EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016R1641

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1641 tat-12 ta' Settembru 2016 li jemenda għall-252 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida

C/2016/5873

ĠU L 244, 13.9.2016, p. 7–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2016/1641/oj

13.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 244/7


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1641

tat-12 ta' Settembru 2016

li jemenda għall-252 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u l-Artikolu 7a(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi skont dan ir-Regolament.

(2)

Fis-6 ta' Settembru 2016, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jemenda entrata waħda fil-lista tiegħu tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li għalihom għandu japplika l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi. L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu għalhekk jiġi aġġornat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Settembru 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Aġent Kap tas-Servizz għall-Istrumenti ta' Politika Barranija


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


ANNESS

Fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 881/2002, l-annotazzjoni “Tarkhan Ismailovich Gaziev (alias (a) Ramzan Oduev, (b) Tarkhan Isaevich Gaziev, (c) Husan Isaevich Gaziev, (d) Umar Sulimov, (e) Wainakh, (f) Sever, (g) Abu Bilalal, (h) Abu Yasir, (i) Abu Asim, (j) Husan), Data tat-twelid: 11.11.1965, Post tat-twelid: il-villaġġ Bugaroy, id-distrett Itum-Kalinskiy, ir-Repubblika taċ-Ċeċenja, il-Federazzjoni Russa, Indirizz: a) ir-Repubblika Għarbija Sirjana (illokalizzat f'Awwissu 2015), b) l-Iraq (post alternattiv potenzjali f'Awwissu 2015), Nazzjonalità: (Mhux irreġistrat bħala ċittadin tal-Federazzjoni Russa), Informazzjoni oħra: Ir-ritratt huwa disponibbli għall-inklużjoni fl-Avviż Speċjali ta' bejn INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Id-ata tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 2.10.2015”, taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” hija sostitwit b'dan li ġej:

“Tarkhan Ismailovich Gaziev (kitba oriġinali: Тархан Исмаилович Газиев), (alias (a) Ramzan Oduev (kitba oriġinali: Рамзан Одуев), (b) Tarkhan Isaevich Gaziev (kitba oriġinali: Тархан Исаевич Газиев), (c) Husan Isaevich Gaziev (kitba oriġinali: Хусан Исаевич Газиев), (d) Umar Sulimov (kitba oriġinali: Умар Сулимов), (e) Wainakh (kitba oriġinali: Вайнах), (f) Sever (kitba oriġinali: Север), (g) Abu Bilal (kitba oriġinali: Абу-Билал), (h) Abu Yasir (kitba oriġinali: Абу Ясир), (i) Abu Asim (kitba oriġinali: Абу Ясим), (j) Husan (kitba oriġinali: Хусан), (k) Ab-Bilal, (l) Abu-Naser), Data tat-twelid: 11.11.1965, Post tat-twelid: Itum-Kale, id-distrett ta' Itum-Kalinskiy, ir-Repubblika taċ-Ċeċenja, il-Federazzjoni Russa, Indirizz: a) ir-Repubblika Għarbija Sirjana (kif lokalizzat f'Awwissu 2015), b) l-Iraq (post alternattiv potenzjali skont Awwissu 2015), Nazzjonalità: Il-Federazzjoni Russa, Informazzjoni oħra: Ritratt disponibbli għall-inklużjoni fl-Avviż Speċjali INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 2.10.2015.”


Top