This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012R0173
Commission Implementing Regulation (EU) No 173/2012 of 29 February 2012 amending Regulation (EU) No 185/2010 as regards clarification and simplification of certain specific aviation security measures Text with EEA relevance
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 173/2012 tad- 29 ta’ Frar 2012 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 185/2010 fir-rigward ta' kjarifika u simplifikazzjoni ta' ċerti miżuri speċifiċi tas-sigurtà tal-avjazzjoni Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 173/2012 tad- 29 ta’ Frar 2012 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 185/2010 fir-rigward ta' kjarifika u simplifikazzjoni ta' ċerti miżuri speċifiċi tas-sigurtà tal-avjazzjoni Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 59, 1.3.2012, p. 1–8
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 14/11/2015; Impliċitament imħassar minn 32015R1998
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32010R0185 | TXT | anness | 21/03/2012 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Implicitly repealed by | 32015R1998 | 15/11/2015 |
1.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 59/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 173/2012
tad-29 ta’ Frar 2012
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 185/2010 fir-rigward ta' kjarifika u simplifikazzjoni ta' ċerti miżuri speċifiċi tas-sigurtà tal-avjazzjoni
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-esperjenza miksuba bl-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 185/2010 tal-4 ta’ Marzu 2010 li jistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni (2) uriet il-ħtieġa ta’ emendi żgħar fil-modalitajiet ta’ implimentazzjoni ta’ ċerti standards bażiċi komuni. |
(2) |
Dan jikkonċerna l-kjarifika jew is-simplifikazzjoni ta’ ċerti miżuri speċifiċi tas-sigurtà tal-avjazzjoni sabiex titjieb iċ-ċarezza legali, ikun hemm standardizzazzjoni tal-interpretazzjoni komuni tal-leġiżlazzjoni u sabiex tkompli tiġi żgurata l-aħjar implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni għas-sigurtà tal-avjazzjoni. |
(3) |
L-emendi jikkonċernaw l-implimentazzjoni ta’ numru limitat ta’ miżuri fir-rigward tal-kontroll fuq l-aċċess, sorveljanza u rondi, skrinjar tal-passiġġieri u bagalji tal-istiva, kontrolli tas-sigurtà għall-merkanzija, posta, provvisti għal matul it-titjira u provvisti tal-ajruport, taħriġ tal-persuni u tagħmir ta’ sigurtà. |
(4) |
Ir-Regolament (UE) Nru 185/2010 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
(5) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Sigurtà tal-Avjazzjoni Ċivili, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness għar-Regolament (UE) Nru 185/2010 huwa emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Frar 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
ANNESS
L-Anness għar-Regolament (UE) Nru 185/2010 huwa emendat kif ġej:
1. |
Il-punt 1.1.3.4 huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
2. |
Il-paragrafu li ġej jiżdied mal-punt 1.2.2.2: “Minflok, jista’ jingħata wkoll aċċess wara identifikazzjoni pożittiva permezz ta' verifika ta’ dejta bijometrika.” |
3. |
Il-paragrafu li ġej jiżdied mal-punt 1.2.2.4: “Meta tintuża identifikazzjoni bijometrika, il-verifikazzjoni għandha tiżgura li l-persuna li tkun qed tfittex aċċess għal żoni ta’ sigurtà ristretta jkollha waħda mill-awtorizzazzjonijiet elenkati fil-punt 1.2.2.2 u li din l-awtorizzazzjoni tkun valida u ma tkunx ġiet diżattivata.” |
4. |
Jiddaħħal il-punt 1.2.6.9 li ġej:
|
5. |
Dan li ġej jiżdied fl-aħħar tal-Punt 1.2.7.1 (c): “; u
|
6. |
Il-punt 1.5.2 huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
7. |
Il-punt 4.1.3.4 huwa emendat kif ġej:
|
8. |
Il-punt 5.3.3.2 huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
9. |
Il-punt 6.0.2. huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
10. |
Il-punt 6.0.3 jitħassar. |
11. |
Il-punt 6.3.2.6 huwa sostitwit b'dan li ġej:
(*) Mhux pubblikata.”" |
