Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011R1134

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1134/2011 tad- 9 ta’ Novembru 2011 li jikkonċerna n-nuqqas ta’ tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva ċinidon-etil skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 292, 10.11.2011, p. 1–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2011/1134/oj

10.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 292/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1134/2011

tad-9 ta’ Novembru 2011

li jikkonċerna n-nuqqas ta’ tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva ċinidon-etil skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 20 tiegħu,

Billi:

(1)

Is-sustanza attiva ċinidon-etil kienet inkluża fl-Anness I mad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (2) għal perjodu li jiskadi fit-30 ta’ Settembru 2012.

(2)

Biex l-applikanti jkunu jistgħu jħejju l-applikazzjonijiet tagħhom u jippermettu lill-Kummissjoni tivvaluta u tiddeċiedi fuq applikazzjonijiet bħal dawn, dik l-inklużjoni ġiet estiża sal-31 ta’ Diċembru 2015 bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2010/77/UE tal-10 ta’ Novembru 2010 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward tad-dati ta’ skadenza għall-inklużjoni fl-Anness I ta’ ċerti sustanzi attivi (3).

(3)

Skont l-Artikolu 78(3) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, dik is-sustanza kienet inkluża fil-Parti A tal-Anness mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-lista ta’ sustanzi attivi approvati (4) u għandu jitqies li kien approvat skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(4)

Il-Kummissjoni madankollu ma rċeviet l-ebda applikazzjonijiet għas-sustanza attiva kkonċernata u l-perjodu taż-żmien għat-tressiq ta’ dawn l-applikazzjonijiet, kif stipulat fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1141/2010 tas-7 ta’ Diċembru 2010 li jistabbilixxi l-proċedura għat-tiġdid tal-inklużjoni tat-tieni grupp ta’ sustanzi attivi fl-Anness I għad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u li jistabbilixxi l-lista ta’ dawk is-sustanzi (5), skada.

(5)

Għaldaqstant, l-approvazzjoni ta’ dik is-sustanza attiva ma għandhiex tiġġedded u għandha titneħħa mill-Parti A tal-Anness mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, sa minn dakinhar meta l-approvazzjoni tagħha kienet tiskadi kieku ma ġietx estiża mid-Direttiva 2010/77/UE.

(6)

Dan ir-Regolament ma jippreġudikax is-sottomissjoni ta’ applikazzjoni oħra għal din is-sustanza skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(7)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Nuqqas ta’ tiġdid tal-approvazzjoni

L-approvazzjoni tas-sustanza attiva ċinidon-etil mhix imġedda.

Artikolu 2

Perjodi ta’ grazzja

Kull perjodu ta’ grazzja mogħti minn Stat Membru għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom iċ-ċinidon-etil għandu jiskadi mhux iktar tard mill-31 ta’ Marzu 2013 għall-bejgħ u t-tqassim u mhux iktar tard mill-31 ta’ Marzu 2014 għar-rimi, il-ħżin u l-użu ta’ ħażniet eżistenti.

Artikolu 3

Emendi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011

Il-Parti A tal-Anness mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 hija emendata skont l-Anness ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Novembru 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.

(3)  ĠU L 293, 11.11.2010, p. 48.

(4)  ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1.

(5)  ĠU L 322, 8.12.2010, p. 10.


ANNESS

Fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 ir-ringiela 33 tinbidel b’dan li ġej:

Numru

Isem komuni, numri ta’ identifikazzjoni

Isem IUPAC

Purità (1)

Data ta’ approvazzjoni

Skadenza tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

“33

Ċinidon-etil

Nru CAS 142891-20-1

Nru CIPAC 598

(Z)-ethil 2-kloro-3-[2-kloro-5-(ċikloess-1-en-1,2-dikarbossimido)fenil]akrilat

940  g/kg

fl-1 ta’ Ottubru 2002.

fit-30 ta’ Settembru 2012.

L-użi bħala erbiċida biss jistgħu jkunu awtorizzati.

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, il-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar iċ-ċinidon-etil, u b’mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fid-19 ta’ April 2002 għandhom jiġu kkunsidrati. F’din il-valutazzjoni ġenerali, l-Istati Membri:

għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għat-tniġġis tal-ilma tal-blat, meta s-sustanza attiva tiġi applikata f’reġjuni b’ħamrija (eż. ħamrija b’valuri newtrali jew għolja tal-pH) u/jew kundizzjonijiet klimatiċi vulnerabbli;

għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għall-protezzjoni tal-organiżmi akkwatiċi.

Il-kundizzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni għandhom jinkludu l-miżuri tat-taffija tar-riskju, fejn xieraq.”


(1)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni ta’ sustanzi attivi jinsabu fir-rapporti ta’ reviżjoni tagħhom.


Top