This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014L0052
Directive 2014/52/EU of the European Parliament and of the Council of 16 April 2014 amending Directive 2011/92/EU on the assessment of the effects of certain public and private projects on the environment Text with EEA relevance
Direttiva 2014/52/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 16 ta' April 2014 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2011/92/UE dwar il-valutazzjoni tal-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent Test b'rilevanza għaż-ŻEE
Direttiva 2014/52/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 16 ta' April 2014 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2011/92/UE dwar il-valutazzjoni tal-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent Test b'rilevanza għaż-ŻEE
ĠU L 124, 25.4.2014, p. 1–18
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32011L0092 | Sostituzzjoni | artikolu 3 | 15/05/2014 | |
Modifies | 32011L0092 | Emenda | artikolu 6.2 | 15/05/2014 | |
Modifies | 32011L0092 | Żieda | anness II BI | 15/05/2014 | |
Modifies | 32011L0092 | Sostituzzjoni | artikolu 2.2 | 15/05/2014 | |
Modifies | 32011L0092 | abolizzjoni | artikolu 1.4 | 15/05/2014 | |
Modifies | 32011L0092 | Sostituzzjoni | artikolu 1.3 | 15/05/2014 | |
Modifies | 32011L0092 | Żieda | artikolu 1.2 punt G) | 15/05/2014 | |
Modifies | 32011L0092 | Żieda | artikolu 8 BI | 15/05/2014 | |
Modifies | 32011L0092 | Sostituzzjoni | artikolu 6.6 | 15/05/2014 | |
Modifies | 32011L0092 | Sostituzzjoni | artikolu 10 L1 | 15/05/2014 | |
Modifies | 32011L0092 | Sostituzzjoni | artikolu 8 | 15/05/2014 | |
Modifies | 32011L0092 | Sostituzzjoni | artikolu 5.1 | 15/05/2014 | |
Modifies | 32011L0092 | Żieda | artikolu 6.7 | 15/05/2014 | |
Modifies | 32011L0092 | Sostituzzjoni | artikolu 4.4 | 15/05/2014 | |
Modifies | 32011L0092 | Sostituzzjoni | artikolu 6.1 | 15/05/2014 | |
Modifies | 32011L0092 | Sostituzzjoni | artikolu 4.3 | 15/05/2014 | |
Modifies | 32011L0092 | Sostituzzjoni | artikolu 2.1 | 15/05/2014 | |
Modifies | 32011L0092 | Sostituzzjoni | artikolu 5.2 | 15/05/2014 | |
Modifies | 32011L0092 | Sostituzzjoni | anness IV | 15/05/2014 | |
Modifies | 32011L0092 | Żieda | artikolu 10 BI | 15/05/2014 | |
Modifies | 32011L0092 | Żieda | artikolu 4.5 | 15/05/2014 | |
Modifies | 32011L0092 | Żieda | artikolu 4.6 | 15/05/2014 | |
Modifies | 32011L0092 | Sostituzzjoni | artikolu 7.4 | 15/05/2014 | |
Modifies | 32011L0092 | Sostituzzjoni | artikolu 7.5 | 15/05/2014 | |
Modifies | 32011L0092 | Żieda | artikolu 9 BI | 15/05/2014 | |
Modifies | 32011L0092 | Sostituzzjoni | artikolu 9.1 | 15/05/2014 | |
Modifies | 32011L0092 | Żieda | artikolu 2.5 | 15/05/2014 | |
Modifies | 32011L0092 | Sostituzzjoni | artikolu 12.2 | 15/05/2014 | |
Modifies | 32011L0092 | Sostituzzjoni | artikolu 5.3 | 15/05/2014 | |
Modifies | 32011L0092 | Sostituzzjoni | artikolu 2.3 | 15/05/2014 | |
Modifies | 32011L0092 | Sostituzzjoni | anness III | 15/05/2014 | |
Modifies | 32011L0092 | Sostituzzjoni | artikolu 2.4 L1 | 15/05/2014 | |
Modifies | 32011L0092 | Sostituzzjoni | artikolu 6.5 | 15/05/2014 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 32014L0052R(01) | (PL) | |||
Corrected by | 32014L0052R(02) | (PL) | |||
Corrected by | 32014L0052R(03) | (EL) |
25.4.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 124/1 |
DIRETTIVA 2014/52/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-16 ta' April 2014
li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2011/92/UE dwar il-valutazzjoni tal-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 192(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (3),
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) armonizzat il-prinċipji għall-valutazzjoni tal-impatt ta' proġetti fuq l-ambjent billi introduċiet rekwiżiti minimi (dwar it-tip ta' proġetti soġġetti għal valutazzjoni, l-obbligi ewlenin tal-iżviluppaturi, il-kontenut tal-valutazzjoni u l-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti u tal-pubbliku), u tikkontribwixxi għal livell għoli ta' protezzjoni tal-ambjent u tas-saħħa tal-bniedem. L-Istati Membri huma liberi li jistabbilixxu miżuri ta' protezzjoni aktar stretti b'mod konformi mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). |
(2) |
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' April 2007, intitolata “L-analiżi ta' nofs it-terminu tas-sitt Programm ta' Azzjoni Ambjentali tal-Komunità” u r-Rapport mill-Kummissjoni tat-23 ta' Lulju 2009 dwar l-applikazzjoni u l-effikaċja tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE (5), il-predeċessur tad-Direttiva 2011/92/UE, enfasizzaw il-ħtieġa li jitjiebu l-prinċipji tal-valutazzjoni tal-impatt ta' proġetti fuq l-ambjent u biex tadatta dik id-Direttiva 85/337/KEE għall-kuntest politiku, legali u tekniku li, min-naħa tiegħu, evolva b'mod konsiderevoli. |
(3) |
Jinħtieġ li tiġi emendata d-Direttiva 2011/92/UE biex tissaħħaħ il-kwalità tal-proċedura tal-istma tal-impatt fuq l-ambjent, il-proċedura tiġi allinjata mal-prinċipji ta' regolamentazzjoni intelliġenti u jiżdiedu l-koerenza u s-sinerġiji ma' leġislazzjoni u politiki oħra tal-Unjoni, kif ukoll ma' strateġiji u politiki żviluppati mill-Istati Membri f'oqsma ta' kompetenza nazzjonali. |
