Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015R0131

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/131 tat- 23 ta' Jannar 2015 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta' prodotti organiċi minn pajjiżi terzi Test b'rilevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 23, 29.1.2015, p. 1–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2021; Impliċitament imħassar minn 32021R2306

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2015/131/oj

    29.1.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 23/1


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/131

    tat-23 ta' Jannar 2015

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta' prodotti organiċi minn pajjiżi terzi

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta' Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33(2) u (3) u l-Artikolu 38(d) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 (2) jistabbilixxi l-lista ta' pajjiżi terzi li s-sistemi tal-produzzjoni u l-miżuri tal-kontroll tagħhom għall-produzzjoni organika ta' prodotti agrikoli huma rikonoxxuti bħala ekwivalenti għal dawk stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 834/2007.

    (2)

    Ir-Repubblika tal-Korea ressqet talba f'konformità mal-Artikolu 33(2) tar Regolament (KE) Nru 834/2007 lill-Kummissjoni biex tiġi inkluża fil-lista stabbilita fl-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 għal ċerti prodotti agrikoli pproċessati. Hija ressqet l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikoli 7 u 8 ta' dak ir-Regolament. L-analiżi ta' dik l-informazzjoni, id-diskussjonijiet sussegwenti mal-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Korea u eżami fuq il-post dwar ir-regoli tal-produzzjoni u l-miżuri ta' kontroll applikati mir-Repubblika tal-Korea wasslu għall-konklużjoni li f'dak il-pajjiż ir-regoli li jirregolaw il-produzzjoni u l-kontrolli tal-prodotti organiċi ta' prodotti agrikoli pproċessati biex jintużaw bħala ikel huma ekwivalenti għal dawk stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 834/2007. Konsegwentement, ir-Repubblika tal-Korea għandha tiġi inkluża fil-lista stabbilita fl-Anness III tar- Regolament (KE) Nru 1235/2008 għal prodotti agrikoli pproċessati biex jintużaw bħala ikel (prodotti tal-Kategorija D).

    (3)

    L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 fih lista ta' korpi ta' kontroll u awtoritajiet ta' kontroll li huma kompetenti biex iwettqu l-kontrolli u joħorġu ċ-ċertifikati f'pajjiżi terzi għall-għan ta' ekwivalenza. Bħala konsegwenza tal-inklużjoni tar-Repubblika tal-Korea fl-Anness III ta' dak ir-Regolament, il-korpi ta' kontroll u l-awtoritajiet ta' kontroll rilevanti rikonoxxuti s'issa għall-importazzjoni ta' prodotti tal-kategorija D mir-Repubblika tal-Korea għandhom jitħassru mill-Anness IV.

    (4)

    Għaldaqstant, l-Annessi III u IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 għandhom jiġu emendati skont dan.

    (5)

    L-inklużjoni tar-Repubblika tal-Korea fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 għandha tapplika mill-1 ta' Frar 2015. Sabiex l-operaturi jkunu jistgħu jadattaw għall-emendi li saru fl-Annessi III u IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008, l-emenda tal-aħħar Anness għandha, madankollu, tapplika biss wara perjodu ta' żmien raġonevoli.

    (6)

    Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat regolatorju għall-produzzjoni organika,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nru 1235/2008 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    L-Anness III huwa emendat skont l-Anness I ta' dan ir-Regolament.

    (2)

    L-Anness IV huwa emendat skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Il-punt (1) tal-Artikolu 1 għandu japplika mill-1 ta' Frar 2015.

    Il-punt (2) tal-Artikolu 1 għandu japplika mill-1 ta' Mejju 2015.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Jannar 2015.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1.

    (2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 tat-8 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta' prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (ĠU L 334, 12.12.2008, p. 25).


    ANNESS I

    Fl-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 1235/2008, jiddaħħal it-test li ġej:

    “IR-REPUBBLIKA TAL-KOREA

    1.    Kategoriji tal-prodott :

    Kategorija tal-prodotti

    Deżinjazzjoni tal-kategorija skont l-Anness IV

    Limitazzjonijiet

    Prodotti agrikoli pproċessati biex jintużaw bħala ikel

    D

     

    2.    Oriġini : ingredjenti mkabbrin organikament fil-prodotti tal-kategorija D li tkabbru fir-Repubblika tal-Korea jew li ġew importati lejn ir-Repubblika tal-Korea:

    mill-Unjoni, jew

    minn pajjiż terz li għalih r-Repubblika tal-Korea rrikonoxxiet li l-prodotti ġew prodotti u kkontrollati f'dak il-pajjiż terz skont regoli ekwivalenti għal dawk stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tar-Repubblika tal-Korea.

    3.    Standards tal-produzzjoni : L-Att dwar il-Promozzjoni ta' Agrikoltura u Sajd li jħarsu l-Ambjent u l-Ġestjoni u Appoġġ għall-Ikel Organiku.

