Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016R0024

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/24 tat-8 ta' Jannar 2016 li jimponi kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni ta' karawett mill-Brażil, Capsicum annuum u noċemuskata mill-Indja u noċemuskata mill-Indoneżja u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 669/2009 u (UE) Nru 884/2014 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    ĠU L 8, 13.1.2016, p. 1–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 13/12/2019; Impliċitament imħassar minn 32019R1793

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2016/24/oj

    13.1.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 8/1


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/24

    tat-8 ta' Jannar 2016

    li jimponi kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni ta' karawett mill-Brażil, Capsicum annuum u noċemuskata mill-Indja u noċemuskata mill-Indoneżja u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 669/2009 u (UE) Nru 884/2014

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u li jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 53(1)(b)(ii) tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mar-regoli dwar s-saħħa tal-annimali u l-welfare tal-annimali (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(5) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009 (3) jipprovdi għal żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjoni ta' ċertu għalf u ikel li ma joriġinawx mill-annimali, elenkati fl-Anness I ta' dak ir-Regolament. Il-karawett mill-Brażil u Capsicum annuum u n-noċemuskata mill-Indja huma diġà soġġetti għal tali żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali minn Jannar 2010 għal dik li hija preżenza tal-aflatossini. Minn Lulju 2012, in-noċemuskata mill-Indoneżja wkoll kienet suġġetta għal livell miżjud ta' kontrolli uffiċjali għal dawk li huma aflatossini.

    (2)

    Ir-riżultati tal-kontrolli uffiċjali mwettqa mill-Istati Membri skont ir-Regolament (KE) Nru 669/2009 fuq dawk il-prodotti bażiċi juru frekwenza għolja kontinwa ta' nuqqas ta' konformità mal-livelli massimi ta' aflatossini. Dawk ir-riżultati jipprovdu evidenza li l-importazzjoni ta' dawk il-prodotti tal-ikel u l-għalf jikkostitwixxu riskju għas-saħħa tal-annimali u tal-bniedem. Wara bosta snin ta' żieda fil-frekwenza tal-kontrolli fil-fruntieri tal-Unjoni ma ġie osservat l-ebda titjib fis-sitwazzjoni.

    (3)

    Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 884/2014 (4) jimponi kundizzjonijiet speċjali fuq l-importazzjoni ta' ċertu għalf u ikel minn ċertu pajjiżi terzi minħabba r-riskju ta' kontaminazzjoni bl-aflatossini.

    (4)

    Sabiex tkun imħarsa s-saħħa tal-bniedem u tal-annimali fl-Unjoni, jeħtieġ li jiġu stipulati garanziji addizzjonali fir-rigward tal-ikel u l-għalf mill-Brażil, l-Indja u l-Indoneżja. Il-kunsinni kollha tal-karawett mill-Brażil, Capsicum annuum mill-Indja u n-noċemuskata mill-Indja u l-Indoneżja għandhom ikunu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa li jiddikjara li l-prodotti kienu inklużi f'kampjun u analizzati għall-preżenza tal-aflatossini u li jkunu nstabu konformi mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Ir-riżultati tat-testijiet analitiċi għandhom jiġu mehmuża maċ-ċertifikat tas-saħħa.

    (5)

    Barra mill-eżenzjoni ta' kunsinni ddestinati għal persuna privata għall-konsum u l-użu personali, huwa wkoll xieraq li jiġu esklużi kunsinni żgħar ħafna ta' ċertu għalf u ikel, jiġifieri mhux aktar minn 20 kg, pereżempju dawk użati għal wirjiet kummerċjali jew mibgħuta bħala kampjuni kummerċjali. Ir-rekwiżit ta' ċertifikat tas-saħħa akkumpanjat mir-riżultat analitiku għal kunsinni bħal dawn mhuwiex proporzjonat għar-riskju baxx għas-saħħa pubblika ta' dawn il-kunsinni.

    (6)

    L-awtoritajiet Iranjani u Torok għarrfu lill-Kummissjoni dwar il-bidla tal-awtorità kompetenti li r-rappreżentant awtorizzat tagħha huwa intitolat li jiffirma ċ-ċertifikat tas-saħħa. L-awtorità Brażiljana hija wkoll kompetenti għall-għalf. Għalhekk, dawn il-bidliet għandhom jiġu introdotti skont dan.

