tissorvelja t-traspożizzjoni tad-deċiżjonijiet qafas mill-Istati Membri, inkluż dan l-istrument. Ara ukoll ir-Rapport tal-2014 tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/913/ĠAI dwar il-ġlieda kontra ċerti forom u espressjonijiet ta' razziżmu u ksenofobija permezz tal-liġi kriminali (COM (2014) 27 final).
    (24)    Ewrobarometru li sar fl-2016 wera li kważi nofs il-persuni li pparteċipaw f’diskussjonijiet online joqogħdu lura milli jinvolvu ruħhom f’dibattiti online minħabba l-mibegħda u t-theddid: https://ec.europa.eu/digital-single-market/en/news/media-pluralism-and-democracy-special-eurobarometer-452  
    (25)    L-esperjenza miġbura skont il-Kodiċi ta’ Kondotta infurmat il-ħidma tal-Kummissjoni dwar ir-Rakkomandazzjoni tal-1 ta’ Marzu 2018 dwar miżuri biex jiġi indirizzat il-kontenut illegali online b’mod effettiv (C (2018) 1177).
    (26)    Skont ir-riżultati tal-aħħar eżerċizzju ta’ monitoraġġ ippubblikati mill-Kummissjoni f’Ġunju 2020, il-kumpaniji tal-IT jivvalutaw 90 % tal-kontenut immarkat fi żmien 24 siegħa u jneħħu 71 % tal-kontenut meqjus bħala diskors ta’ mibegħda illegali. Aktar dettalji, inklużi r-raġunijiet għall-mibegħda rrappurtata huma disponibbli fuq: https://ec.europa.eu/info/sites/info/files/codeofconduct_2020_factsheet_12.pdf  
    (27)      Il-Komunikazzjoni Insawru l-futur diġitali tal-Ewropa - COM(2020) 67
    (28)    Id-Direttiva (UE) 2018/1808 tal-14 ta’ Novembru 2018 li temenda d-Direttiva 2010/13/UE dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva). Id-Direttiva tinkoraġġixxi l-użu tal-koregolamentazzjoni u l-awtoregolamentazzjoni, sal-livell permess mis-sistemi legali tal-Istati Membri.
    (29)      Second European Union Minorities and Discrimination Survey – main results (2017)
    (30)    Ara, pereżempju, il-ħarsa ġenerali tar-riżorsi u l-inizjattivi għall-appoġġ ta’ programmi ta’ taħriġ dwar reati ta’ mibegħda fl-Istati Membri tal-UE, disponibbli hawn: http://ec.europa.eu/newsroom/document.cfm?doc_id=43147  
    (31)      Il-Kunsill tal-Ewropa; L-Uffiċċju tal-OSKE għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u d-Drittijiet tal-Bniedem.
    (32)    “It-tfassil ta’ profili” jinvolvi l-kategorizzazzjoni ta’ persuni skont il-karatteristiċi personali (perċepiti) tagħhom, li jistgħu jinkludu l-oriġini tar-razza jew l-etniċità, il-kulur tal-ġilda, ir-reliġjon jew in-nazzjonalità. Filwaqt li l-uffiċjali tal-pulizija jistgħu jqisu dawn il-karatteristiċi meta jwaqqfu individwu, ma jistgħux jużaw xi waħda minn dawn il-karatteristiċi bħala l-uniku kriterju jew il-kriterju ewlieni biex iwaqqfu lill-individwu. It-tfassil ta’ profili li huwa bbażat biss jew prinċipalment fuq karatteristika protetta waħda jew aktar jammonta għal diskriminazzjoni diretta, u għalhekk jikser id-drittijiet u l-libertajiet tal-individwu u huwa illegali (FRA (2018) Preventing unlawful profiling today and in the future: a guide ).
    (33)    L-Artikolu 11(3) tad-Direttiva (UE) 2016/680 tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali.
