This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32010D0360
2010/360/: Council Decision of 24 June 2010 on the conclusion of the Agreement between the European Community and Bosnia and Herzegovina on certain aspects of air services
2010/360/: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 24 ta’ Ġunju 2010 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Bosnja-Ħerzegovina dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru
2010/360/: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 24 ta’ Ġunju 2010 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Bosnja-Ħerzegovina dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru
ĠU L 161, 29.6.2010, p. 1–1
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/360/oj
29.6.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 161/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-24 ta’ Ġunju 2010
dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Bosnja-Ħerzegovina dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru
(2010/360/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100(2), flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 218(8) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,
Billi:
(1) |
Fil-5 ta’ Ġunju 2003, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati ma’ pajjiżi terzi dwar il-bdil ta’ ċerti dispożizzjonijiet fi ftehimiet bilaterali eżistenti bi ftehim Komunitarju. |
(2) |
F’isem il-Komunità, il-Kummissjoni nnegozjat ftehim mal-Bosnja-Ħerzegovina dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ il-“Ftehim”) f’konformità mal-mekkaniżmi u d-direttivi fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati ma’ pajjiżi terzi dwar il-bdil ta’ ċerti dispożizzjonijiet fi ftehimiet bilaterali eżistenti bi ftehim Komunitarju. |
(3) |
Dan il-ftehim ġie ffirmat f’isem il-Komunità fil-5 ta’ Mejju 2006 suġġett għall-konklużjoni possibbli tiegħu f’data aktar tard, f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/426/KE (1). |
(4) |
Wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Liżbona fl-1 ta’ Diċembru 2009, l-Unjoni Ewropea għandha tagħmel notifika lill-Bosnja-Ħerzegovina fir-rigward tal-fatt li l-Unjoni Ewropea ssostitwiet u ssuċċediet lill-Komunità Ewropea. |
(5) |
Il-Ftehim għandu jiġi approvat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Bosnja-Ħerzegovina dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni (2).
Artikolu 2
Il-president tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jinnomina l-persuna li għandha s-setgħa tagħmel in-notifika prevista fl-Artikolu 8(1) tal-Ftehim u li jagħmel din in-notifika:
“Bħala konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Liżbona fl-1 ta’ Diċembru 2009, l-Unjoni Ewropea ssostitwiet u ssuċċediet lill-Komunità Ewropea u minn dik id-data teżerċita d-drittijiet u tassumi l-obbligi kollha tal-Komunità Ewropea. Għalhekk, referenzi għall-‘Komunità Ewropea’ fit-test tal-Ftehim għandhom, fejn xieraq, jinqraw bħala ‘l-Unjoni Ewropea’.”
Magħmul fil-Lussemburgu, l-24 ta’ Ġunju 2010.
Għall-Kunsill
Il-President
J. BLANCO LÓPEZ
(1) ĠU L 169, 22.6.2006, p. 47.
(2) Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Bosnja-Ħerzegovina dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru ġie ppubblikat fil-ĠU L 169, 22.6.2006, p. 48 flimkien mad-deċiżjoni dwar l-iffirmar.