Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011R0590

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 590/2011 tal- 20 ta’ Ġunju 2011 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi minn pajjiżi terzi Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 161, 21.6.2011, p. 9–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2021; Impliċitament imħassar minn 32021R2306

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2011/590/oj

    21.6.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 161/9


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 590/2011

    tal-20 ta’ Ġunju 2011

    li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi minn pajjiżi terzi

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 33(2) u l-Artikolu 38(d) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 (2) stabbilixxa perjodu relattivament qasir biex l-entitajiet tal-kontroll u l-awtoritajiet tal-kontroll jibagħtu l-applikazzjonijiet tagħhom għal rikonoxximent bi skop ta’ konformità skont l-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 834/2007. Minħabba li ma hemm l-ebda esperjenza tal-applikazzjoni diretta tar-regoli tal-Unjoni dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi barra t-territorju tal-Unjoni, għandu jingħata iktar żmien lill-entitajiet tal-kontroll u lill-awtoritajiet tal-kontroll li jixtiequ jitolbu li jiġu inklużi fil-lista bi skop ta’ konformità.

    (2)

    F’konfromità mal-Artikolu 33(2) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007, l-Anness III għar-Regolmaent (KE) Nru 1235/2008 stabbilixxa lista ta’ pajjiżi terzi li s-sistema ta’ produzzjoni u l-miżuri ta’ kontroll tagħhom għall-produzzjoniji organika ta’ prodotti agrikoli huma rikonoxxuti bħala ekwivalenti għal dawk stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 834/2007. Fid-dawl ta’ applikazzjoni u informazzjoni ġodda li rċeviet il-Kummissjoni minn pajjiżi terzi mill-aħħar pubblikazzjoni tal-lista, għandhom jitqiesu ċerti modifikazzjonijiet u l-lista għandha tiġi adattata skont dan.

    (3)

    Ċerti prodotti agrikoli li jiġu importati mill-Kanada, bħalissa qed jiġu kkummerċjalizzati fl-Unjoni skont ir-regoli tranżizzjonali stipulati fl-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008. Il-Kanada ressqet talba lill-Kummissjoni sabiex din tinkludiha fil-lista provduta fl-Anness III għal dak ir-Regolament. Ressqet l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikoli 7 u 8 ta’ dak ir-Regolament. L-eżaminazzjoni ta’ din l-informazzjoni u d-diskussjoni ta’ wara mal-awtoritajiet Kanadiżi wasslu għall-konklużjoni li, f’dak il-pajjiż, ir-regoli li jirregolaw il-produzzjoni u l-kontrolli tal-prodotti agrikoli huma ekwivalenti għal dawk stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 834/2007. Il-Kummissjoni wettqet kontroll fuq il-post dwar ir-regoli tal-miżuri tal-produzzjoni u l-kontroll attwalment applikati fil-Kanada, kif previst fl-Artikolu 33(2) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007.

    (4)

    L-awtoritajiet Kostarikani, Indjani, Iżraeljani, Ġappuniżi u Tuneżini talbu lill-Kummissjoni biex tinkludi entitajiet ta’ kontroll ta’ ċertifikazzjoni ġodda u ppreżentaw lill-Kummissjoni l-garanziji meħtieġa li huma jissodisfaw il-prekunduzzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008.

    (5)

    It-tul ta’ żmien tal-inklużjoni tal-Kosta Rika u tan-New Zealand fil-lista pprovduta fl-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 jiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2011. Sabiex ikun evitat tfixkil fil-kummerċ, hemm ħtieġa li tittawwal l-inklużjoni tal-Kosta Rika u n-New Zealand. Fid-dawl tal-esperjenza, l-inklużjoni għandha tittawwal għal perjodu bla limitu.

    (6)

    In-New Zealand trasmettiet emendi editorjali għall-ispeċifikazzjonijiet rilevanti provduti fl-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 li jsegwi l-amalgamazzjoni ta’ dan l-aħħar tal-Ministeru tal-Agrikoltura u l-Forestrija u l-Awtorità tas-Sikurezza tal-Ikel fin-New Zealand.

    (7)

    Ir-Regolament (KE) Nru 1235/2008 għandu, għalhekk, jiġi emendat skont dan.

    (8)

    Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat regolatorju dwar il-produzzjoni organika,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nru 1235/2008 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    Fl-Artikolu 4, “31 ta’ Ottubru 2011” tinbidel bi “31 ta’ Ottubru 2014”.

    (2)

    L-Anness III huwa emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Ġunju 2011.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1.

    (2)  ĠU L 334, 12.12.2008, p. 25.


    ANNESS

    L-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    Wara t-test li jirrigwarda l-Awstralja, għandu jiddaħħal it-test li ġej:

    “IL-KANADA

    1.   Kategoriji tal-prodotti:

    (a)

    prodotti agrikoli ħajjin jew li mhumiex ipproċessati u materjal veġetattiv tal-propagazzjoni u żrieragħ għall-kultivazzjoni;

    (b)

    prodotti agrikoli pproċessati għall-użu bħala ikel;

    (ċ)

    għalf.

    2.   Oriġini: prodotti tal-kategorija 1(a) u ingredjenti mkabbrin organikament fil-prodotti tal-kategorija 1(b) li tkabbru fil-Kanada.

