This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32020O1514
Guideline (EU) 2020/1514 of the European Central Bank of 8 October 2020 amending Guideline ECB/2008/5 on the management of the foreign reserve assets of the European Central Bank by the national central banks and the legal documentation for operations involving such assets (ECB/2020/49)
Linja gwida (UE) 2020/1514 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-8 ta’ Ottubru 2020 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2008/5 dwar l-immaniġġjar tal-assi barranin ta’ riżerva tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali u d-dokumentazzjoni legali għall-operazzjonijiet li jinvolvu dawn l-assi (BĊE/2020/49)
Linja gwida (UE) 2020/1514 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-8 ta’ Ottubru 2020 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2008/5 dwar l-immaniġġjar tal-assi barranin ta’ riżerva tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali u d-dokumentazzjoni legali għall-operazzjonijiet li jinvolvu dawn l-assi (BĊE/2020/49)
ĠU L 344, 19.10.2020, p. 32–34
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32008O0005 | Tħassir | anness IIa | 13/10/2020 | |
Modifies | 32008O0005 | Tħassir | anness IIb | 13/10/2020 | |
Modifies | 32008O0005 | Tħassir | anness IIc | 13/10/2020 | |
Modifies | 32008O0005 | Tħassir | anness IId | 13/10/2020 | |
Modifies | 32008O0005 | Sostituzzjoni | artikolu 3 paragrafu 2 | 13/10/2020 | |
Modifies | 32008O0005 | Sostituzzjoni | artikolu 3 paragrafu 3 | 13/10/2020 | |
Modifies | 32008O0005 | Sostituzzjoni | artikolu 3 paragrafu 5 | 13/10/2020 | |
Modifies | 32008O0005 | Sostituzzjoni | artikolu 3 paragrafu 7 | 13/10/2020 |
19.10.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 344/32 |
LINJA GWIDA (UE) 2020/1514 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-8 ta’ Ottubru 2020
li temenda l-Linja Gwida BĊE/2008/5 dwar l-immaniġġjar tal-assi barranin ta’ riżerva tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali u d-dokumentazzjoni legali għall-operazzjonijiet li jinvolvu dawn l-assi (BĊE/2020/49)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet inċiż tal-Artikolu 127(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, b’mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 3.1 u l-Artikoli 12.1 sa 30.6 tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 30.1 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn hawn ’il quddiem “l-Istatut tas-SEBĊ”), il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) jiġi pprovdut bl-assi barranin ta’ riżerva mill-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (minn hawn ’il quddiem il-“BĊNi taż-żona tal-euro”) u għandu d-dritt sħiħ li jżomm u jimmaniġġja r-riżervi barranin li jiġu ttrasferiti lilu. |
(2) |
Skont l-Artikoli 9.2 u 12.1 tal-Istatut tas-SEBĊ, il-BĊE jista’ jimmaniġġja wħud mill-attivitajiet tiegħu permezz tal-BĊNi taż-żona tal-euro u jirrikorri għand il-BĊNi taż-żona tal-euro sabiex iwettaq uħud mill-operazzjonijiet tiegħu. Bl-istess mod, il-BĊE iqis li l-BĊNi taż-żona tal-euro għandhom jimmaniġġjaw ir-riżervi barranin ittrasferiti lilu bħala l-aġenti tiegħu. |
(3) |
L-involviment tal-BĊNi taż-żona tal-euro fil-ġestjoni tal-assi ta’ riżervi barranin ttrasferiti lill-BĊE u t-tranżazzjonijiet relatati ma’ dik il-ġestjoni jeħtieġ dokumentazzjoni speċifika għal operazzjonijiet li jinvolvu r-riżervi barranin tal-BĊE. |
(4) |
Bosta ftehimiet standard li huma relevanti għall-ġestjoni ta’ riżervi barranin użati mill-BĊE ġew aġġornati u verżjonijiet jew edizzjonijiet ġodda tagħhom huma disponibbli, bħall-International Swaps and Derivatives Association Master Agreement (ISDA, verżjoni tal-2002) u l-ICMA/SIFMA Global Master Repurchase Agreement (GMRA, verżjoni tal-2011). Għalhekk, għandu jiġi ddikjarat b’mod espliċitu li jistgħu jintużaw edizzjonijiet jew verżjonijiet sussegwenti ta’ ftehimiet standard, bl-approvazzjoni tal-BĊE. |
(5) |
Hija prattika standard li dokumentazzjoni legali relatata ma’ operazzjonijiet li jinvolvu assi ta’ riżervi barranin jiġu abbozzati bl-Ingliż u l-Ingliż għandu jsir il-lingwa standard għal ftehimiet prinċipali ta’ netting għall-kontropartijiet kollha, għall-ftehimiet ġodda ta’ netting kollha ffirmati wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din il-Linja Gwida. Ftehimiet mhux abbozzati bl-Ingliż f’dik id-data ser ikomplu jkunu validi u jistgħu jiġu ssostitwiti f’ħin xieraq wara. |
(6) |
Għalhekk, il-Linja Gwida BĊE/2008/5 (1) għandha tiġi emendata f’dan is-sens, |
ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:
Artikolu 1
Emendi
Il-Linja Gwida BĊE/2008/5 hija emendata kif ġej:
1. |
l-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:
|
2. |
L-Annessi IIa, IIb, IIc u IId huma mħassra. |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Din il-Linja Gwida tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha lill-BĊNi taż-żona tal-euro.
Artikolu 3
Destinatarji
Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-BĊNi taż-żona tal-euro.
Magħmul fi Frankfurt am Main, it-8 ta’ Ottubru 2020.
Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE
Il-President tal-BĊE
Christine LAGARDE
(1) Linja Gwida BĊE/2008/5 tal-20 ta’ Ġunju 2008 dwar l-immaniġġjar tal-assi barranin ta’ riżerva [assi barranin ta’ riżerva] tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali u d-dokumentazzjoni legali għall-operazzjonijiet li jinvolvu dawn l-assi (ĠU L 192, 19.7.2008, p. 63).