    (7)

    Sabiex jonqos il-piż amministrattiv żejjed, huwa xieraq li jiġi previst li f'każ ta' kunsinna fejn l-imballaġġ huwa magħmul minn diversi pakketti/entitajiet żgħar ikkombinati flimkien, mhemmx għalfejn li n-numru ta' identifikazzjoni tal-kunsinna jissemma fuq kull pakkett individwali fil-kunsinna iżda huwa biżżejjed li jkun fuq l-imballaġġ b'dawn il-pakketti/entitajiet żgħar.

    (8)

    Fid-dawl tal-problemi diġà mġarrba, huwa xieraq li jiġi speċifikat li l-annotazzjonijiet tad-Dokument Komuni tad-Dħul marbuta mat-tlestija b'mod favorevoli tal-kontroll tad-dokumenti għandhom jitlestew qabel l-awtorizzazzjoni tat-trasferiment tal-kunsinna lejn PIM (Punt ta' Importazzjoni Magħżul).

    (9)

    Ir-Regolament (KE) Nru 669/2009 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 884/2014 għandhom għaldaqstant jiġu emendati skont dan.

    (10)

    Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nru 669/2009 huwa emendat skont l-Anness I ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 884/2014 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    Fl-Artikolu 1(1), jiżdiedu l-punti (i), (j) u (k) li ġejjin:

    “(i)

    karawett bil-qoxra u bla qoxra, butir tal-karawett, karawett ippreparat jew ippreservat mod ieħor (għalf u ikel) li joriġinaw jew li jaslu mill-Brażil;

    (j)

    Capsicum sp. u noċemuskata li joriġinaw jew li jaslu mill-Indja;

    (k)

    noċemuskata li toriġina jew li tasal mill-Indoneżja.”

    (2)

    Is-sentenza li ġejja tiżdied fl-Artikolu 1(3):

    “Dan ir-Regolament ma għandux japplika wkoll għall-kunsinni ta' għalf u ikel b'piż gross ta' mhux aktar minn 20 kg.”

    (3)

    Fl-Artikolu 5(2), il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(a)

    il-Ministeru għall-Agrikoltura, il-Bhejjem u l-Provvista tal-Ikel (MAPA) (Ministério da Agricultura, Pecuária e Abastecimento (MAPA)) għal għalf u ikel mill-Brażil.”

    (4)

    Fl-Artikolu 5(2), il-punti (d) u (e) huma sostitwiti b'dan li ġej:

    “(d)

    il-Ministeru tas-Saħħa u Edukazzjoni Medika għall-ikel mill-Iran;

    (e)

    id-Direttorat Ġenerali tal-Ikel u l-Kontroll tal-Ministeru tal-Ikel, l-Agrikoltura u l-Bhejjem tar-Repubblika tat-Turkija għall-ikel mit-Turkija;”

    (5)

    Fl-Artikolu 5(2) jiżdied il-punt (i):

    “(i)

    il-Ministeru tal-Agrikoltura għall-ikel mill-Indoneżja.”

    (6)

    Is-sentenza li ġejja tiżdied mal-Artikolu 6:

    “F'każ ta' kunsinna fejn l-imballaġġ huwa magħmul minn diversi pakketti/entitajiet żgħar ikkombinati flimkien, huwa biżżejjed li n-numru ta' identifikazzjoni tal-kunsinna jissemma fuq l-imballaġġ b'dawn il-pakketti żgħar/entitajiet”

    (7)

    L-ewwel sentenza tal-Artikolu 9(4) tiġi sostitwita b'dan li ġej:

    “L-awtorità kompetenti fil-PDM (Punt tad-Dħul Magħżul) għandha tawtorizza t-trasferiment tal-kunsinna lejn PIM wara li jitlestew b'mod favorevoli l-verifiki msemmija fil-paragrafu 2 u l-annotazzjonijiet rilevanti tal-parti II tad-DKD (II.3, II.5, II.8 u II.9) ikunu mitmuma.”

