This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32016R0535
Commission Implementing Regulation (EU) 2016/535 of 5 April 2016 amending Annex II to Regulation (EU) No 206/2010 as regards the entry of Singapore in the list of third countries, territories or parts thereof from which the introduction into the Union of fresh meat is authorised (Text with EEA relevance)
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/535 tal-5 ta' April 2016 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 dwar l-entrata ta' Singapore fil-lista ta' pajjiżi terzi, territorji u partijiet minnhom minn fejn hija awtorizzata l-introduzzjoni fl-Unjoni ta' laħam frisk (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/535 tal-5 ta' April 2016 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 dwar l-entrata ta' Singapore fil-lista ta' pajjiżi terzi, territorji u partijiet minnhom minn fejn hija awtorizzata l-introduzzjoni fl-Unjoni ta' laħam frisk (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
C/2016/1927
ĠU L 89, 6.4.2016, p. 8–14
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Impliċitament imħassar minn 32020R0692
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32010R0206 | Żieda | anness II P. 1 Test | 26/04/2016 | |
Modifies | 32010R0206 | Żieda | anness II P. 2 Test | 26/04/2016 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 32016R0535R(01) | ||||
Implicitly repealed by | 32020R0692 | 21/04/2021 |
6.4.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 89/8 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/535
tal-5 ta' April 2016
li jemenda l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 dwar l-entrata ta' Singapore fil-lista ta' pajjiżi terzi, territorji u partijiet minnhom minn fejn hija awtorizzata l-introduzzjoni fl-Unjoni ta' laħam frisk
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (1), u b'mod partikolari l-fażi ta' introduzzjoni tal-Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(1), l-Artikolu 8(4) u l-Artikolu 9(4) tagħha,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(1) u l-Artikolu 16 tiegħu,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/132/KE tas-17 ta' Diċembru 1996 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u New Zealand dwar miżuri sanitarji applikabbli għall-kummerċ f'annimali ħajjin u prodotti tal-annimali (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 4 tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 2002/99/KE tistabbilixxi, inter alia, ir-rekwiżiti dwar is-saħħa tal-annimali għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali għall-konsum uman. Skont dawk ir-rekwiżiti, l-introduzzjoni ta' tali prodotti fl-Unjoni għandha tiġi awtorizzata biss minn pajjiżi terzi li jidhru f'lista stabbilita mill-Kummissjoni. |
(2) |
Id-Direttiva 2002/99/KE tipprovdi wkoll li r-regoli u ċ-ċertifikazzjoni għat-tranżitu jistgħu jiġu stabbiliti. |
(3) |
Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u New Zealand dwar miżuri sanitarji applikabbli għall-kummerċ f'annimali ħajjin u prodotti tal-annimali, mehmuż mad-Deċiżjoni 97/132/KE (“il-Ftehim”), jipprevedi l-istabbiliment ta' garanziji għall-introduzzjoni ta' laħam frisk minn New Zealand li huma ekwivalenti għal dawk stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni, b'mod partikolari mid-Direttiva 2002/99/KE u mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2010 (4). Tali ekwivalenza ġiet stabbilita għal laħam frisk fuq is-saħħa tal-annimali u dik pubblika kif stipulat fl-Anness V tal-Ftehim. |
(4) |
Ir-Regolament (UE) Nru 206/2010 jistabbilixxi, inter alia, il-kundizzjonijiet għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta' kunsinni ta' laħam frisk. Għal dan l-għan, il-Parti 1 tal-Anness II tistabbilixxi lista tal-pajjiżi terzi, it-territorji jew il-partijiet minnhom minn fejn tali kunsinni jistgħu jiġu introdotti fl-Unjoni u l-mudelli taċ-ċertifikati veterinarji li għandhom jakkumpanjaw dawk il-kunsinni, filwaqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet speċifiċi jew garanziji supplementari meħtieġa. |
