EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012R1097

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1097/2012 tat- 23 ta’ Novembru 2012 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 142/2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE dwar ċerti kampjuni u oġġetti eżentati minn eżamijiet veterinarji fuq il-fruntiera skont dik id-Direttiva fir-rigward għad-dispaċċ ta’prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati bejn l-Istati Membri Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 326, 24.11.2012, p. 3–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2012/1097/oj

24.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 326/3


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1097/2012

tat-23 ta’ Novembru 2012

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 142/2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE dwar ċerti kampjuni u oġġetti eżentati minn eżamijiet veterinarji fuq il-fruntiera skont dik id-Direttiva fir-rigward għad-dispaċċ ta’prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati bejn l-Istati Membri

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 21(5)(a), 23(3) u 48(2), tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 jistabbilixxi regoli tas-saħħa pubblika u tal-annimali għall-prodotti sekondarji tal-annimali u derivati minnhom, sabiex jiġu evitati u minimizzati r-riskji għas-saħħa pubblika u tal-animali li ġejjin minn dawn il-prodotti. Huwa jipprovdi wkoll regoli għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti sekondarji tal-annimali u ta’ prodotti derivati.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 tal-25 ta’ Frar 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE dwar ċerti kampjuni u oġġetti eżentati minn eżamijiet veterinarji fuq il-fruntiera taħt dik id-Direttiva (2), jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni għar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, inklużi regoli dwar ir-reġistrazzjoni tal-operaturi, il-kontenut ta’ dokumenti kummerċjali li jakkumpanjaw il-kunsinni ta’ prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati fil-kummerċ bejn l-Istati Membri u t-tqassim tal-formola tan-notifika li għandha tiġi pprovduta għal ċerti prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati skont l-Artikolu 48(1) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009.

(3)

F’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, l-operaturi għandhom jiżguraw li l-prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati jkunu traċċabbli fl-istadji kollha tal-katina tal-manifattura, użu u rimi, biex b’hekk ikunu evitati interruzzjonijiet bla bżonn tas-suq intern fil-każ ta’ avvenimenti li jkollhom rabta ma’ riskji attwali jew potenzjali għas-saħħa pubblika jew tal-annimali.

(4)

L-operaturi jridu jiżguraw li l-attivitajiet koperti mill-ambitu tal-leġiżlazzjoni dwar prodotti sekondarji li ġejjin mill-annimali huma reġistrati jew approvati. Madankollu, l-immaniġġjar ta’ kwantitajiet żgħar ta’ materjali tal-Kategorija 2 u 3 jistgħu jippreżentaw riskju negliġibbli jekk dawn joriġinaw minn żoni fejn l-ebda marda li tittieħed mill-bnedmin jew mill-annimali ma tkun ġiet innotifikata. L-Istati Membri għandhom għalhekk ikunu awtorizzati biex jippermettu attivitajiet partikolari mingħajr reġistrazzjoni kif ipprovdut fl-Artikolu 23 tar-Regolament Nru (KE) 1069/2009. Tali deroga għandha tkun limitata biss għal attivitajiet li jikkonċernaw il-provvista diretta tal-prodotti f’dak ir-reġjun lill-utent aħħari, fis-suq lokali jew lil stabbilimenti lokali ta’ bejgħ bl-imnut.

(5)

Kull kunsinna ta’ prodotti sekondarji tal-annimali jew prodotti derivati li jiġu nnegozjati bejn l-Istati Membri għandha tkun akkumpanjata minn dokument kummerċjali. Madankollu, huwa neċessarju li jiġu emendati u estiżi r-rekwiżiti attwali dwar id-dokument kummerċjali biex jiġi żgurat li jkun jinkludi l-informazzjoni neċessarja kollha dwar l-immaniġġar sikur, it-trattament u l-użu maħsub jew ir-rimi tal-materjal kkonċernat.