    3.   Standards tal-produzzjoni: Regolament tal-Prodotti Organiċi.

    4.   Awtoritajiet kompetenti: Canadian Food Inspection Agency (CFIA), www.inspection.gc.ca

    5.   Entitajiet ta’ kontroll:

    Atlantic Certified Organic Co-operative Limited (ACO), www.atlanticcertifiedorganic.ca

    British Columbia Association for Regenerative Agriculture (BCARA), www.centifiedorganic.bc.ca

    Certification Services Limited Liability Company (CCOF), www.ccof.org

    Centre for Systems Integration (CSI), www.csi-ics.com

    Consorzio per il Controllo dei Prodotti Biologici Società a responsabilità limitata (CCPB SRL), www.ccpb.it

    Control Union Certifications (CUC), www.controlunion.com

    Ecocert Kanada, www.ecocertcanada.com

    Fraser Valley Organic Producers Association (FVOPA), www.fvopa.ca

    Global Organic Alliance, www.goa-online.org

    International Certification Services Incorporated (ICS), www.ics-intl.com

    LETIS S.A., www.letis.com.ar

    Oregon Tilth Incorporated (OTCO), http://tilth.org

    Organic Certifiers, www.organiccertifiers.com

    Organic Crop Improvement Association (OCIA), www.ocia.org/

    Organic Producers Association of Manitoba Co-operative Incorporated (OPAM), www.opam-mb.com

    Pacific Agricultural Certification Society (PACS), www.pacscertifiedorganic.ca

    Pro-Cert Organic Systems Ltd. (Pro-Cert), www.ocpro.ca/

    Quality Assurance International Incorporated (QAI), www.qai-inc.com

    Quality Certification Services (QCS), www.qcsinfo.org

    Organisme de Certification Québec Vrai (OCQV), www.quebecvrai.org

    SAI Global Certification Services Limited, www.saiglobal.com

    6.   Entitajiet li joħorġu ċ-ċertifikati: bħal fil-punt 5.

    7.   Tul taż-żmien tal-inklużjoni: it-30 ta’ Ġunju 2014.”

    (2)

    Fil-punt 5 tat-test li jirrigwarda l-Kosta Rika għandu jiddaħħal dan l-inċiż li ġej:

    “—

    Mayacert, www.mayacert.com”;

    (3)

    Il-Punt 7 fit-test li jirrigwarda l-Kosta Rika għandu jinbidel b’dan li ġej:

    “7.   Tul taż-żmien tal-inklużjoni: mhux speċifikat”,

    (4)

    Fil-punt 5 tat-test li jirrigwarda l-Indja għandhom jiddaħħlu dawn l-inċiżi li ġejjin:

    “—

    Chhattisgarh Certification Society (CGCERT), www.cgcert.com

    Tamil Nadu Organic Certification Department (TNOCD), www.tnocd.net

    TUV India Pvt. Ltd., www.tuvindia.co.in/0_mngmt_sys_cert/orgcert.htm

    Intertek India Pvt. Ltd., www.intertek.com”;

    (5)

    Fil-punt 5 tat-test li jirrigwarda l-Iżrael għandu jiddaħħal dan l-inċiż li ġej:

    “—

    LAB-PATH Ltd., www.lab-path.co.il”;

    (6)

    Fil-punt 5 tat-test li jirrigwarda l-Ġappun għandhom jiddaħħlu dawn l-inċiżi li ġejjin:

    “—

    AINOU., www.ainou.or.jp/ainohtm/disclosure/nintei-kouhyou.htm

    SGS Japan Incorporation., www.jp.sgs.com/ja/home_jp_v2.htm

    Ehime Organic Agricultural Association., www12.ocn.ne.jp/~aiyuken/ninntei20110201.html

    Center for Eco-design Certification Co.,Ltd.., http://www.eco-de.co.jp/list.html

    Organic Certification Association., www.yuukinin.jimdo.com

    Japan Eco-system Farming Association., www.npo-jefa.com

    Hiroshima Environment & Health Association., www.kanhokyo.or.jp/jigyo/jigyo_05 A.html

    Assistant Center of Certification and Inspection for Sustainability., www.accis.jp;

    Organic Certification Organization Co.,Ltd., www.oco45.net”

    (7)

    Fil-punt 5 tat-test li jirrigwarda t-Tuneżija għandu jiddaħħal dan l-inċiż li ġej:

    “—

    Instituto per la certificazione etica e ambientale (ICEA), www.icea.info”;

    (8)

    Fil-punt 2 tat-test li jirrigwarda n-New Zealand, “MAF Food Official Organic Assurance Programme” jinbidel b’“MAF Official Organic Assurance Programme Technical Rules for Organic Production”

    (9)

    Il-punti minn 3 sa 7 tat-test li jirrigwarda n-New Zealand għandhom jinbidlu b’dan li ġej:

    “3.   Standards tal-produzzjoni: MAF Official Organic Assurance Programme Technical Rules for Organic Production.

    4.   Awtorità kompetenti: Ministry of Agriculture and Forestry (MAF), http://www.foodsafety.govt.nz/industry/sectors/organics/

    5.   Entitajiet ta’ kontroll:

    AsureQuality Limited, www.organiccertification.co.nz

    BioGro New Zealand, www.biogro.co.nz

    6.   Awtorità taċ-ċertifikazzjoni: Ministry of Agriculture and Forestry (MAF)

    7.   Tul taż-żmien tal-inklużjoni: mhux speċifikat”.


    Top