This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011R0426
Commission Implementing Regulation (EU) No 426/2011 of 2 May 2011 amending Regulation (EC) No 889/2008 laying down detailed rules for the implementation of Council Regulation (EC) No 834/2007 on organic production and labelling of organic products with regard to organic production, labelling and control
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 426/2011 tat- 2 ta’ Mejju 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 889/2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi fir-rigward tal-produzzjoni, it-tikkettar u l-kontroll organiku
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 426/2011 tat- 2 ta’ Mejju 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 889/2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi fir-rigward tal-produzzjoni, it-tikkettar u l-kontroll organiku
ĠU L 113, 3.5.2011, p. 1–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2021; Impliċitament imħassar minn 32021R1165
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32008R0889 | Żieda | artikolu 92 BI | 04/05/2011 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Implicitly repealed by | 32021R1165 | 01/01/2022 |
3.5.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 113/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 426/2011
tat-2 ta’ Mejju 2011
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 889/2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi fir-rigward tal-produzzjoni, it-tikkettar u l-kontroll organiku
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 28(6) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 jistabbilixxi li l-logo tal-produzzjoni organika tal-Unjoni Ewropea (“logo organiku tal-UE”) huwa wieħed mill-indikazzjonijiet obbligatorji li għandu jintuża fir-rigward tal-ikel ippakkjat minn qabel li juri termini li jirreferu għall-metodu tal-produzzjoni organika kif imsemmi fl-Artikolu 23(1), filwaqt li l-użu tal-logo huwa fakultattiv għal dawk il-prodotti importati minn pajjiżi terzi. Il-konsumaturi għandhom jiġu assigurati li l-prodotti organiċi ġew prodotti b'konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 834/2007 u fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 889/2008 (2). Għal dik il-fini, it-traċċabbiltà ta' kull prodott li jkollu l-logo organiku tal-UE fl-istadji kollha tal-produzzjoni, il-preparazzjoni u d-distribuzzjoni hija fattur importanti. |
(2) |
Sabiex il-konsumaturi jingħataw l-opportunità li jinfurmaw lilhom infushom dwar l-operaturi u l-prodotti tagħhom li huma soġġetti għas-sistema ta' kontroll tal-biedja organika, l-Istati Membri għandhom, b'mod xieraq, jagħmlu disponibbli l-informazzjoni rilevanti dwar l-operaturi soġġetti għal din is-sistema, filwaqt li josservaw ir-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-dejta personali kif stabbilit fid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta (3). |
(3) |
Ir-Regolament (KE) Nru 889/2008 għalhekk għandu jiġi emendat skont dan. |
(4) |
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat regolatorju dwar il-produzzjoni organika, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fil-kapitolu 8 tat-Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 889/2008 għandu jiddaħħal l-Artikolu 92a li ġej:
“Artikolu 92a
Pubblikazzjoni ta’ informazzjoni
L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku, b'mod xieraq inkluż pubblikazzjoni fuq l-Internet, il-listi aġġornati msemmija fl-Artikolu 28(5) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 li fih evidenza bil-miktub aġġornata relatata ma' kull operatur, kif ipprovdut fl-Artikolu 29(1) ta' dak ir-Regolament u billi jintuża l-mudell stabbilit fl-Anness XII għal dan ir-Regolament. L-Istati Membri għandhom josservaw kif suppost ir-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-dejta personali kif stabbilit fid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*).
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Madankollu, l-Artikolu 1 għandu jibda japplika mill-1 ta' Jannar 2013.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Mejju 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1.
(2) ĠU L 250, 18.9.2008, p. 1.
(3) ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.