(4) |
Sabiex jiġu koordinati u faċilitati l-proċeduri tal-valutazzjoni għal proġetti transkonfinali, u, b'mod partikolari, biex isiru konsultazzjonijiet skont il-Konvenzjoni dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt fuq l-Ambjent f'Kuntest Transkonfinali tal-25 ta' Frar 1991 (il-Konvenzjoni ta' Espoo), l-Istati Membri kkonċernati jistgħu jistabbilixxu, abbażi ta' rappreżentazzjoni ugwali, korp konġunt. |
(5) |
Il-mekkaniżmi stabbiliti fir-Regolamenti (UE) Nru 347/2013 (6), (UE) Nru 1315/2013 (7) u (UE) Nru 1316/2013 (8) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li huma rilevanti għall-proġetti ta' infrastruttura kofinanzjati mill-Unjoni, jistgħu jiffaċilitaw it-twettiq tar-rekwiżiti tad-Direttiva 2011/92/UE. |
(6) |
Id-Direttiva 2011/92/UE għandha wkoll tiġi riveduta b'tali mod li jiġi żgurat li l-protezzjoni tal-ambjent titjieb, li tiżdied l-effiċjenza tar-riżorsi u li jkun appoġġat it-tkabbir sostenibbli fl-Unjoni. Għal dan il-għan, il-proċeduri stabbiliti fiha għandhom jiġu simplifikati u armonizzati. |
(7) |
Matul l-aħħar għaxar snin, il-kwistjonijiet ambjentali, bħall-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi u s-sostenibbiltà, il-protezzjoni tal-bijodiversità, it-tibdil fil-klima, u r-riskju ta' inċidenti u diżastri, saru aktar importanti fit-tfassil tal-politika. Dawn għalhekk għandhom jitqiesu wkoll bħala elementi importanti fil-proċessi ta' valutazzjoni u tat-teħid tad-deċiżjonijiet. |
(8) |
Fil-Komunikazzjoni tagħha tal-20 ta' Settembru 2011 intitolata “Pjan Direzzjonali għal Ewropa b'Użu Effiċjenti tar-Riżorsi”, il-Kummissjoni impenjat ruħha favur l-inklużjoni ta' kunsiderazzjonijiet usa' dwar l-użu effiċjenti u sostenibbli tar-riżorsi fil-kuntest tar-reviżjoni tad-Direttiva 2011/92/UE. |
(9) |
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta' Settembru 2006 intitolata “Strateġija Tematika dwar il-Protezzjoni tal-Ħamrija” u l-Pjan Direzzjonali għal Ewropa Effiċjenti fl-Użu tar-Riżorsi jisħqu fuq l-importanza tal-użu sostenibbli tal-ħamrija u l-ħtieġa li tiġi indirizata ż-żieda insostenibbli taż-żoni abitati maż-żmien (it-teħid tal-art). Barra minn hekk, id-dokument finali tal-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Iżvilupp Sostenibbli li saret f'Rio de Janeiro bejn l-20 u t-22 ta' Ġunju 2012 jirrikonoxxi s-sinifikat ekonomiku u soċjali ta' ġestjoni tajba tal-art, inkluża l-ħamrija, u l-ħtieġa għal azzjoni urġenti biex titraġġa' lura d-degradazzjoni tal-art. Għaldaqstant, proġetti pubbliċi u privati għandhom iqisu u jrażżnu l-impatt tagħhom fuq l-art, partikolarment it-teħid tal-art, u l-impatti fuq il-ħamrija, fosthom dawk li jolqtu l-materja organika, l-erożjoni, il-kompattazzjoni u l-impermeabilizzar tal-ħamrija; huma wkoll rilevanti f'dan ir-rigward pjanijiet u politiki xierqa fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali dwar l-użu tal-art. |
(10) |
Il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Diversità Bijoloġika (“il-Konvenzjoni”), li l-Unjoni hija msieħba fiha taħt id-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/626/KEE (9), tesiġi, sa fejn huwa possibbli u xieraq, valutazzjoni tal-effetti sinifikattivi ħżiena ta' proġetti fuq id-diversità bijoloġika, li hija ddefinita fl-Artikolu 2 tal-Konvenzjoni, bil-għan li jiġu evitati jew minimizzati effetti bħal dawn. Tali valutazzjoni minn qabel tal-impatti għandha tikkontribwixxi biex tintlaħaq il-mira ewlenija tal-Unjoni, adottata mill-Kunsill Ewropew fil-konklużjonijiet tiegħu tal-25 u s-26 ta' Marzu 2010, li twaqqaf it-telf tal-bijodiversità u d-degradazzjoni tas-servizzi tal-ekosistemi sal-2020 u li tirrestawrahom fejn dan ikun vijabbli. |
(11) |
Il-miżuri meħuda sabiex jiġu evitati, impediti, imnaqqsa u, jekk possibbli, ikkontrobilanċjati l-effetti sinifikattivi ħżiena fuq l-ambjent, b'mod partikolari fuq l-ispeċi u l-ħabitat naturali protetti taħt d-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE (10) u d-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11), għandhom jikkontribwixxu sabiex ikun evitat kwalunkwe deterjorament fil-kwalità tal-ambjent u kwalunkwe telf nett tal-bijodiversità, skont l-impenji tal-Unjoni fil-kuntest tal-Konvenzjoni u l-objettivi u l-azzjonijiet tal-Istrateġija tal-Unjoni dwar il-Bijodiversità sal-2020 stabbiliti fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Mejju 2011 intitolata “L-assigurazzjoni tal-ħajja tagħna, il-kapital naturali tagħna: strateġija tal-UE għall-bijodiversità sal-2020”. |
(12) |
Bil-ħsieb li jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tal-ambjent tal-baħar, b'mod speċjali l-ispeċi u l-ambjenti naturali, il-valutazzjoni tal-impatt fuq l-ambjent u l-proċeduri ta' “screening” għall-proġetti li jinsabu fl-ambjent tal-baħar għandhom iqisu l-karatteristiċi ta' dawk il-proġetti, b'attenzjoni partikolari lejn it-teknoloġiji użati (per eżempju stħarriġ sismiku permezz ta' sonars attivi). Għal dan l-għan, ir-rekwiżiti tad-Direttiva 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) jistgħu wkoll jiffaċilitaw it-twettiq tar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva. |
