This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009R1136
Commission Regulation (EC) No 1136/2009 of 25 November 2009 amending Regulation (EC) No 1126/2008 adopting certain international accounting standards in accordance with Regulation (EC) No 1606/2002 of the European Parliament and of the Council as regards International Financial Reporting Standard (IFRS) 1 (Text with EEA relevance)
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1136/2009 tal- 25 ta’ Novembru 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-Istandard Internazzjonali ta’ Rappurtar Finanzjarju (IFRS) 1 (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1136/2009 tal- 25 ta’ Novembru 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-Istandard Internazzjonali ta’ Rappurtar Finanzjarju (IFRS) 1 (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 311, 26.11.2009, p. 6–20
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 15/10/2023; Impliċitament imħassar minn 32023R1803
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32008R1126 | Emenda | anness | 29/11/2009 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Implicitly repealed by | 32023R1803 | 16/10/2023 |
26.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 311/6 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1136/2009
tal-25 ta’ Novembru 2009
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-Istandard Internazzjonali ta’ Rappurtar Finanzjarju (IFRS) 1
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Lulju 2002 dwar l-applikazzjoni ta’ standards internazzjonali tal-kontabilità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 (2) ġew adottati ċerti standards internazzjonali u interpretazzjonijiet li kienu fis-seħħ fl-15 ta’ Ottubru 2008. |
(2) |
Fis-27 ta’ Novembru 2008, il-Bord għall-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (IASB) ippubblika L-Istandard Internazzjonali ta’ Rappurtar Finanzjarju 1 Adozzjoni għall-ewwel darba tal-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtaġġ Finanzjarju, minn hawn ‘il quddiem “IFRS 1 ristrutturat”. L-IFRS 1 ristrutturat jibdel l-IFRS 1 eżistenti sabiex l-IFRS 1 isir aktar faċli biex jintuża u biex jiġi emendat fil-futur. Barra minn hekk l-IFRS 1 ristrutturat ineħħi mill-istandard xi gwidi skaduti għat-transizzjonijiet u fih xi bidliet minuri ta’ diċitura. Ir-rekwiżiti attwali ma tbiddlux. |
(3) |
Il-konsultazzjoni mal-Grupp ta’ Esperti Tekniċi (TEG) tal-Grupp Konsultattiv Ewropew għar-Rappurtar Finanzjarju (EFRAG) tikkonferma li l-IFRS 1 ristrutturat jissodisfa l-kriterji tekniċi għall-adozzjoni kif stipulat fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002. F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (KE) Nru 505/2006 tal-14 ta’ Lulju 2006 li tistabbilixxi Grupp ta’ Reviżjoni tal-Konsulenza dwar Normi [Grupp Konsultattiv dwar ir-Reviżjoni tal-Istandards] fil-qasam tal-kontabilità biex jagħti parir lill-Kummissjoni dwar l-oġġettività u n-newtralità tal-opinjonijiet tal-Grupp Konsultattiv Ewropew għall-Informazzjoni Finanzjarja [dwar ir-Rappurtar Finanzjarju] (EFRAG) (3), il-Grupp Konsultattiv dwar ir-Reviżjoni tal-Istandards qies l-opinjoni tal-EFRAG dwar l-adozzjoni u lill-Kummissjoni taha l-parir li din hija bbilanċata kif xieraq u oġġettiva. |
(4) |
Għalhekk ir-Regolament (KE) Nru 1126/2008 għandu jiġi emendat skont dan. |
(5) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Regolatorju dwar il-Kontabilità, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1126/2008, l-Istandard Internazzjonali ta’ Rappurtar Finanzjarju (IFRS) 1 Adozzjoni għall-ewwel darba tal-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju, għandu jinbidel bl-IFRS 1 Adozzjoni għall-ewwel darba tal-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (ristrutturat fl-2008) kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Kull kumpanija għandha tapplika l-IFRS 1, kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament, sa mhux aktar tard mid-data tal-bidu tal-ewwel sena finanzjarja li tibda wara l-31 ta’ Diċembru 2009.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Novembru 2009
Għall-Kummissjoni
Charlie McCREEVY
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1.
(2) ĠU L 320, 29.11.2008, p. 1.
(3) ĠU L 199, 21.7.2006, p. 33.
ANNESS
STANDARDS INTERNAZZJONALI TAL-KONTABILITÀ
IFRS 1 |
Adozzjoni għall-ewwel darba ta’ standards internazzjonali ta’ rappurtar finanzjarju |
“Riproduzzjoni permessa fiż-Żona Ekonomika Ewropea. Id-drittijiet kollha eżistenti huma riżervati barra ż-ŻEE, bl-eċċezzjoni tad-dritt ta’ kkupjar għall-użu personali jew għal skopijiet oħra ta’ kummerċ ġust. Aktar tagħrif jista’ jinkiseb mill-IASB fuq l-internet www.iasb.org”.