(5) |
New Zealand hija mniżżla fil-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 bħala pajjiż awtorizzat għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta' kunsinni ta' laħam frisk ta' annimali domestiċi bovini, ovini u porċini, solipedi domestiċi, annimali mhux domestiċi mrobbija f'azjenda agrikola u selvaġġi tal-ordni Artiodactyla u annimali mhux domestiċi mrobbija f'azjenda agrikola u selvaġġi li jappartjenu għall-familji Suidae, Tayassuidae, jew Tapiridae. |
(6) |
Malli jidħlu fl-Unjoni tali kunsinni għandhom jiġu akkumpanjati mill-mudelli taċ-ċertifikati veterinarji xierqa kif stabbilit fil-Parti 2 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010, mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti speċifiċi ta' ċertifikazzjoni previsti fi ftehimiet tal-Unjoni ma' pajjiżi terzi. Rigward dawk il-kunsinni minn New Zealand, tali rekwiżiti huma stabbiliti fl-Anness V tal-Ftehim u l-mudell taċ-ċertifikat veterinarju stabbilit fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1901 (5). |
(7) |
In-New Zealand qed ifittex mod aktar mgħaġġel ta' trasport lejn l-Unjoni ta' kunsinni ta' laħam frisk għal użu aktar effiċjenti ta' tali laħam, b'kont meħud tad-durata ta' konservazzjoni tiegħu. Għalhekk in-New Zealand qed jipprevedi li jittrasporta tali kunsinni b'ajruplan lejn Singapore, tħotthom mill-mezz ta' trasport bl-ajru, filwaqt li jkollha l-possibilità ta' ħażna temporanja fi stabbiliment approvat fiż-żona doganali tal-ajruport ta' Singapore, terġa' tgħabbihom fl-istess stabbiliment u jsir tranżitu tagħhom mit-territorju ta' Singapore lejn il-port tat-tluq għat-trasport b'bastiment tal-kontejners minn Singapore lejn l-Unjoni. |
(8) |
Għalhekk Singapore talab biex tiġi awtorizzata tintroduċi fl-Unjoni kunsinni ta' laħam frisk li joriġina min-New Zealand, eliġibbli għall-introduzzjoni fl-Unjoni u ddestinat għall-Unjoni, sabiex ikun jista' jsir il-ħatt, il-ħażna, it-tagħbija mill-ġdid u t-tranżitu minn Singapore ta' tali kunsinni. |
(9) |
Fil-mument tat-tluq min-New Zealand tali laħam frisk għandu jkun konformi mar-rekwiżiti speċifiċi tas-saħħa pubblika u dik tal-annimali għall-introduzzjoni fl-Unjoni. L-awtorità kompetenti ta' Singapore stabbilixxa kontrolli u proċeduri tal-importazzjoni biex jiżgura li l-ħatt, il-ħażna, it-tagħbija mill-ġdid u t-tranżitu minn Singapore ma jaffettwax tali konformità. |
(10) |
F'Marzu 2015, il-Kummissjoni wettqet verifika ta' tiftix tal-fatti f'Singapore, biex tiġbor informazzjoni dwar u tivvaluta l-kontrolli tal-importazzjoni mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti ta' Singapore u l-proċedura ta' tranżitu stabbilita b'rabta mal-awtorizzazzjoni mitluba. Il-Kummissjoni kkonkludiet mill-eżitu ta' dik il-verifika li l-kontrolli tal-importazzjoni u l-proċeduri ta' tranżitu implimentati mill-awtoritajiet kompetenti ta' Singapore joffru garanziji sodisfaċenti biex jiġu żgurati l-integrità u s-sikurezza ta' kunsinni ta' laħam frisk min-New Zealand, b'mod partikolari fir-rigward tar-rekwiżiti dwar is-saħħa tal-annimali u dik pubblika. |
(11) |
Biex jiġu ċċertifikati dawk il-kontrolli tal-importazzjoni u l-proċeduri ta' tranżitu, għandu jinħareġ ċertifikat veterinarju mill-awtorità kompetenti ta' Singapore biex jiġi ppreżentat ulterjorment lill-post ta' spezzjoni fil-fruntiera ta' introduzzjoni fl-Unjoni. Għal dan l-għan tfassal mudell ta' ċertifikat veterinarju “NZ-TRANSIT-SG”. |
(12) |
Il-Ftehim jistabbilixxi regoli speċifiċi dwar iċ-ċertifikazzjoni, il-kontrolli fil-fruntiera u t-tariffi tal-ispezzjoni għall-importazzjonijiet min-New Zealand li huma applikabbli wkoll għal kunsinni fi tranżitu minn Singapore. |
(13) |
Il-Ftehim jippermetti li ċ-ċertifikati jiġu pprovduti b'mod elettroniku għall-prodotti tan-New Zealand esportati lejn l-Unjoni, permezz tal-użu ta' sistema elettronika integrata tal-Unjoni stabbilita bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/24/KE (6) (“TRACES”). |