(13) |
It-tibdil fil-klima se jkompli jikkawża ħsara lill-ambjent u jxekkel l-iżvilupp ekonomiku. Għalhekk, huwa xieraq li jiġi valutat l-impatt tal-proġetti fuq il-klima (pereżempju l-emissjonijiet ta' gassijiet serra) u l-vulnerabbiltà tagħhom għat-tibdil fil-klima. |
(14) |
Wara l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Frar 2009 intitolata “Approċċ Komunitarju dwar il-prevenzjoni tad-diżastri naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem”, il-Kunsill, fil-konklużjonijiet tiegħu tat-30 ta' Novembru 2009, stieden lill-Kummissjoni biex tiżgura li t-twettiq, l-analiżi u l-iżvilupp ulerjuri tagħhom iqisu l-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskju ta' diżastri kif ukoll il-Qafas ta' Hyogo tan-Nazzjonijiet Uniti għal Programm ta' Azzjoni (2005-2015) adottat fit-22 ta' Jannar 2005, li jenfasizza l-ħtieġa li jiġu stabbiliti proċeduri għall-valutazzjoni tal-implikazzjonijiet tar-riskju ta' diżastri marbutin ma' proġetti ewlenin ta' infrastruttura. |
(15) |
Sabiex jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tal-ambjent, għandhom jittieħdu miżuri ta' prekawzjoni għal ċerti proġetti li minħabba l-vulnerabbiltà tagħhom għal inċidenti kbar u/jew diżastri naturali (bħal għargħar, żieda fil-livell tal-baħar jew terremoti) aktarx li jkollhom effetti sinifikattivi ħżiena fuq l-ambjent. Għal tali proġetti, huwa importanti li titqies il-vulnerabbiltà tagħhom (kemm huma esposti u kemm jistgħu jirkupraw) tagħhom għal inċidenti kbar u/jew diżastri, ir-riskju li dawk l-inċidenti u/jew diżastri jseħħu u l-implikazzjonijiet għall-probabbiltà ta' effetti sinifikattivi ħżiena fuq l-ambjent. Sabiex jiġu evitati d-duplikazzjonijiet, għandu jkun possibli li jintuża kwalunkwe tagħrif rilevanti li jkun disponibbli u miksub minn valutazzjonijiet ta' riskju li jsiru b'mod konformi mal-leġislazzjoni tal-Unjoni bħad-Direttiva 2012/18/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13) u d-Direttiva tal-Kunsill 2009/71/Euratom (14), jew permezz ta' valutazzjonijiet rilevanti li jsiru skont il-leġislazzjoni nazzjonali sakemm ikunu ġew sodisfatti r-rekwiżiti ta' din id-Direttiva. |
(16) |
Għall-protezzjoni u l-promozzjoni tal-wirt kulturali inklużi s-siti storiċi urbani u l-pajsaġġi, li huma parti integrali mid-diversità kulturali li l-Unjoni hija impenjata li tirrispetta u tippromwovi skont l-Artikolu 167(4) tat-TFUE, id-definizzjonijiet u l-prinċipji żviluppati fil-Konvenzjonijiet rilevanti tal-Kunsill tal-Ewropa, b'mod partikolari l-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni tal-Wirt Arkitettoniku tal-Ewropa tas-6 ta' Mejju 1969, il-Konvenzjoni Ewropea dwar il-Protezzjoni tal-Wirt Arkeoloġiku tat-3 ta' Ottubru 1985, il-Konvenzjoni Ewropea dwar il-Pajsaġġi tal-20 ta' Ottubru 2000, l-Konvenzjoni Qafas dwar il-Valur tal-Wirt Kulturali għas-Soċjetà tas-27 ta' Ottubru 2005 jistgħu jkunu utli. Sabiex jiġu konservati aħjar il-wirt storiku u kulturali u l-pajsaġġ, huwa importanti li jiġu indirizzati l-impatti viżivi tal-proġetti, jiġifieri l-bidla fid-dehra jew il-veduta tal-pajsaġġ mibni jew naturali u taż-żoni urbani, fil-valutazzjonijiet tal-impatt fuq l-ambjent. |
(17) |
Fl-applikazzjoni tad-Direttiva 2011/92/UE, jinħtieġ li jiġi żgurat tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, skont l-objettivi stabbiliti fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Marzu 2010 intitolata “Ewropa 2020 — Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv”. |
(18) |
Bil-ħsieb li jissaħħu l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni u t-trasparenza, it-tagħrif ambjentali dwar it-twettiq ta' din id-Direttiva għandu jkun disponibbli f'waqtu anki f'format elettroniku. L-Istati Membri għandhom għalhekk jistabbilixxu tal-anqas portal ċentrali jew punti ta' aċċess, fil-livell amministrattiv xieraq, sabiex il-pubbliku jkollu aċċess għal dak it-tagħrif b'mod faċli u effikaċi. |
(19) |
L-esperjenza wriet li fil-każ ta' proġetti, jew partijiet ta' proġetti, intiżi għal skopijiet ta' difiża, inklużi proġetti relatati mal-attivitajiet tal-forzi alleati fit-territorju tal-Istati Membri f'konformità mal-obbligi internazzjonali, l-applikazzjoni tad-Direttiva 2011/92/UE tista' tirriżulta fl-iżvelar ta' tagħrif kunfidenzjali importanti li jista' jikkomprometti l-iskopijiet ta' difiża. Għalhekk, għandu jsir provvediment sabiex, fejn ikun xieraq, l-Istati Membri jkunu awtorizzati li ma japplikawx din id-Direttiva f'każijiet bħal dawn. |
(20) |
L-esperjenza wriet li, fil-każ ta' proġetti li l-għan uniku tagħhom huwa r-rispons għall-emerġenzi ċivili, il-konformità mad-Direttiva 2011/92/UE jista' jkollha effetti ħżiena fost oħrajn fuq l-ambjent, u għalhekk għandu jsir provvediment sabiex l-Istati Membri jkunu awtorizzati li ma japplikawx dik id-Direttiva f' tali każijiet fejn xieraq. |
(21) |