    (34)      Ara: https://www.coe.int/en/web/european-commission-against-racism-and-intolerance/-/ecri-warns-against-racial-profiling-in-policing-and-calls-for-a-systemic-response-to-address-racism-in-all-areas  
    (35)    B’mod partikolari permezz ta’ ħidma ġdida żviluppat mill-Grupp ta’ Ħidma tal-Kummissjoni dwar it-taħriġ dwar ir-reati ta’ mibegħda u l-bini tal-kapaċità għall-infurzar tal-liġi nazzjonali.
    (36)      FRA (2013), Fundamental rights-based police training – A manual for police trainers .
    (37)      FRA (2018), Preventing unlawful profiling today and in the future: a guide .
    (38)    Pereżempju, il-Konvenzjoni tal-Kapijiet tal-Pulizija Ewropej. Is-CEPOL tista’ wkoll torganizza akkademja tas-sajf għall-uffiċjali tal-pulizija ta’ livell medju u għall-mexxejja futuri.
    (39)    Skont is- Second European Union Minorities and Discrimination Survey – main results  (2017), 28 % ta’ dawk li wieġbu u li esperjenzaw attakki fiżiċi motivati mill-mibegħda rrappurtaw l-aktar inċident riċenti ta’ vjolenza motivata mill-mibegħda lill-pulizija jew lil organizzazzjoni jew servizz ieħor fil-ħames snin qabel l-istħarriġ. Ir-raġunijiet għan-nuqqas ta’ rappurtar identifikati fl-istħarriġ tal-FRA jinkludu sentiment li r-rappurtar ma jbiddel xejn (34 %) u nuqqas ta’ fiduċja jew biża’ mill-pulizija (28 %). FRA (2018), Being Black in the EU .
    (40)      COM(2020) 258 final.
    (41)      COM (2017) 612 final. Il-Kummissjoni tipprovdi pjattaforma għall-iskambju dwar prattiċi tajba fil-Forum tal-UE dwar il-protezzjoni ta’ spazji pubbliċi u tipprovdi finanzjament għall-protezzjoni tal-ispazji pubbliċi.
    (42)    Pereżempju, il-Christchurch, New Zealand, l-attakki fil-moskea f’Marzu 2019, l-attakki fuq il-knejjes fis-Sri Lanka f’April 2019, jew l-isparar f’sinagoga f’Halle, il-Ġermanja f’Ottubru 2019.
    (43)      COM(2020) 605 final.
    (44)    Il-white paper tal-Kummissjoni dwar l-Intelliġenza Artifiċjali - Approċċ Ewropew għall-eċċellenza u għall-fiduċja (COM(2020) 65 final).
    (45)      Ara ‘Gender Shades: Intersectional Accuracy Disparities in Commercial Gender Classification’.  
    (46)      Ara FRA, ‘Facial recognition technology: fundamental rights considerations in the context of law enforcement’ .
    (47)    Dan se jibni fuq il-ħidma eżistenti miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka. Il-protokoll l-ewwel se jiġi żviluppat għas-sistema kondiviża ta’ tqabbil bijometriku futura, fil-kuntest tas-sistema ta’ dħul u ħruġ, u se jiġi estiż għas-sistema ta’ informazzjoni ta’ Schengen fi stadju sussegwenti.
    (48)    Il-Komunikazzjoni dwar Ewropa Soċjali b’Saħħitha għal Tranżizzjonijiet Ġusti (COM(2020) 14 final).
    (49)

       B’mod partikolari l-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR). Skont l-FSE+ propost, l-Istati Membri għandhom jallokaw mill-inqas 25 % tal-finanzjament tal-FSE+ għal miżuri li jrawmu l-inklużjoni soċjali u mmirati lejn dawk l-aktar fil-bżonn. L-ambizzjoni hija li jkun hemm mira ġenerali ta’ 4 % għall-appoġġ ta’ dawk l-aktar vulnerabbli. Minbarra l-objettiv speċifiku tal-FSE+, diversi strumenti oħra ta’ finanzjament tal-UE jistgħu jintużaw għall-integrazzjoni ta’ komunitajiet emarġinati.