    (8)

    L-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 884/2014 huwa emendat skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Il-kunsinni tal-għalf u l-ikel imsemmija fl-Artikolu 1(1)(i), (j) u (k) li ntbagħtu mill-pajjiż ta' oriġini qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament jistgħu jiġu importati fl-UE mingħajr ma jkunu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa u r-riżultati tat-teħid tal-kampjuni u tal-analiżi.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Jannar 2016.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.

    (2)  ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.

    (3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009 tal-24 ta' Lulju 2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjoni ta' ċertu għalf u ikel ta' oriġini mhux mill-annimali u li jemenda d-Deċiżjoni 2006/504/KE (ĠU L 194, 25.7.2009, p. 11).

    (4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 884/2014 tat-13 ta' Awwissu 2014 li jimponi kundizzjonijiet speċjali għar-regolamentazzjoni tal-importazzjoni ta' ċertu għalf u ikel minn ċertu pajjiżi terzi minħabba r-riskju ta' kontaminazzjoni bl-aflatossini u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1152/2009 (ĠU L 242, 14.8.2014, p. 4).


    ANNESS I

    Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 l-annotazzjonijiet li ġejjin huma revokati:

    Għalf u ikel

    (użu maħsub)

    Kodiċi tan-NM

    TARIC suddiviżjoni

    Pajjiż tal-oriġini jew pajjiż tal-kunsinna

    Frekwenza tal-kontrolli fiżiċi u tal-identità (%) waqt l-importazzjoni

    “—

    Karawett bil-qoxra

    1202 41 00

     

    Il-Brażil (BR)

    10

    Karawett bla qoxra

    1202 42 00

    Butir tal-karawett

    2008 11 10

    Karawett ippreparat jew ippreservat mod ieħor

    2008 11 91 ;

    2008 11 96 ;

    2008 11 98

    (Għalf u Ikel)

     

    Capsicum annuum, sħiħ

    0904 21 10

     

    L-Indja (IN)

    20

    Capsicum annuum, imfarrak jew mitħun

    ex 0904 22 00

    10

    Frott imnixxef tal-ġeneru Capsicum sħiħ, minbarra l-bżar ħelu (Capsicum annuum)

    0904 21 90

     

    Noċemuskata (Myristica fragrans)

    0908 11 00 ;

    0908 12 00

     

    (Ikel — ħwawar imnixxfin)

     

     

    Noċemuskata (Myristica fragrans)

    0908 11 00 ;

    0908 12 00

     

    L-Indoneżja (ID)

    20”

    (Ikel — ħwawar imnixxfin)

     


    ANNESS II

    L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 884/2014 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    Fl-aħħar annotazzjoni “Żrieragħ tad-dulliegħ (Egusi, Citrullus lanatus) u prodotti derivati” hija sostitwita bi “Żrieragħ tad-dulliegħ (Egusi, Citrullus spp.) u prodotti derivati”

    (2)

    Jiżdiedu l-annotazzjonijiet li ġejjin:

    Għalf u ikel

    (użu maħsub)

    Kodiċi tan-NM

    TARIC suddiviżjoni

    Pajjiż tal-oriġini jew pajjiż tal-kunsinna

    Frekwenza tal-kontrolli fiżiċi u tal-identità (%) waqt l-importazzjoni

    “—

    Karawett bil-qoxra

    1202 41 00

     

    Il-Brażil (BR)

    10

    Karawett bla qoxra

    1202 42 00

    Butir tal-karawett

    2008 11 10

    Karawett ippreparat jew ippreservat mod ieħor

    2008 11 91 ;

    2008 11 96 ;

    2008 11 98

    (Għalf u Ikel)

     

    Capsicum annuum, sħiħ

    0904 21 10

     

    L-Indja (IN)

    20

    Capsicum annuum, imfarrak jew mitħun

    ex 0904 22 00

    10

    Frott imnixxef tal-ġeneru Capsicum sħiħ, minbarra l-bżar ħelu (Capsicum annuum)

    0904 21 90

     

    Noċemuskata (Myristica fragrans)

    0908 11 00 ;

    0908 12 00

     

    (Ikel — ħwawar imnixxfin)

     

     

    Noċemuskata (Myristica fragrans)

    0908 11 00 ;

    0908 12 00

     

    L-Indoneżja (ID)

    20”

    (Ikel — ħwawar imnixxfin)

     


    Top