L-Istati Membri għandhom diversi possibbiltajiet sabiex iwettqu d-Direttiva 2011/92/UE fir-rigward tal-integrazzjoni tal-valutazzjonijiet tal-impatt fuq l-ambjent fil-proċeduri nazzjonali. Għaldaqstant, l-elementi ta' dawk il-proċeduri nazzjonali jistgħu jvarjaw. Minħabba f'hekk, il-konklużjoni motivata li biha l-awtorità kompetenti tiffinalizza l-eżami tagħha dwar l-impatti tal-proġett fuq l-ambjent tista' tkun parti minn proċedura ta' kunsens għall-iżvilupp integrat jew tiġi inkorporata f'deċiżjoni vinkolanti oħra neċessarja sabiex jiġu sodisfatti l-għanijiet ta' din id-Direttiva. |
(22) |
Sabiex jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tal-ambjent u tas-saħħa tal-bniedem, proċeduri ta' “screening” u l-valutazzjonijiet tal-impatt fuq l-ambjent għandhom iqisu l-impatt tal-proġett sħiħ in kwistjoni, inkluż, fejn rilevanti, is-sottosuperfiċje u l-parti ta' taħt l-art, matul il-fażijiet tal-kostruzzjoni, tal-operat u, fejn rilevanti, tat-twaqqigħ; |
(23) |
Sabiex tasal għal valutazzjoni kompluta tal-effetti diretti u indiretti tal-proġett fuq l-ambjent, l-awtorità kompetenti għandha tagħmel analiżi billi teżamina l-kontenut tat-tagħrif provdut mill-iżviluppatur u dak miksub minn konsultazzjonijiet, kif ukoll billi tqis kwalunkwe tagħrif addizzjonali, fejn xieraq. |
(24) |
F'każijiet ta' proġetti adottati permezz ta' att leġislattiv nazzjonali speċifiku, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-objettivi ta' din id-Direttiva relatati mal-konsultazzjoni pubblika jintlaħqu permezz tal-proċess leġislattiv. |
(25) |
L-imparzjalità tal-awtoritajiet kompetenti għandha tiġi żgurata. Il-kunflitti ta' interess jistgħu jiġu evitati, fost oħrajn, permezz tas-separazzjoni funzjonali bejn l-awtorità kompetenti u l-iżviluppatur. F'każijiet fejn l-awtorità kompetenti hija wkoll l-iżviluppatur, l-Istati Membri għandhom tal-anqas iwettqu, fl-ambitu tal-organizzazzjoni tagħhom tal-kompetenzi amministrattivi, separazzjoni xierqa bejn il-funzjonijiet kunfliġġenti ta' dawk l-awtoritajiet li jwettqu kompiti li jirriżultaw mid-Direttiva 2011/92/UE. |
(26) |
Sabiex l-awtorità kompetenti tkun tista' tiddetermina jekk il-proġetti elenkati fl-Anness II tad-Direttiva 2011/92/UE, il-modifiki jew l-estensjonijiet tagħhom, għandhomx ikunu soġġetti għal valutazzjoni tal-impatt fuq l-ambjent (proċedura ta' “screening”), it-tagħrif li l-iżviluppatur huwa marbut li jipprovdi għandu jiġi speċifikat, b'mod li jiffoka fuq l-aspetti ewlenin li huma meħtieġa biex l-awtorità kompetenti tasal għad-determinazzjoni tagħha. Dak li jkun ġie determinat għandu jsir disponibbli għall-pubbliku. |
(27) |
Il-proċedura ta' “screening” għandha tiżgura li valutazzjoni tal-impatt fuq l-ambjent tkun meħtieġa biss għall-proġetti li x'aktarx se jkollhom effetti sinifikattivi fuq l-ambjent. |
(28) |
Il-kriterji tal-għażla stabbiliti fl-Anness III tad-Direttiva 2011/92/UE, li għandhom jitqiesu mill-Istati Membri sabiex jiddeterminaw liema proġetti għandhom ikunu soġġetti għal valutazzjoni tal-impatt fuq l-ambjent abbażi tal-effetti sinifikattivi tagħhom fuq l-ambjent, għandhom jiġu adattati u ċċarati. Pereżempju, l-esperjenza wriet li proġetti li jużaw jew li jaffettwaw riżorsi prezzjużi, proġetti proposti għal postijiet sensittivi mil-lat ambjentali, jew proġetti b'effetti potenzjalment perikolużi jew irriversibbli jistgħu ta' spiss ikollhom effetti sinifikattivi fuq l-ambjent. |
(29) |
Meta jiġi determinat jekk hemmx probabbiltà li jiġu kkawżati effetti sinifikattivi fuq l-ambjent mill-proġett, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jidentifikaw l-aktar kriterji rilevanti li għandhom jitqiesu u jieħdu kont tat-tagħrif li jista' jkun disponibbli wara valutazzjonijiet oħrajn meħtieġa mil-leġislazzjoni tal-Unjoni sabiex tapplika proċedura ta' “screening” b'mod effikaċi u trasparenti. F'dan ir-rigward, huwa xieraq li jiġi speċifikat il-kontenut tad-determinazzjoni ta' “screening”, b'mod partikolari fejn ma tkun meħtieġa l-ebda valutazzjoni tal-impatt fuq l-ambjent. Barra minn hekk, it-teħid inkunsiderazzjoni tal-kummenti mhux mitluba li jistgħu jaslu minn sorsi oħra, bħall-membri tal-pubbliku jew l-awtoritajiet pubbliċi, għalkemm mhijiex meħtieġa konsultazzjoni formali, jikkostitwixxi prassi amministrattiva tajba. |
(30) |
Sabiex tittejjeb il-kwalità ta' valutazzjoni tal-impatt fuq l-ambjent, jiġu simplifikati l-proċeduri u jiġi razzjonalizzat il-proċess deċiżjonali, l-awtorità kompetenti għandha, fuq talba tal-iżviluppatur, toħroġ opinjoni dwar l-ambitu u l-livell ta' dettall tat-tagħrif ambjentali li għandha tiġi sottomessa fl-għamla ta' rapport ta' valutazzjoni tal-impatt fuq l-ambjent (“definizzjoni tal-ambitu”) |
(31) |
Ir-rapport ta' valutazzjoni tal-impatt fuq l-ambjent ta' proġett li għandu jiġi pprovdut mill-iżviluppatur ta' proġett għandu jinkludi deskrizzjoni tal-alternattivi raġonevoli eżaminati mill-iżviluppatur li huma rilevanti għal dak il-proġett, inkluż skont ma jkun xieraq, ħjiel ta' kif l-istat attwali tal-ambjent x'aktarx jevolvi jekk ma jseħħx il-proġett (xenarju bażi), bħala mezz biex tittejjeb il-kwalità tal-proċess ta' valutazzjoni tal-impatt fuq l-ambjent u biex jippermetti l-integrazzjoni ta' konsiderazzjonijiet ambjentali fi stadju bikri tat-tfassil tal-proġett. |
(32) |