    4.    Awtoritajiet kompetenti : Ministeru tal-Agrikoltura, l-Ikel u l-Affarijiet Rurali

    5.    Korpi tal-kontroll :

    Numru tal-kodiċi

    Isem

    Indirizz tal-Internet

    KR-ORG-001

    Korea Agricultural Product and Food Certification

    www.kafc.kr

    KR-ORG-002

    Doalnara Organic Certificated Korea

    www.doalnara.or.kr

    KR-ORG-003

    Bookang tech

    www.bkt21.co.kr

    KR-ORG-004

    Global Organic Agriculturalist Association

    www.goaa.co.kr

    KR-ORG-005

    OCK

    Image

    KR-ORG-006

    Konkuk University industrial cooperation corps

    http://eco.konkuk.ac.kr

    KR-ORG-007

    Korea Environment-Friendly Organic Certification Center

    www.a-cert.co.kr

    KR-ORG-008

    Konkuk Ecocert Certification Service

    www.ecocert.co.kr

    KR-ORG-009

    Woorinong Certification

    www.woric.co.kr

    KR-ORG-010

    ACO(Australian Certified Organic)

    www.aco.net.au

    KR-ORG-011

    BCS(BCS Oko-Garantie GmbH)

    www.bcs-oeko.com

    KR-ORG-012

    BCS Korea

    www.bcskorea.com

    KR-ORG-014

    The Center for Environment Friendly Agricultural Products Certification

    www.hgreent.or.kr

    KR-ORG-015

    ECO-Leaders Certification Co.,Ltd.

    www.ecoleaders.kr

    KR-ORG-016

    Ecocert

    www.ecocert.com

    KR-ORG-017

    Jeonnam bioindustry foundation

    www.jbio.org/oc/oc01.asp

    KR-ORG-018

    Controlunion

    http://certification.controlunion.com

    6.    Korpi u awtoritajiet li joħorġu ċ-ċertifikati : bħal f'punt 5.

    7.    Tul taż-żmien tal-inklużjoni : sal-31 ta' Jannar 2018.”


    ANNESS II

    L-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    Fl-entrata dwar “Australian Certified Organic”, fil-punt 3, ir-ringiela li tikkonċerna il-pajjiż terz “il-Korea t'Isfel” u n-numru tal-kodiċi “KR-BIO-107” jitħassru;

    (2)

    Fl-entrata dwar “BCS Öko-Garantie GmbH”, fil-punt 3, fir-ringiela li tikkonċerna il-pajjiż terz “il-Korea t'Isfel” u n-numru tal-kodiċi “KR-BIO-141”, is-salib fil-kolonna D jitħassar; “Il-Korea t'Isfel” hija sostitwita b'“Ir-Repubblika tal-Korea”;

    (3)

    Fl-entrata dwar “Bioagricert S.r.l.”, fil-punt 3, fir-ringiela li tikkonċerna il-pajjiż terz “il-Korea t'Isfel” u n-numru tal-kodiċi “KR-BIO-132”, is-salib fil-kolonna D jitħassar; “Il-Korea t'Isfel” hija sostitwita b'“Ir-Repubblika tal-Korea”;

    (4)

    Fl-entrata dwar “Bio.inspecta AG”, fil-punt 3, fir-ringiela li tikkonċerna il-pajjiż terz “il-Korea t'Isfel” u n-numru tal-kodiċi “KR-BIO-161”, is-salib fil-kolonna D jitħassar; “Il-Korea t'Isfel” hija sostitwita b'“Ir-Repubblika tal-Korea”;

    (5)

    Fl-entrata dwar “Control Union Certifications”, fil-punt 3, fir-ringiela li tikkonċerna il-pajjiż terz “il-Korea t'Isfel” u n-numru tal-kodiċi “KR-BIO-149”, is-salib fil-kolonna D jitħassar; “Il-Korea t'Isfel” hija sostitwita b'“Ir-Repubblika tal-Korea”;

    (6)

    L-entrata dwar “Doalnara Certified Organic Korea, LLC” għandha tiġi emendata kif ġej:

    (a)

    fil-punt 3, fir-ringiela li tikkonċerna il-pajjiż terz “il-Korea t'Isfel” u n-numru tal-kodiċi “KR-BIO-129”, is-salib fil-kolonna D jitħassar; “Il-Korea t'Isfel” hija sostitwita b'“Ir-Repubblika tal-Korea”;

    (b)

    f'punt 4, il-kelma “inbid” titħassar;

    (7)

    Fl-entrata dwar “Ecocert SA”, fil-punt 3, fir-ringiela li tikkonċerna il-pajjiż terz “il-Korea t'Isfel” u n-numru tal-kodiċi “KR-BIO-154”, is-salib fil-kolonna D jitħassar; “Il-Korea t'Isfel” hija sostitwita b'“Ir-Repubblika tal-Korea”;

    (8)

    Fl-entrata dwar “Organic Certifiers”, fil-punt 3, fir-ringiela li tikkonċerna il-pajjiż terz “il-Korea t'Isfel” u n-numru tal-kodiċi “KR-BIO-106”, is-salib fil-kolonna D jitħassar; “Il-Korea t'Isfel” hija sostitwita b'“Ir-Repubblika tal-Korea”.


    Top