    (50)      Ara FRA (2017a) u FRA (2017b). Pereżempju, meta ġew mistoqsija dwar l-esperjenzi tagħhom fit-12-il xahar qabel l-istħarriġ, 13 % tal-Musulmani li wieġbu, qallu li ħassewhom diskriminati meta kienu qed ifittxu xogħol. 16 % tal-persuni Rom li wieġbu u 15 % tal-Afrikani ta’ Fuq kellhom esperjenzi simili ta’ diskriminazzjoni meta kienu qed ifittxu xogħol.
    (51)      FRA (2018), Being Black in the EU .
    (52)    Ara l-proġett tar-riċerka dwar it-tkabbir, l-opportunitajiet indaqs, il-migrazzjoni u s-swieq tal-Orizzont 2020 (GEMM): http://gemm2020.eu/  
    (53)    Pereżempju, sa 76 % taż-żgħażagħ ta’ dixxendenza Afrikana fl-Awstrija mhumiex f’impjieg, f’edukazzjoni jew taħriġ, meta mqabbel ma’ 8 % tal-popolazzjoni ġenerali (FRA (2018), Being Black in the EU ).
    (54)      Il-Komunikazzjoni Aġenda għall-Ħiliet għall-Ewropa għall-kompetittività sostenibbli, il-ġustizzja soċjali u r-reżiljenza (COM(2020) 274 final).
    (55)      COM(2020) 275 final.
    (56)    Proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar Pont għall-Impjiegi - Tissaħħaħ il-Garanzija għaż-Żgħażagħ (COM(2020)277 final).
    (57)    Il-Komunikazzjoni “L-Appoġġ għall-Impjieg taż-Żgħażagħ: Pont għall-Impjiegi għall-Ġenerazzjoni li Jmiss” (COM(2020) 276 final).
    (58)       https://rm.coe.int/ecri-general-policy-recommendation-no-10-key-topics-combating-racism-a/16808b75f7 .  
    (59)       https://ec.europa.eu/youth/policy/youth-strategy/youthgoals_; dawn huma inklużi fl-istrateġija tal-UE għaż-żgħażagħ 2019-2027.
    (60)      Mill-2014 ’l hawn, Erasmus+ appoġġa madwar 26 000 proġett (li jinvolvu aktar minn 708 000 parteċipant) li jindirizzaw suġġetti bħall-ugwaljanza u n-nondiskriminazzjoni, id-djalogu interkulturali/interreliġjuż u l-inklużjoni.
    (61)      Mill-2018 ’l hawn, ġew appoġġati 2 100 proġett taħt il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà dwar dawn is-suġġetti, li jinvolvu aktar minn 14 500 żagħżugħ u żagħżugħa.
    (62)    L-istrateġija se tkopri l-oqsma kollha tal-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport. Dan se jiġi varat matul id-durata tal-programmi futuri Erasmus + u tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà.
    (63)      Ara https://ec.europa.eu/home-affairs/what-we-do/networks/radicalisation_awareness_network/about-ran_en  
    (64)    Skont l-EU-MIDIS II (FRA), in-nisa Rom ta’ 50 sena jew aktar irrappurtaw l-istatus tas-saħħa tagħhom bħala “ħażin” jew “ħażin ħafna” kważi d-doppju tan-nisa mhux Rom (55 % u 29 % rispettivament).
    (65)      Ara “The COVID-19 pandemic: power and privilege, gentrification, and urban environmental justice in the global north”, Cities & Health and National Center for Immunization and Respiratory Diseases (NCIRD).
    (66)    Il-Pjattaforma tal-Politika tas-Saħħa tal-UE ( https://webgate.ec.europa.eu/hpf/ ) hija għodda interattiva biex tagħti spinta lid-diskussjonijiet dwar it-tħassib fis-saħħa pubblika u taqsam l-għarfien u l-aħjar prattiki. Din tressaq flimkien 7 000 organizzazzjoni nongovernattiva rreġistrata u partijiet ikkonċernati u tistedinhom jiskambjaw bejniethom u mal-Kummissjoni, jiġbru flimkien l-għarfien espert f’dikjarazzjonijiet konġunti u jxerrdu azzjonijiet fost udjenza wiesgħa.
