Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011R0630

    Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 630/2011 tal- 21 ta’ Ġunju 2011 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 7/2010 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta’ kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali

    ĠU L 170, 30.6.2011, p. 1–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2013; Imħassar b' 32013R1388

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/630/oj

    30.6.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 170/1


    REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 630/2011

    tal-21 ta’ Ġunju 2011

    li jemenda r-Regolament (UE) Nru 7/2010 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta’ kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    Sabiex ikun żgurat fornimenti suffiċjenti u bla waqfien ta’ ċerti prodotti li l-produzzjoni tagħhom mhijiex suffiċjenti fl-Unjoni u biex jiġi evitat kwalunkwe tfixkil fis-suq għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali, infetħu kwoti tariffarji awtonomi permezz tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 7/2010 (1) li fi ħdanhom il-prodotti jistgħu jiġu impurtati b’rata ta’ dazju żero jew rati mnaqqsa.

    (2)

    Il-volumi tal-kwota, li ġew stabbiliti qabel, għal kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni bin-numri tal-ordni 09.2767, 09.2813, 09.2977, 09.2628, 09.2629 u 09.2635 mhumiex biżżejjed biex jissodisfaw il-bżonnijiet tal-industrija tal-Unjoni. Konsegwentament, dawk il-volumi ta’ kwota għandhom jiżdiedu, mill-1 ta’ Lulju 2011 fil-każ ta’ kwoti tariffarji bin-numri tal-ordni 09.2767 u 09.2813, u mill-1 ta’ Jannar 2011 fil-każ ta’ kwoti tariffarji bin-numri tal-ordni 09.2977, 09.2628, 09.2629 u 09.2635.

    (3)

    Barra minn hekk, għall-kwota tariffarja awtonoma tal-Unjoni bin-numru tal-ordni 09.2631 id-deskrizzjoni tal-prodott għandha tiġi rriveduta.

    (4)

    Ma’ dan, mhuwiex aktar fl-interess tal-Unjoni li tkompli tagħti kwota tariffarja għat-tieni semestru tal-2011 fir-rigward tal-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.2947. Għalhekk, dik il-kwota għandha tingħalaq b’effett mill-1 ta’ Lulju 2011 u r-ringiela korrispondenti għandha titneħħa mill-Anness għar-Regolament (UE) Nru 7/2010.

    (5)

    Ir-Regolament (UE) Nru 7/2010 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

    (6)

    Peress li ċerti miżuri previsti f’dan ir-Regolament għandhom jieħdu effett mill-1 ta’ Jannar 2011 u oħrajn mill-1 ta’ Lulju 2011, dan ir-Regolament għandu japplika minn dawk id-dati u jidħol fis-seħħ immedjatament,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness għar-Regolament (UE) Nru 7/2010 huwa b’dan emendat kif ġej:

    (1)

    ir-ringieli għall-kwoti tariffarji bin-numru tal-ordni 09.2767, 09.2813 u 09.2631 huma sostitwiti mir-ringieli li jinsabu fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament;

    (2)

    ir-ringieli għall-kwoti tariffarji bin-numru tal-ordni 09.2977, 09.2628, 09.2629 u 09.2635 huma sostitwiti mir-ringieli li jinsabu fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament;

    (3)

    ir-ringiela għall-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.2947 titneħħa.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2011.

    Madankollu, il-punt (2) tal-Artikolu 1 għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2011.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fil-Lussemburgu, il-21 ta’ Ġunju 2011.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    FAZEKAS S.


    (1)  ĠU L 3, 7.1.2010, p. 1.


    ANNESS I

    Kwoti tariffarji msemmija fil-punt (1) tal-Artikolu 1

    Nru tal-Ordni

    Il-kodiċi tan-NM

    TARIC

    Deskrizzjoni

    Il-perjodu tal-kwota

    L-ammont tal-kwota

    Il-kwota tad-dazji (%)

    09.2767

    ex 2910 90 00

    80

    Allyl glycidyl ether

    1.1.-31.12.

    4 300  tunnellata

    0  %

    09.2813

    ex 3920 91 00

    94

    Film koestruż bi tliet saffi magħmul minn butiral tal-polivinil mingħajr faxx ta’ kulur sfumat li fih bħala kontenut bil-piż 29 % jew iżjed, iżda li ma jaqbiżx il-31 % ta’ 2,2’-ethylenedioxydiethyl bis(2-ethylhexanoate) li jintuża bħala plastifikant

    1.1.-31.12.

    3 000 000  m2

    0  %

    09.2631

    ex 9001 90 00

    80

    Lentijiet, priżmi u elementi inkullati għall-użu fil-manifattura ta’ prodotti tal-kodiċijiet NM 9002 , 9005 , 9013 10 u 9015 (1)

    1.1.-31.12.

    5 000 000  unitajiet

    0  %


    ANNESS II

    Kwoti tariffarji msemmija fil-punt (2) tal-Artikolu 1

    Nru tal-Ordni

    Il-kodiċi tan-NM

    TARIC

    Deskrizzjoni

    Il-perjodu tal-kwota

    L-ammont tal-kwota

    Il-kwota tad-dazji (%)

    09.2977

    2926 10 00

     

    Acrilonitrile

    1.1.-31.12.

    50 000 tunnellata

    0  %

    09.2628

    ex 7019 52 00

    10

    Xibka tal-ħġieġ minsuġa minn fibri tal-ħġieġ miksija bil-plastik, b’piż ta’ 120 g/m2(± 10 g/m2), tat-tip li jintuża fir-rolling insect screens bil-qafas fiss

    1.1.-31.12.

    1 900 000  m2

    0  %

    09.2629

    ex 7616 99 90

    85

    Manku teleskopiku tal-aluminju għall-użu fil-manifattura tal-bagalji (1)

    1.1.-31.12.

    600 000 unitajiet

    0  %

    09.2635

    ex 9001 10 90

    20

    Fibri ottiċi għall-manifattura tal-kejbils magħmulin mill-fibri tal-ħġieġ taħt l-intestatura 8544 (1)

    1.1.-31.12.

    3 300 000  km

    0  %


    Top