Id-data u t-tagħrif inklużi mill-iżviluppatur fir-rapport ta' valutazzjoni tal-impatt fuq l-ambjent, b'konformità mal-Anness IV tad-Direttiva 2011/92/UE, għandhom ikunu kompleti u ta' kwalità għolja biżżejjed. Bil-għan li tkun evitata duplikazzjoni ta' valutazzjonijiet, ir-riżultati ta' valutazzjoni oħra taħt leġislazzjoni tal-Unjoni bħad-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15) u d-Direttiva 2009/71/Euratom, jew taħt leġislazzjoni nazzjonali, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni, fejn ikunu rilevanti jew disponibbli. |
(33) |
L-esperti involuti fil-preparazzjoni tar-rapporti ta' valutazzjoni tal-impatt fuq l-ambjent għandhom ikunu kwalifikati u kompetenti. Tinħtieġ kompetenza suffiċjenti fil-qasam rilevanti tal-proġett ikkonċernat għall-finijiet tal-eżami mill-awtoritajiet kompetenti sabiex jiġi żgurat li l-informazzjoni provduta mill-iżviluppatur tkun kompleta u ta' livell għoli ta' kwalità. |
(34) |
Bl-għan li tiġi żgurata t-trasparenza u r-responsabbiltà, l-awtorità kompetenti għandha tkun mistennija li tiġġustifika d-deċiżjoni tagħha li tagħti l-kunsens għall-iżvilupp fir-rigward ta' proġett, billi tindika li qieset ir-riżultati tal-konsultazzjonijiet imwettqa u t-tagħrif rilevanti miġbur. |
(35) |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jittwettqu miżuri li jtaffu l-impatti u miżuri li jikkumpensaw għall-impatti, u li jiġu determinati proċeduri adegwati fir-rigward tal-monitoraġġ tal-effetti sinifikattivi ħżiena fuq l-ambjent li ġejjin mill-kostruzzjoni u l-operat ta' proġett, fost oħrajn, sabiex jiġu identifikati l-effetti sinifikattivi ħżiena li ma kinux previsti ħalli tittieħed l-azzjoni korrettiva xierqa. Tali monitoraġġ ma għandux jidduplika jew iżid fuq il-monitoraġġ meħtieġ taħt leġislazzjoni oħra tal-Unjoni barra din id-Direttiva u mil-leġislazzjoni nazzjonali. |
(36) |
Sabiex jitrawwem teħid aktar effiċjenti ta' deċiżjonijiet u tiżdied iċ-ċertezza legali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-diversi stadji tal-valutazzjoni tal-impatt tal-proġetti fuq l-ambjent jitwettqu fi żmien raġonevoli, skont in-natura, il-kumplessità, il-post u d-daqs tal-proġett. Tali termini ta' żmien ma għandhomx jikkompromettu, taħt l-ebda ċirkustanza, l-ilħuq ta' istandards għoljin għall-protezzjoni tal-ambjent, partikolarment dawk li jirriżultaw minn leġislazzjoni ambjentali tal-Unjoni barra din id-Direttiva, u parteċipazzjoni pubblika u aċċess għall-ġustizzja effikaċi. |
(37) |
Sabiex titjieb l-effikaċja tal-valutazzjoni, titnaqqas il-kumplessità amministrattiva u tiżdied l-effiċjenza ekonomika, meta l-obbligu li jitwettqu valutazzjonijiet relatati ma' kwistjonijiet ambjentali joriġina simultanjament minn din id-Direttiva u u/jew d-Direttiva 92/43/KEE u/jew id-Direttiva 2009/147/KE, l-Istati Membri għandhom jiżguraw, fejn xieraq u fid-dawl tal-karatteristiċi speċifiċi ta' organizzazzjoni tagħhom, li jiġu previsti proċeduri koordinati u/jew konġunti li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' dawn id-Direttivi. Fejn l-obbligu li jitwettqu valutazzjonijiet relatati ma' kwistjonijiet ambjentali joriġina simultanjament minn din id-Direttiva u minn leġislazzjoni oħra tal-Unjoni, bħad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16), id-Direttiva 2001/42/KE, id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17), id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18), u d-Direttiva 2012/18/UE, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jipprovdu għal proċeduri koordinati u/jew konġunti li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-leġislazzjoni rilevanti tal-Unjoni. Fejn jiġu stabbiliti proċeduri koordinati jew konġunti, l-Istati Membri għandhom jaħtru awtorità responsabbli għat-twettiq tad-dmirijiet korrispondenti. B'kont meħud tal-istrutturi istituzzjonali, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jaħtru aktar minn awtorità waħda, meta jqisu li dan huwa meħtieġ. |
(38) |
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati taħt din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom ikunu liberi li jiddeċiedu t-tip u l-forma ta' dawk il-penali. Il-penali previsti għandhom ikunu effikaċi, proporzjonali u dissważivi. |
(39) |
F'konformità mal-prinċipji ta' ċertezza legali u proporzjonalità, sabiex jiġi żgurat li t-tranżizzjoni mir-reġim eżistenti stabbilit mid-Direttiva 2011/92/UE għar-reġim il-ġdid li se jirriżulta mill-emendi f'din id-Direttiva tkun kemm jista' jkun bla problemi, huwa xieraq li jiġu stabbiliti miżuri tranżizzjonali. Dawk il-miżuri għandhom jiżguraw li l-kuntest regolatorju relattiv għal valutazzjoni tal-impatt fuq l-ambjent ma jinbidilx, fir-rigward ta' żviluppatur partikolari, meta passi proċedurali jkunu diġà bdew taħt ir-reġim fis-seħħ u l-kunsens għall-iżvilupp jew deċiżjoni vinkolanti oħra neċessarja sabiex jiġu rispettati l-objettivi ta' din id-Direttiva tkun għadha ma ngħatatx għall-proġett. Għaldaqstant, id-dispożizzjonijiet relatati tad-Direttiva 2011/92/UE qabel l-emendar tagħha permezz ta' din id-Direttiva għandhom japplikaw ukoll għal proġetti li fir-rigward tagħhom inbdiet il-proċedura ta' “screening”, jew inbdiet il-proċedura ta' definizzjoni tal-ambitu (fejn id-definizzjoni tal-ambitu ntalbet mill-iżviluppatur jew inħtieġet mill-awtorità kompetenti), jew ġie preżentat ir-rapport ta' valutazzjoni tal-impatt fuq l-ambjent qabel l-iskadenza għat-traspożizzjoni. |