    (67)

         Ara https://ec.europa.eu/health/non_communicable_diseases/steeringgroup_promotionprevention_mt

    (68)    Is-Servizz ta’ Riċerka tal-Parlament Ewropew, The Cost on Non-Europe in the area of Equality and the Fight against Racism and Xenophobia .
    (69)    Skont ir-rapport tal-FRA “Being Black in Europe”, kważi nofs dawk li wieġbu jgħixu f’akkomodazzjoni ffullata (45 %), meta mqabbel ma’ 17 % tal-popolazzjoni ġenerali fl-UE. Wieħed minn kull għaxra ta’ dawk li wieġbu (12 %) jgħixu f’kundizzjonijiet ta’ privazzjoni severa ta’ abitazzjoni, abitazzjonijiet iffullati kkaratterizzati minn saqaf iqattar, tiswis tal-ħitan jew twieqi, mingħajr banju/doċċa u mingħajr toilet fuq ġewwa, jew l-abitazzjoni tkun wisq mudlama.
    (70)    Is-segregazzjoni hija kkaratterizzata minn separazzjoni fiżika u soċjali tal-membri ta’ grupp emarġinat minn membri ta’ gruppi mhux emarġinati u aċċess mhux ugwali għal servizzi bażiċi, inklużivi u ta’ kwalità għolja. Ara  http://ec.europa.eu/regional_policy/sources/docgener/informat/2014/thematic_guidance_fiche_segregation_en.pdf  
    (71)    Dan jista’ jinkludi firxa wiesgħa ta’ azzjonijiet, bħal żviluppi fl-infrastruttura fis-servizzi pubbliċi, l-impjiegi, l-edukazzjoni u t-taħriġ, il-miżuri tas-saħħa u tal-akkomodazzjoni u l-għoti tas-setgħa lill-komunità.
    (72)

         Il-komunitajiet emarġinati u segregati jistgħu jiġu identifikati billi jiġu żviluppati mapep tal-faqar fil-klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) fil-livell 3 jew inqas.

    (73)    Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Soċjali Ewropew + (FSE+).
    (74)    Jiem ewlenin jinkludu l-Jum Internazzjonali ta’ Tifkira tal-Olokawst (is-27 ta’ Jannar), il-Jum Internazzjonali Kontra d-Diskriminazzjoni Razzjali (il-21 ta’ Marzu), il-Jum Ewropew ta’ Tifkira tal-Olokawst tar-Rom (it-2 ta’ Awwissu) u l-Jum Internazzjonali għall-Abolizzjoni tal-Iskjavitù (it-2 ta’ Diċembru).
    (75)    Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Marzu 2019 dwar id-drittijiet fundamentali tal-persuni ta’ dixxendenza Afrikana fl-Ewropa.
    (76) Ara https://www.coe.int/en/web/history-teaching  
    (77)      Ara https://ec.europa.eu/newsroom/just/item-detail.cfm?item_id=30548
    (78)    Komunikazzjoni konġunta, L-indirizzar tad-diżinformazzjoni tal-COVID-19 - Kisba tal-fatti (JOIN(2020)8).
    (79)    L-azzjonijiet preparatorji jappoġġaw materjali edukattivi ġodda għall-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni, u t-tfassil ta’ modi biex titqajjem kuxjenza dwar it-tekniki komunement użati minn atturi malizzjużi sabiex tinħoloq, titqassam u tiġi amplifikata d-diżinformazzjoni fuq l-internet.
    (80)    Inizjattivi konġunti oħra jinkludu l-kampanji tal-UEFA Respect, #EqualGame u #WePlayStrong u l-kampanji tal-FIFA #stopracism u #stopviolence.
    (81)      COM (2018) 367 final.
    (82)    Jiġifieri sport organizzat ipprattikat fil-livell lokali minn sportivi dilettanti, u “sport għal kulħadd”.