(14) |
Biex jiġu allinjati mar-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni elettronika għan-New Zealand kif hemm stabbilit fl-Anness VII tal-Ftehim u d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1901, il-mudell taċ-ċertifikat veterinarju “NZ-TRANSIT-SG” għandu jiġi stabbilit fi TRACES. |
(15) |
Malli jidħlu fl-Unjoni, il-kunsinni għandhom ikunu akkumpanjati kemm mill-mudell xieraq taċ-ċertifikat veterinarju maħruġ mill-awtorità kompetenti ta' New Zealand kif ukoll mill-mudell taċ-ċertifikat veterinarju “NZ-TRANSIT-SG”, maħruġ mill-awtorità kompetenti ta' Singapore fi TRACES, skont l-Anness ta' dan ir-Regolament. |
(16) |
Huwa għalhekk xieraq li tiġi emendata l-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 sabiex tiżdied l-entrata ta' Singapore fil-lista tal-pajjiżi terzi, it-territorji u l-partijiet minnhom li għandhom jiġu awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta' kunsinni ta' laħam frisk li joriġina minn New Zealand, iddestinat għall-Unjoni u li jinħatt, jerġa' jitgħabba u jitqiegħed fi tranżitu bi jew mingħajr ħażna minn Singapore. |
(17) |
Barra minn hekk huwa xieraq li tiġi emendata l-Parti 2 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 biex jiżdied il-mudell taċ-ċertifikat veterinarju “NZ-TRANSIT-SG” mal-lista ta' Mudelli taċ-ċertifikati veterinarji. |
(18) |
Il-Partijiet 1 u 2 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 għandhom għalhekk jiġu emendati kif meħtieġ. |
(19) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-introduzzjoni ta' prodotti koperti miċ-ċertifikat previst f'punt (2)(b) tal-Anness ta' dan ir-Regolament, biss jekk dak iċ-ċertifikat maħruġ mill-awtorità kompetenti ta' Singapore u ċ-ċertifikat veterinarju maħruġ mill-awtorità kompetenti ta' New Zealand ikunu nħarġu wara s-26 ta' April 2016.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta' April 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.
(2) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206.
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2010 tat-12 ta' Marzu 2010 li jistabbilixxi listi ta' pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta' annimali partikulari u laħam frisk u r-rekwiżiti relatati maċ-ċertifikazzjoni veterinarja (ĠU L 73, 20.3.2010, p. 1).
(5) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1901 tal-20 ta' Ottubru 2015 li tistabbilixxi regoli ta' ċertifikazzjoni u mudell ta' ċertifikat tas-saħħa għall-importazzjoni fl-Unjoni ta' kunsinni ta' annimali ħajjin u ta' prodotti tal-annimali minn New Zealand u li tħassar id-Deċiżjoni 2003/56/KE (ĠU L 277, 22.10.2015, p. 32).
(6) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/24/KE tat-30 ta' Diċembru 2002 li tirrigwarda l-iżvilupp ta' sistema veterinarja integrata u kompjuterizzata (ĠU L 8, 14.1.2003, p. 44).
ANNESS
L-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fil-Parti 1, l-entrata li ġejja għal Singapore tiddaħħal bejn l-entrati għar-Russja u El Salvador:
|
(2) |
Il-Parti 2 hija emendata kif ġej:
|
(*1) Għal-laħam frisk biss li joriġina min-New Zealand, li fir-rigward tiegħu in-New Zealand hu awtorizzat għall-introduzzjoni fl-Unjoni, li huwa akkumpanjat mill-mudell xieraq taċ-ċertifikat veterinarju maħruġ mill-awtorità kompetenti tan-New Zealand, destinat għall-Unjoni u li jinħatt, bil-ħażna jew mingħajrha u li jitgħabba mill-ġdid fi stabbiliment approvat matul it-tranżitu f'Singapore.
(*2) Mad-dħul tagħhom fl-Unjoni, il-kunsinni għandhom ikunu akkumpanjati kemm minn dan il-mudell taċ-ċertifikat veterinarju maħruġ fi TRACES mill-awtorità kompetenti ta' Singapore kif ukoll mill-mudell xieraq taċ-ċertifikat veterinarju għall-importazzjoni ta' laħam frisk maħruġ mill-awtorità kompetenti ta' New Zealand, li jista' jinhemeż fi TRACES mill-awtorità kompetenti ta' Singapore.”