Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011R0542

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 542/2011 tal- 1 ta' Ġunju 2011 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-lista ta’ sustanzi attivi approvati biex tkun ikkunsidrata d-Direttiva 2011/58/UE li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex tiġġedded l-inklużjoni tal-karbendażim bħala sustanza attiva Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 153, 11.6.2011, p. 189–191 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2011/542/oj

    11.6.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 153/189


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 542/2011

    tal-1 ta' Ġunju 2011

    li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-lista ta’ sustanzi attivi approvati biex tkun ikkunsidrata d-Direttiva 2011/58/UE li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex tiġġedded l-inklużjoni tal-karbendażim bħala sustanza attiva

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b’mod parikolari l-Artikolu 78(3) tiegħu,

    Wara li kkonsultat mal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

    Billi:

    (1)

    Il-Parti A tal-Anness mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni(UE) Nru 540/2011 (2) jinkludi l-lista ta’ sustanzi attivi inkluża fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE (3).

    (2)

    L-Anness I mad-Direttiva 91/414/KE ġie emendat permezz tad-Direttiva 2011/58/KE (4).

    (3)

    Ir-Regolament (UE) Nru 540/2011 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-Parti A tal-Anness mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 għandu jiġi emendat skont l-Anness ma’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika mill-14 ta’ Ġunju 2011.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Ġunju 2011.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

    (2)  Ara paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Ufficjali.

    (3)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.

    (4)  ĠU L 122, 11.5.2011, p. 71.


    ANNESS

    Fil-Parti A tal-Anness mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 ir-ringiela 144 għandha tinbidel b'dan li ġej:

    Numru

    Isem Komuni, numri ta’ identifikazzjoni

    Isem tal-IUPAC

    Purità (1)

    Data tal-approvazzjoni

    Skadenza tal-approvazzjoni

    Dispożizzjonijiet speċifiċi

    “144

    Karbendażim

    Nru CAS 10605-21-7

    Nru CIPAC 263

    Benżimidażol-2-ilkarbamat tal-metil

    ≥ 980 g/kg

    Impuritajiet rilevanti

     

    2-ammino-3-idrossifenażin (AHP): mhux iktar minn 0.0005 g/kg

     

    2,3-dijamminofenażin (DAP): mhux iktar minn 0,003 g/kg

    l-1 ta’ Ġunju 2011

    30 ta’ Novembru 2014

    PARTI A

    Jistgħu jiġu awtorizzati biss l-użi bħala funġiċida fuq l-uċuħ tar-raba' li ġejjin:

    ċereali

    żerriegħa tar-rapa

    zokkor u pitravi tal-għalf

    qamħirrum

    b'rati li ma jaqbżux

    0,25 kg sustanza attiva għal kull ettaru għal kull applikazzjoni għaċ-ċereali u ż-żerriegħa tar-rapa;

    0,075 kg sustanza attiva għal kull ettaru għal kull applikazzjoni għaz-zokkor u l-pitravi tal-għalf

    0,1 kg sustanza attiva għal kull ettaru għal kull applikazzjoni għall-qamħirrum.

    L-użi li ġejjin ma għandhomx ikunu awtorizzati:

    applikazzjoni mill-arja;

    applikazzjonijiet minn fuq id-dahar jew bl-idejn, sew jekk minn utenti dilettanti jew inkella professjonali;

    ġardinaġġ fid-dar.

    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu applikati l-miżuri kollha xierqa għall-mitigazzjoni tar-riskji. Għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-protezzjoni ta':

    l-organiżmi akkwatiċi. Għandhom jiġu applikati miżuri ta’ mitigazzjoni biex titnaqqas l-espożizzjoni tal-ilmijiet tal-wiċċ. Dan għandu jinkludi li tinżamm distanza bejn iż-żoni trattati u l-ilmijiet tal-wiċċ biss jew flimkien mal-użu ta’ tekniki jew tagħmir biex jitnaqqas il-moviment tal-kurrent;

    ħniex u makroorganiżmi tal-ħamrija oħrajn. Il-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni għandhom jinkludu miżuri għall-mitigazzjoni tar-riskju, bħall-għażla tal-aktar taħlita xierqa ta’ numri u l-ħin ta’ meta ssir l-applikazzjoni, u, jekk ikun meħtieġ, il-livell ta’ konċentrazzjoni tas-sustanza attiva;

    għasafar (ir-riskju fit-tul). Skont ir-riżultati tal-evalwazzjoni tar-riskju għal użi speċifiċi, jistgħu jinħtieġu miżuri ta’ mitigazzjoni mmirati biex titnaqqas l-espożizzjoni;

    l-operaturi, li jeħtiġilhom jilbsu lbies protettiv adegwat, partikolarment ingwanti, coveralls, buz tal-lastku u l-protezzjoni tal-wiċċ jew in-nuċċalijiet tas-sikurezza waqt it-taħlit, it-tagħbija, l-applikazzjoni u t-tindif tat-tagħmir, sakemm l-espożizzjoni għas-sustanza attiva ma tkunx adegwatament prekluża mid-disinn u l-kostruzzjoni tat-tagħmir innifsu, jew inkella bl-immuntar ta’ komponenti protettivi speċifiċi fuq l-istess tagħmir.

    PARTI B

    Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar il-karbendażim, u partikolarment l-Appendiċijiet I u II tiegħu.

    L-Istati Membri kkonċernati għandhom jitolbu li l-applikant jipprovdi dan li ġej lill-Kummissjoni:

    sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Diċembru 2011, jagħti informazzjoni dwar ir-rilevanza tossikoloġika u ekotossikoloġika tal-impurità AEF037197;

    sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Ġunju 2012 l-eżami tal-istudji inklużi fil-lista tal-abbozz tar-rapport ta’ rivalutazzjoni tas-16 ta’ Lulju 2009 (Volum 1, Livell 4, ‘Aktar informazzjoni’, pp. 155 – 157).

    sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Ġunju 2013, jagħti informazzjoni dwar id-destin u l-imġiba (ir-rotta tad-degradazzjoni erobika fil-ħamrija) u r-riskju fit-tul għall-għasafar.”


    (1)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport ta’ reviżjoni.


    Top