    (83)    Il-Konferenza Dinjija tan-NU Kontra r-Razziżmu, id-Diskriminazzjoni Razzjali, il-Ksenofobija u l-Intolleranza Relatata tal-2002 u l-Programm ta’ Azzjoni ta’ Durban diġà approvaw il-ħtieġa għall-ġbir ta’ data diżaggregata fl-istatistika dwar il-popolazzjoni, li għandha tinġabar bil-kunsens espliċitu ta’ dawk li wieġbu, abbażi tal-awtoidentifikazzjoni tagħhom u konsistenti mal-istandards tad-drittijiet tal-bniedem li jipproteġu l-privatezza; https://www.un.org/en/durbanreview2009/pdf/DDPA_full_text.pdf  
    (84)    B’segwitu għall- Ewrobarometru 493 tal-2019 dwar id-Diskriminazzjoni fl-UE u l-predeċessuri tagħha.
    (85)    Inklużi l-korpi tal-ugwaljanza, is-soċjetà ċivili, l-akkademiċi, l-istituzzjonijiet tal-UE, l-awtoritajiet tal-UE bħall-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, l-FRA u aġenziji oħra tal-UE, in-negozji, l-istituti tal-istatistika, il-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa, l-organizzazzjonijiet internazzjonali, ir-rappreżentanti tal-Istati Membri eċċ.
    (86)    Ara l- linji gwida mħejjija fis-sottogrupp tad-data dwar l-ugwaljanza tal-Grupp ta’ Livell Għoli dwar in-nondiskriminazzjoni u d-diversità. Ara wkoll il-“ prinċipji u r-rakkomandazzjonijiet għaċ-ċensimenti tal-popolazzjoni u tad-djar” tal-Kummissjoni tal-Istatistika tan-NU .
    (87)    Skont ir-rapport tal-FRA tal-2020 (Ġunju 2020, FRA) 15-il Stat Membru instigaw pjanijiet ta’ azzjoni tal-gvern kontra r-razziżmu, id-diskriminazzjoni razzjali/etnika u l-intolleranza relatata fl-2019 (il-Belġju, il-Kroazja, iċ-Ċekja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, l-Irlanda, l-Italja, il-Litwanja, in-Netherlands, il-Portugall, is-Slovakkja, l-Iżvezja, Spanja u r-Renju Unit).
    (88)    Din il-ħidma se titmexxa ‘l quddiem b’sottogrupp konġunt ġdid magħmul minn esperti mill-Grupp ta’ Livell Għoli dwar il-ġlieda kontra r-razziżmu, il-ksenofobija u forom oħra ta’ intolleranza u l-Grupp ta’ Livell Għoli dwar in-nondiskriminazzjoni.
    (89)    Il-leġiżlazzjoni dwar in-nondiskriminazzjoni u r-rwol tal-korpi tal-ugwaljanza; diskors ta’ mibegħda u reati ta’ mibegħda; it-tfassil illegali ta’ profili mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi; riskji maħluqa minn teknoloġiji ġodda; sterjotipi u għarfien storiku; aċċess ugwali għall-edukazzjoni, l-impjiegi, il-kura tas-saħħa, l-akkomodazzjoni; l-integrazzjoni tat-tħassib dwar l-ugwaljanza fil-livell nazzjonali; l-involviment tal-livelli reġjonali u lokali; finanzjament għall-ġlieda kontra r-razziżmu; il-ġbir tad-data, id-djalogu mas-soċjetà ċivili.
    (90)    Bħall-kompożizzjoni tal-popolazzjoni, iċ-ċirkostanzi storiċi u legali speċifiċi, u l-firxa tal-prevalenza ta’ kuljum tad-diskriminazzjoni.
    (91)       https://www.refworld.org/docid/5566debe4.html . Il-gwida tappella lill-pajjiżi biex jistabbilixxu għanijiet u azzjonijiet, jaħtru korpi tal-istat responsabbli, jistabbilixxu dati fil-mira, jinkludu indikaturi tal-prestazzjoni, u jipprevedu mekkaniżmi ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni.
    (92)    In-networks ewlenin jinkludu l-Bliet tal-UE kontra r-Radikalizzazzjoni, il-Bliet Nordiċi Siguri, in-Network ta’ Bliet b’Saħħithom, u l-Forum Ewropew għas-Sigurtà Urbana.