(40) |
F'konformità mad-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tal-Istati Membri u l-Kummissjoni tat-28 ta' Settembru 2011 dwar dokumenti ta' spjegazzjoni (19), l-Istati Membri impenjaw ruħhom li, f'każijiet iġġustifikati, jakkumpanjaw in-notifika tal-miżuri ta' traspożizzjoni tagħhom b'dokument wieħed jew aktar li jispjegaw r-relazzjoni bejn il-komponenti ta' direttiva u l-partijiet korrispondenti tal-istrumenti tat-traspożizzjoni nazzjonali. Fir-rigward ta' din id-Direttiva, il-leġislatur iqis li t-trażmissjoni ta' dokumenti bħal dawn hija ġustifikata. |
(41) |
Minħabba li l-objettiv ta' din id-Direttiva, jiġifieri li jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tal-ambjent u tas-saħħa tal-bniedem, permezz tal-istabbiliment ta' rekwiżiti minimi għall-valutazzjoni tal-impatt ta' proġetti fuq l-ambjent, ma jistax jinkiseb għalkollox mill-Istati Membri iżda jista', pjuttost, minħabba l-ambitu, is-serjetà u n-natura transkonfinali tal-kwistjonijiet ambjentali li għandhom jiġu indirizzati, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jinkiseb dak l-objettiv. |
(42) |
Id-Direttiva 2011/92/UE għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Id-Direttiva 2011/92/UE hija b'dan emendata kif ġej:
(1) |
l-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
l-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
(3) |
l-Artikolu 3 jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 3 1. Il-valutazzjoni tal-impatt fuq l-ambjent għandha tidentifika, tiddeskrivi u tistma b'mod xieraq, fid-dawl ta' kull każ individwali, l-effetti sinifikattivi, diretti u indiretti, ta' proġett fuq il-fatturi li ġejjin:
2. L-effetti msemmija fil-paragrafu 1 fuq il-fatturi msemmija fih għandhom jinkludu l-effetti previsti, li ġejjin mill-vulnerabbiltà tal-proġett għar-riskji ta' inċidenti kbar u/jew diżastri li huma rilevanti għall-proġett ikkonċernat.”; |
(4) |
l-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:
|
(5) |
fl-Artikolu 5, il-paragrafi 1 sa 3 jinbidlu b'dan li ġej: “1. Fejn tkun meħtieġa valutazzjoni tal-impatt fuq l-ambjent, l-iżviluppatur għandu jħejji u jippreżenta rapport ta' valutazzjoni tal-impatt fuq l-ambjent. It-tagħrif li għandu jiġi provdut mill-iżviluppatur għandu tal-anqas jinkludi:
Fejn tkun inħarġet opinjoni skont il-paragrafu 2, ir-rapport ta' valutazzjoni tal-impatt fuq l-ambjent għandu jkun ibbażat fuq dik l-opinjoni u jinkludi tagħrif li jista' jkun raġonevolment meħtieġ biex tintlaħaq konklużjoni motivata dwar l-effetti sinifikattivi tal-proġett fuq l-ambjent, filwaqt li jitqiesu l-għarfien u l-metodi attwali tal-valutazzjoni. L-iżviluppatur għandu, bil-ħsieb li jevita ripetizzjoni tal-valutazzjonijiet, jieħu kont tar-riżultati disponibbli ta' valutazzjonijiet rilevanti oħra taħt il-leġislazzjoni tal-Unjoni jew dik nazzjonali, fit-tħejjija tar-rapport ta' valutazzjoni tal-impatt fuq l-ambjent. 2. Fuq talba tal-iżviluppatur, l-awtorità kompetenti, filwaqt li tqis it-tagħrif provdut mill-iżviluppatur b'mod partikolari dwar il-karatteristiċi speċifiċi tal-proġett, inklużi l-post u l-kapaċità teknika tiegħu) u l-impatt li x'aktarx ikollu fuq l-ambjent, għandha tagħti opinjoni dwar l-ambitu u l-livell ta' dettall tat-tagħrif li għandu jkun inkluż mill-iżviluppatur fir-rapport ta' valutazzjoni tal-impatt fuq l-ambjent, skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. L-awtorità kompetenti għandha tikkonsulta mal-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 6(1) qabel ma tagħti l-opinjoni tagħha. L-Istati Membri jistgħu jesiġu wkoll li l-awtoritajiet kompetenti jagħtuhom opinjoni kif imsemmija fl-ewwel subparagrafu, irrispettivament minn jekk l-iżviluppatur jitlobx dan. 3. Sabiex jiġu żgurati l-kompletezza u kwalità tar-rapporti ta' valutazzjoni tal-impatt fuq l-ambjent:
|
(6) |
l-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:
|
(7) |
l-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:
|
(8) |
l-Artikolu 8 jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 8 Ir-riżultati tal-konsultazzjonijiet u tat-tagħrif miġbura skont l-Artikoli 5 sa 7 għandhom jitqiesu debitament fil-proċedura tal-kunsens għall-iżvilupp.”; |
(9) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 8a 1. Id-deċiżjoni li jingħata l-kunsens għall-iżvilupp għandha tinkorpora tal-anqas l-informazzjoni li ġejja:
2. Id-deċiżjoni ta' rifjut ta' kunsens għall-iżvilupp għandha tiddikjara r-raġunijiet ewlenin għar-rifjut. 3. Fil-każ ta' Stati Membri li jirrikorru għall-proċeduri msemmija fl-Artikolu 2(2) li mhumiex il-proċeduri għall-kunsens għall-iżvilupp, ir-rekwiżiti tal-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu, skont ma jkunu xierqa, għandhom jitqiesu li ġew sodisfatti meta kwalunkwe deċiżjoni adottata fil-kuntest ta' dawk il-proċeduri fiha l-informazzjoni msemmija f'dawk il-paragrafi u jkun hemm mekkaniżmi fis-seħħ biex ikunu sodisfatti r-rekwiżiti tal-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu. 4. B'mod konformi mar-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1(b), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-elementi tal-proġett u/jew miżuri oħra previsti sabiex jiġu evitati, impediti, imnaqqsa u, jekk possibbli, ikkontrobilanċjati l-effetti sinifikattivi ħżiena fuq l-ambjent jitwettqu mill-iżviluppatur u għandhom jiddeterminaw il-proċeduri għall-monitoraġġ ta' effetti sinifikattivi ħżiena fuq l-ambjent. It-tip ta' parametri li għandhom jiġu mmonitorjati u t-tul ta' żmien tal-monitoraġġ għandhom ikunu proporzjonati man-natura, il-post u d-daqs tal-proġett u l-importanza tal-effetti tiegħu fuq l-ambjent. L-arranġamenti eżistenti għall-monitoraġġ li jirriżultaw minn leġislazzjoni tal-Unjoni barra din id-Direttiva ul minn leġislazzjoni nazzjonali jistgħu jintużaw fejn dan ikun xieraq bil-ħsieb li tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-monitoraġġ. 5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità kompetenti tieħu kwalunkwe waħda mid-deċiżjonijiet imsemmijin fil-paragrafi 1 sa 3 ta' dan l-Artikolu f'perjodu ta' żmien raġonevoli. 6. L-awtorità kompetenti għandha tkun sodisfatta li l-konklużjoni motivata msemmija fl-Artikolu 1(2)(g)(iv), jew kull deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, tkun għadha aġġornata meta tieħu deċiżjoni li tagħti l-kunsens għall-iżvilupp. Għal tali fini, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu termini ta' żmien għall-validità tal-konklużjoni motivata msemmija fl-Artikolu 1(2)(g)(iv) jew kwalunkwe deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu.”; |
(10) |
fl-Artikolu 9, il-paragrafu 1 jinbidel b' li ġej: “1. Meta tkun ittieħdet deċiżjoni li tagħti jew tirrifjuta kunsens għall-iżvilupp, l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw fil-pront lill-pubbliku u l-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 6(1) biha, skont il-proċeduri nazzjonali, u għandhom jiżguraw li l-informazzjoni li ġejja tkun disponibbli għall-pubbliku u l-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 6(1), filwaqt li jittieħed kont, fejn xieraq, tal-każijiet imsemmija fl-Artikolu 8a(3):
|
(11) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 9a L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti jwettqu l-kompiti li jirriżultaw minn din id-Direttiva b'mod oġġettiv u ma jsibux ruħhom f'sitwazzjoni li tagħti lok għal kunflitt ta' interess. Fejn l-awtorità kompetenti hija wkoll l-iżviluppatur, l-Istati Membri għandhom tal-anqas jimplimentaw, fl-ambitu tal-organizzazzjoni tagħhom tal-kompetenzi amministrattivi, separazzjoni xierqa bejn il-funzjonijiet kunfliġġenti meta jkunu qed iwettqu l-kompiti li jirriżultaw minn din id-Direttiva.”; |
(12) |
fl-Artikolu 10, l-ewwel paragrafu jinbidel b'dan li ġej: “Bla ħsara għad-Direttiva 2003/4/KE, id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva ma għandhomx jaffettwaw l-obbligu tal-awtoritajiet kompetenti li jirrispettaw il-limitazzjonijiet imposti bil-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali u bil-prassi legali aċċettati rigward il-kunfidenzjalità kummerċjali u industrijali, inkluża l-proprjetà intellettwali, u s-salvagwardja tal-interess pubbliku.”; |
(13) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 10a L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati taħt din id-Direttiva. Il-penali previsti għandhom ikunu effikaċi, proporzjonati u dissważivi.”; |
(14) |
fl-Artikolu 12, il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej: “2. B'mod partikolari, kull sitt snin mis-16 ta' Mejju 2017 l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni, jekk tali data tkun disponibbli, dwar:
|
(15) |
l-Annessi tad-Direttiva 2011/92/UE huma emendati kif stipulat fl-Anness ta' din id-Direttiva. |
Artikolu 2
1. Bla ħsara għall-Artikolu 3, l-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sas-16 ta' Mejju 2017.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir tali referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
1. Il-proġetti li fir-rigward tagħhom id-determinazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2011/92/UE nbdiet qabel is-16 ta' Mejju 2017 għandhom ikunu soġġetti għall-obbligi msemmija fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2011/92/UE qabel l-emendar tagħha permezz ta' din id-Direttiva
2. Il-proġetti għandhom ikunu soġġetti għall-obbligi msemmija fl-Artikolu 3 u l-Artikoli 5 sa 11 tad-Direttiva 2011/92/UE qabel is-16 ta' Mejju 2017:
(a) |
tnediet il-proċedura rigward l-opinjoni msemmija fl-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2011/92/UE, jew |
(b) |
ġie provdut it-tagħrif msemmi fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2011/92/UE. |
Artikolu 4
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 5
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Strasburgu, is-16 ta' April 2014.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
M. SCHULZ
Għall-Kunsill
Il-President
D. KOURKOULAS
(1) ĠU C 133, 9.5.2013, p. 33.