12. |
Il-punt 6.3.2.7. huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
13. |
Il-punt 6.6.1.1 (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
14. |
Dan li ġej huwa miżjud fl-aħħar tal-punt 6.8.2.3: “Sa Lulju 2014, id-dikjarazzjonijiet tal-istatus tas-sigurtà skont il-punt 6.3.2.6(d) għal merkanzija jew posta marbuta mal-UE jistgħu jinħarġu mill-ACC3 jew minn trasportatur tal-ajru li jasal minn pajjiż terz elenkat fl-Anness 6Fii; minn Lulju 2014 l-aġenti regolati msemmija fil-punt 6.8.3 jistgħu huma wkoll jipprovdu dikjarazzjonijiet tal-istatus tas-sigurtà f’dan ir-rigward.” |
15. |
Is-seba’ inċiż tad-DOKUMENT MEHMUŻ 6-A huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
16. |
It-tieni sentenza taħt it-titolu “Oġġetti Pprojbiti” tad-DOKUMENT MEHMUŻ 6D hija mħassra. |
17. |
Id-dokument mehmuż 6-E huwa sostitwit b'dan li ġej: “DOKUMENT MEHMUŻ 6-E DIKJARAZZJONI TAT-TRASPORTATUR Skont ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u l-atti tal-implimentazzjoni tiegħu, Waqt il-ġbir, il-ġarr, il-ħżin u t-twassil tal-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru li jkunu sarulha l-kontrolli tas-sigurtà [f’isem isem l-aġent regolat/it-trasportatur tal-ajru li japplika l-kontrolli ta' sigurtà għall-merkanzija jew għall-posta/il-kunsinnatur magħruf/il-kunsinnatur in konto], nikkonferma li se jkun hemm konformità mal-proċeduri tas-sigurtà li ġejjin:
Naċċetta responsabbiltà sħiħa għal din id-dikjarazzjoni. Isem: Kariga fil-kumpanija: Isem u indirizz tal-kumpanija: Data: Firma:” |
18. |
Il-punt 8.0.4 li ġej huwa miżjud:
|
19. |
Il-punt 8.1.4.2 huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
20. |
Il-punt 8.1.5. huwa sostitwit b'dan li ġej: “8.1.5. Il-kontrolli tas-sigurtà li għandhom jiġu applikati minn trasportatur tal-ajru, fornitur regolat u fornitur magħruf
|
21. |
Is-seba' inċiż tad-DOKUMENT MEHMUŻ 8-A huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
22. |
ID-DOKUMENT MEHMUŻ 8-B huwa sostitwit b’dan li ġej: “DOKUMENT MEHMUŻ 8-B DIKJARAZZJONI TAL-IMPENJI FORNITUR MAGĦRUF TAL-PROVVISTI GĦAL MATUL IT-TITJIRA Skont ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u l-atti tal-implimentazzjoni tiegħu, Niddikjara li,
Naċċetta responsabbiltà sħiħa għal din id-dikjarazzjoni. Ir-rappreżentant legali Isem: Data: Firma:” |
23. |
Il-punt 9.0.4 li ġej huwa miżjud:
|
24. |
Il-punt 9.1.1.1 huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
25. |
Il-punt 9.1.3.2 huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
26. |
Il-punt 9.1.4. huwa sostitwit b'dan li ġej: “9.1.4 Kontrolli tas-sigurtà li għandhom jiġu applikati minn fornitur magħruf jew minn operatur ta’ ajruport Fornitur magħruf tal-provvisti tal-ajruporti jew operatur ta’ ajruport li jwassal provvisti tal-ajruport fiż-żona ta’ sigurtà ristretta għandu:
Il-punt (e) m'għandux japplika waqt it-trasport li jsir fiż-żona tal-ajru. Jekk fornitur magħruf jagħmel użu minn kumpanija oħra għat-trasport ta' provvisti lejn l-ajruport li ma tkunx fornitur magħruf għall-operatur tal-ajruport, il-fornitur magħruf għandu jiżgura li l-kontrolli kollha ta' sigurtà msemmija f’dan il-punt jiġu mħarsa.” |
27. |
Id-dokument mehmuż 9-A huwa sostitwit b'dan li ġej: “DOKUMENT MEHMUŻ 9-A DIKJARAZZJONI TAL-IMPENJI FORNITUR MAGĦRUF TAL-PROVVISTI TAL-AJRUPORT Skont ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u l-atti tal-implimentazzjoni tiegħu, Niddikjara li,
Naċċetta responsabbiltà sħiħa għal din id-dikjarazzjoni. Ir-rappreżentant legali Isem: Data: Firma:” |
28. |
Il-punt 11.2.7 li ġej huwa miżjud: “11.2.7 Taħriġ ta’ persuni li jeħtieġu għarfien ġenerali dwar is-sigurtà It-taħriġ ta’ għarfien ġenerali dwar is-sigurtà jwassal għall-kompetenzi li ġejjin:
Kull persuna li tgħaddi minn taħriġ ġenerali ta’ għarfien dwar is-sigurtà tkun meħtieġa turi għarfien tas-suġġetti kollha msemmija f’dan il-punt qabel ma tieħu l-kariga.” |
29. |
Il-punt 11.4.2 (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
30. |
Il-punt 12.7.2.2 huwa sostitwit b'dan li ġej:
|