    (93)    Bħal pereżempju s-Sħubija dwar l-inklużjoni tal-migranti u r-refuġjati skont l-Aġenda Urbana għall-UE, ara https://www.inclusionpartnership.com .
    (94)      Ara https://www.eccar.info/  
    (95)      Ara https://iuc.eu/na/home/
    (96)    L-inizjattiva tnediet mill-Kummissjoni fl-2008 u llum il-Patt tas-Sindki huwa l-akbar moviment fid-dinja ta’ bliet attivi fl-enerġija u l-klima, li jopera f’59 pajjiż u jħaddan 10 117 awtorità lokali.
    (97)    Fejn sħubija tal-bliet tapprofondixxi u tintensifika l-kooperazzjoni u d-dibattitu tagħhom dwar ċerti kwistjonijiet https://eacea.ec.europa.eu/europe-for-citizens/funding_en
    (98)    Pereżempju LEADER, l-istrument tal-politika agrikola komuni (PAK) ibbażat fil-komunità, iffinanzjat mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, jappoġġa l-iżvilupp ta’ komunitajiet rurali inklużivi.
    (99)      Attwalment hemm karti tad-diversità f’24 Stat Membru b’iżjed minn 12 000 firmatarju (kumpanniji, istituzzjonijiet pubbliċi, organizzazzjonijiet non-governattivi, universitajiet, trade unions) u b’kollox iżjed minn 16-il miljun impjegat; https://ec.europa.eu/info/policies/justice-and-fundamental-rights/combatting-discrimination/tackling-discrimination/diversity-management_en  
    (100)    Sabiex jirċievu appoġġ, l-Istati Membri se jkollhom ifasslu pjanijiet ta’ rkupru u reżiljenza li jindirizzaw inter alia l-impatti ekonomiċi u soċjali tal-kriżi.
    (101)    80 % tal-baġit tal-UE huwa implimentat b’mod ta’ ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri b’possibbiltajiet limitati għall-Kummissjoni biex tfassal azzjonijiet fuq il-post.
    (102)    Permezz tal-introduzzjoni ta’ kundizzjoni abilitanti orizzontali dwar l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni effettivi tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE.
    (103)    L-Istati Membri li jipprogrammaw l-objettiv speċifiku tal-FSE+ dwar il-promozzjoni tal-integrazzjoni soċjoekonomika tal-komunitajiet marġinalizzati bħar-Rom iridu jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha fl-Anness IV tal- Proposta tal-Kummissjoni għar-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni 2021–2027 dwar il-kundizzjonijiet abilitanti tematiċi għall-oqfsa strateġiċi nazzjonali tar-Rom. Minbarra l-objettiv speċifiku tal-FSE+, diversi strumenti oħra ta’ finanzjament tal-UE jistgħu jintużaw għall-integrazzjoni ta’ komunitajiet emarġinati.
    (104)      Ara https://eeas.europa.eu/sites/eeas/files/eu_action_plan_on_human_rights_and_democracy_en_0.pdf  
    (105)    Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, it-18 ta’ Marzu 2019, dok. 6337/19 u dok. 6338/19.
    (106)    Pereżempju, l-Iskema Ġeneralizzata ta’ Preferenzi tal-UE tippromwovi r-ratifika u l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tal-ILO dwar id-Diskriminazzjoni (C111) u l-Konvenzjoni Internazzjonali dwar l-Eliminazzjoni tal-Forom kollha ta’ Diskriminazzjoni Razzjali u l-ftehimiet ta’ kummerċ ħieles tal-UE jippromwovu wkoll ir-ratifika u l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tal-ILO dwar id-Diskriminazzjoni (C111).
    (107)    Ara l-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti, Nindirizzaw l-inugwaljanza fi żminijiet ta’ Covid-19, it-28 ta’ April 2020.
    (108)    Ara wkoll “Approċċ ibbażat fuq id-drittijiet li jinkludi d-drittijiet tal-bniedem kollha, għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp kollha tal-UE” (SWD (2014) 152 final).