(2) ĠU C 218, 30.7.2013, p. 42.
(3) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2014 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u deċiżjoni tal-Kunsill tal-14 ta' April 2014.
(4) Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar l-istima tal-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 26, 28.1.2012, p. 1).
(5) Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE tas-27 ta' Ġunju 1985 dwar l-istima tal-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 175, 5.7.1985, p. 40).
(6) Regolament (UE) Nru 347/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2013 dwar linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1364/2006/KE u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 713/2009, (KE) Nru 714/2009 u (KE) Nru 715/2009 (ĠU L 115, 25.4.2013, p. 39).
(7) Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-netwerk tat-Trasport Trans-Ewropew u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE (ĠU L 348, 20.12.2013, p. 1).
(8) Regolament (UE) Nru 1316/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 913/2010 u jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 680/2007 u (KE) Nru 67/2010 (ĠU L 348, 20.12.2013, p. 129).
(9) Deċiżjoni tal-Kunsill 93/626/KEE tal-25 ta' Ottubru 1993 dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni fuq id-Diversità Bioloġika (ĠU L 309, 13.12.1993, p. 1).
(10) Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7).
(11) Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7).
(12) Direttiva 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar l-operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore u li temenda d-Direttiva 2004/35/KE (ĠU L 178, 28.6.2013, p. 66).
(13) Direttiva 2012/18/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar il-kontroll ta' perikli ta' inċidenti kbar li jinvolvu sustanzi u taħlitiet perikolużi, li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE (ĠU L 197, 24.7.2012, p. 1).
(14) Direttiva tal-Kunsill 2009/71/Euratom tal-25 ta' Ġunju 2009 li tistabbilixxi qafas Komunitarju għas-sigurtà tal-installazzjonijiet nukleari (ĠU L 172, 2.7.2009, p. 18).
(15) Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2001 dwar l-istima tal-effetti ta' ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent (ĠU L 197, 21.7.2001, p. 30).
(16) Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).
(17) Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).
(18) Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17).
(19) ĠU C 369, 17.12.2011, p. 14.
ANNESS
(1) |
Jiddaħħal l-Anness li ġej: “ANNESS II.A IT-TAGĦRIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 4(4) (IT-TAGĦRIF LI GĦANDU JIĠI PPROVDUT MILL-IŻVILUPPATUR DWAR IL-PROĠETTI ELENKATI FL-ANNESS II)
|
(2) |
L-Annessi III u IV jinbidlu b'dan li ġej: “ANNESS III IL-KRITERJI TAL-GĦAŻLA MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 4(3) (KRITERJI LI JIDDETERMINAW JEKK IL-PROĠETTI ELENKATI FL-ANNESS II GĦANDHOMX IKUNU SOĠĠETTI GĦAL VALUTAZZJONI TAL-IMPATT FUQ L-AMBJENT) 1. Karatteristiċi tal-proġetti Il-karatteristiċi tal-proġetti għandhom jitqiesu, b'mod partikolari fir-rigward ta':
2. Il-post fejn jinsabu l-proġetti Għandha titqies is-sensittività ambjentali ta' żoni ġeografiċi li x'aktarx jiġu affettwati mill-proġetti, b'mod partikolari fir-rigward ta':
3. It-tip u l-karatteristiċi tal-impatt potenzjali L-effetti sinifikattivi li l-proġetti x'aktarx ikollhom fuq l-ambjent għandhom jitqiesu f'rabta mal-kriterji stabbiliti fil-punti 1 u 2 ta' dan l-Anness, fir-rigward tal-impatt tal-pproġett fuq il-fatturi speċifikati fl-Artikolu 3(1), filwaqt li jitqiesu:
ANNESS IV IT-TAGĦRIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 5(1) (IT-TAGĦRIF GĦAR-RAPPORT TA' VALUTAZZJONI TAL-IMPATT FUQ L-AMBJENT)
(*) Direttiva 2012/18/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar il-kontroll ta' perikli ta' inċidenti kbar li jinvolvu sustanzi u taħlitiet perikolużi, li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE (ĠU L 197, 24.7.2012, p. 1)." (**) Direttiva tal-Kunsill 2009/71/Euratom tal-25 ta' Ġunju 2009 li tistabbilixxi qafas Komunitarju għas-sigurtà tal-installazzjonijiet nukleari (ĠU L 172, 2.7.2009, p. 18).”." |