(6)

Fuq id-dokument kummerċjali l-operatur għandu jispeċifika ċerta informazzjoni fuq il-kunsinna, partikolarment il-kategorija ta’ prodotti sekondarji tal-annimali jew prodotti derivati, in-natura tal-prodott u t-tip ta’ trattament. Skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 ma hemm l-ebda ħtieġa li jinħareġ dokument kummerċjali għall-prodotti dderivati ġew iddikjarati bħala l-punt aħħari fil-katina tal-manifattura. Ir-referenza għall-istandards ta’ pproċessar fir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) ukoll jistgħu jitneħħew. L-Anness VIII tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 għandu għalhekk jiġi emendat.

(7)

Bosta prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati kif imsemmi fl-Artikolu 48 (1) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 għandhom ikunu awtorizzat minn qabel mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni malli ssir l-applikazzjoni mill-operatur. L-Anness XVI tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 jistabbilixxi format standard għall-awtorizzazzjoni biex jintbagħtu prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati għal Stat Membru ieħor. Dak il-format għandu jiġi emendat biex jinkludi informazzjoni dwar id-data tat-tmiem tal-validità tal-awtorizzazzjonijiet, il-volum jew il-massa tal-kunsinna, l-isem u l-indirizz tal-kunsinnatur, l-oriġini tal-prodotti sekondarji tal-annimali u l-post tad-destinazzjoni tal-kunsinna. L-Anness XVI tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 għandu għalhekk jiġi emendat.

(8)

Ir-Regolament (UE) Nru 142/2011 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(9)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 142/2011 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 20, il-punt (a) tal-paragrafu 4 jinbidel b’dan li ġej:

“(c)

l-operaturi li jittrasportaw suf u xagħar nexfin mhux trattati, sakemm dawn ikunu magħluqin b’mod sikur f’pakketti, u jintbagħtu direttament f’impjant li jipproduċi prodotti derivati biex jintużaw barra mill-katina tal-għalf jew f’impjant li jwettaq operazzjonijiet intermedji, b’kundizzjonijiet li jipprevjenu t-tixrid ta’ aġenti patoġeniċi;

(d)

operaturi li jużaw kwantitajiet żgħar ta’ materjali tal-Kategorija 2 u 3 msemmija fl-Artikolu 9 u 10 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 jew ta’ prodotti derivati minnhom, bil-għan ta’ forniment dirett tal-prodotti fi ħdan ir-reġjun lill-utent aħħari, fis-suq lokali jew lil stabbilimenti lokali tal-bejgħ bl-imnut, jekk l-awtorità kompetenti ma tqisx li din l-attività tippreżenta riskju ta’ tixrid ta’ xi marda serja li tittieħed mill-bnedmin jew mill-annimali; dan il-punt m’għandux japplika meta dawk il-materjali jintużaw bħala għalf għal annimali tat-trobbija għajr għal annimali tal-pil.”

(2)

L-Annessi VIII u XVI huma emendati skont it-test fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Novembru 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 54, 26.2.2011, p. 1.

(3)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.


ANNESS

L-Annessi tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 huma emendati kif ġej:

(1)

fl-Anness VIII, il-Kapitolu III, il-mudell tad-dokument kummerċjali huwa sostitwit b’dan li ġej:

Dokument kummerċjali

Għat-trasportazzjoni ta’ prodotti sekondarji tal-annimali u ta’ prodotti dderivati mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem skont ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 fl-Unjoni Ewropea

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

(2)

fl-Anness XVI, Kapitolu III, it-Taqsima 10 tinbidel b’dan li ġej:

Taqsima 10

Format standard għall-applikazzjonijiet għal ċerti awtorizzazzjonijiet fil-kummerċ fl-Unjoni

L-operaturi għandhom japplikaw lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni għall-awtorizzazzjoni biex jintbagħtu prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati kif imsemmi fl-Artikolu 48(1) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 skont il-format li ġej:

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Top