    (109)    Id-dmirijiet statutorji jinkludu dmirijiet preventivi li jirrikjedu li l-organizzazzjonijiet jistabbilixxu sistemi u proċessi għall-prevenzjoni tad-diskriminazzjoni, dmirijiet istituzzjonali li jirrikjedu li l-organizzazzjonijiet jistabbilixxu sistemi u proċessi biex jippromwovu l-ugwaljanza għall-impjegati u l-utenti tas-servizzi, u l-integrazzjoni tad-dmirijiet li jirrikjedu li l-awtoritajiet pubbliċi jqisu kif xieraq il-ħtieġa li tiġi promossa l-ugwaljanza fil-leġiżlazzjoni, l-ibbaġitjar, ir-regolamentazzjoni u t-tfassil tal-politika.
    (110)      Ara Crowley N., Making Europe More Equal: A legal duty?
    (111)      Ara https://ec.europa.eu/info/sites/info/files/eu-citzen_-_type_a_report_-_infographics_-_a4_full.pdf
    (112)       Rapport dwar l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew tal-2019 (COM(2020) 252 final).
    (113)    Il-Kummissjoni se torganizza workshop dwar l-elezzjonijiet biex tiskambja u trawwem l-aħjar prattiki dwar id-demokrazija inklużiva bil-għan ta’ listi ta’ kandidati li jirriflettu d-diversità tas-soċjetajiet tagħna. Dan il-workshop huwa ppjanat għall-2022 biex jinforma l-elezzjonijiet parlamentari Ewropej li jmiss fl-2024.
    (114)

         In-Network Ewropew ta’ Kooperazzjoni dwar l-elezzjonijiet se jiltaqa’ f’Settembru 2020 biex iniedi diskussjoni dwar il-ġbir aħjar tad-data. Ir-riżultat ta’ dan se jifforma parti mir-Rapport tal-2020 dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE ppjanat għar-raba’ kwart tal-2020.

    (115)    Il-Kummissjoni u s-sħab ekonomiċi u soċjali ġeddew l-impenn tagħhom għall-integrazzjoni tar-refuġjati u l-migranti (Dikjarazzjoni Konġunta li ġġedded is-Sħubija Ewropea għall-Integrazzjoni tas-7 ta’ Settembru 2020) u enfasizzaw l-isfidi speċifiċi li jiffaċċjaw il-migranti u r-refuġjati bil-kriżi tal-COVID-19, b’mod partikolari li r-riskju ta’ żieda fir-razziżmu u l-ksenofobija jista’ jirrappreżenta ostakli addizzjonali għall-parteċipazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol u fis-soċjetà inġenerali. Ara: https://ec.europa.eu/home-affairs/what-we-do/policies/legal-migration/european-dialogue-skills-and-migration/european-partnership-integration_en .
    (116)    B’ mod partikolari l-Grupp ta’ Livell Għoli dwar il-ġlieda kontra r-razziżmu, il-ksenofobija u forom oħra ta’ intolleranza u l-Grupp ta’ Livell Għoli dwar in-nondiskriminazzjoni, l-ugwaljanza u d-diversità.
    (117)    Għadd ta’ azzjonijiet diġà ġew implimentati skont il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Post tax-xogħol aħjar għal kulħadd : Mill-opportunitajiet indaqs għad-diversità u l-inklużjoni   ( C(2017) 5300 final).
    (118)    Is-servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna diġà esprima l-intenzjoni tiegħu li jingħaqad ma’ dan l-istħarriġ dedikat.
    (119)    Dan se jinkludi l-isfruttar tal-ambaxxaturi studenti tal-karriera fl-UE u l-programm “Lura l-Iskola/Università” fil-promozzjoni tal-għażla ta’ karriera fl-UE fost studenti minn sfond etniku jew razzjali minoritarju. Masterclass dwar id-diversità se ssir sa tmiem l-2020 u se tiġbor 185 ambaxxatur tal-karrieri tal-UE minn 140 università madwar l-Ewropa.
    (120)    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2005) 458.
    (121)    Ara l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni C(2017)5300.
    Top