STANDARD INTERNAZZJONALI TAR-RAPPURTAĠĠ FINANZJARJU 1
Adozzjoni għall-ewwel darba tal-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtaġġ Finanzjarju
GĦAN
1 |
L-għan ta’ dan l-IFRS huwa li jiżgura li l-ewwel rapporti finanzjarji ta’ entità mħejjija skont l-IFRS, u r-rapporti finanzjarji interim tagħha għal parti mill-perijodu kopert f'dawk ir-rapporti finanzjarji, jkun fihom informazzjoni ta’ kwalità għolja li:
|
AMBITU
2 |
Entità għandha tapplika dan l-IFRS fil-każ ta':
|
3 |
L-ewwel rapporti finanzjarji ta’ entità mħejjija skont l-IFRS huma l-ewwel rapporti finanzjarji annwali li fihom l-entità tadotta l-IFRSs, permezz ta’ dikjarazzjoni espliċita u mingħajr ebda riżerva f'dawk ir-rapporti finanzjarji ta’ konformità mal-IFRSs. Rapporti finanzjarji skont l-IFRSs ikunu l-ewwel rapporti finanzjarji ta’ entità mħejjija skont l-IFRS jekk, pereżempju, l-entità:
|
4 |
Dan l-IFRS japplika għal meta entità tadotta għall-ewwel darba l-IFRSs. Ma japplikax meta, pereżempju, entità:
|
5 |
Dan l-IFRS ma japplikax għal bidliet fil-politiki ta’ kontabilità magħmula minn entità li diġà tapplika l-IFRSs. Dawn il-bidliet huma s-suġġett ta’:
|
RIKONOXXIMENT U KEJL
Rapport tal-pożizzjoni finanzjarja tal-bidu skont l-IFRS
6 |
Entità għandha tħejji rapport tal-pożizzjoni finanzjarja tal-bidu skont l-IFRS fid-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs. Dan huwa l-punt tat-tluq għall-kontabilità tagħha skont l-IFRSs. |
Politiki ta’ Kontabilità
7 |
Entità għandha tuża l-istess politiki ta’ kontabilità fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja tal-bidu skont l-IFRS u matul il-perijodi kollha preżentati fl-ewwel rapporti finanzjarji mħejjija skont l-IFRS. Dawk il-politiki ta’ kontabilità għandhom jikkonformaw ma’ kull IFRS li jkun fis-seħħ fit-tmiem tal-ewwel perijodu ta’ rapportaġġ tiegħu skont l-IFRS, ħlief kif speċifikat fil-paragrafi 13-19 u l-Appendiċi B-E. |
8 |
Entità m’għandhiex tapplika verżjonijiet differenti ta’ IFRSs li kienu effettivi f’dati aktar bikrin. Entità tista’ tapplika IFRS ġdid li jkun għadu mhux obbligatorju jekk dak l-IFRS ikun jippermetti applikazzjoni aktar bikrija. Eżempju: Applikazzjoni konsistenti tal-aħħar verżjoni tal-IFRSs Sfond It-tmiem tal-ewwel perijodu ta’ rapportaġġ skont l-IFRS tal-entità A huwa l-31 ta’ Diċembru 20X5. L-Entità A tiddeċiedi li f'dawk ir-rapporti finanzjarji tippreżenta informazzjoni komparattiva għal sena waħda biss (ara l-paragrafu 21). Għalhekk, id-data ta’ tranżizzjoni tagħha għall-IFRSs hija l-bidu tal-kummerċ nhar l-1 ta’ Jannar 20X4 (jew, b'mod ekwivalenti, għeluq il-kummerċ nhar il-31 ta’ Diċembru 20X3). Entità A ppreżentat rapporti finanzjarji skont il-GAAP preċedenti tagħha ta’ kull sena sa nhar il-31 ta’ Diċembru kull sena sa, u inkluż, il-31 ta’ Diċembru 20X4. Applikazzjoni tar-rekwiżiti Entità A hija mitluba li tapplika l-IFRSs effettivi għal perijodi li jispiċċaw nhar il-31 ta’ Diċembru 20X5 meta:
Jekk IFRS ġdid għadu m'huwiex obbligatorju iżda jkun permess li jiġi applikat qabel, entità A tista', iżda mhix obbligata, li tapplika dak l-IFRS fl-ewwel rapporti finanzjarji tagħha mħejjija skont l-IFRS. |
9 |
Id-dispożizzjonijiet tranżitorji f'IFRSs oħrajn japplikaw għat-tibdiliet fil-politiki ta’ kontabilità magħmulin minn entità li diġà tuża l-IFRSs; ma japplikawx għat-tranżizzjoni ta’ min jadotta l-IFRSs għall-ewwel darba ħlief kif speċifikat fl-Appendiċi B-E. |
10 |
Ħlief kif deskritt fil-paragrafi 13-19 u l-Appendiċi B-E, entità għandha, fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja tagħha tal-bidu skont l-IFRS:
|
11 |
Il-politiki ta’ kontabilità li entità tuża fir-rapport tal-pożizzjoni tagħha tal-bidu skont l-IFRS tista' tvarja minn dik li hija użat għall-istess data permezz tal-GAAP preċedenti tagħha. L-aġġustamenti li jirriżultaw jiġu minn fatti u operazzjonijiet li seħħew qabel id-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs. Għalhekk, entità għandha tirrikonoxxi dawk l-aġġustamenti direttament fil-qligħ imfaddal (jew, jekk ikun xieraq, f'xi kategorija oħra tal-ekwità) dakinhar tad-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs. |
12 |
Dan l-IFRS jistabbilixxi żewġ kategoriji ta’ eċċezzjonijiet għall-prinċipju li r-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja tal-bidu ta’ entità skont l-IFRS għandu jikkonforma ma’ kull IFRS:
|
Eċċezzjonijiet għall-applikazzjoni retroattiva ta’ IFRSs oħra
13 |
Dan l-IFRS jipprojbixxi l-applikazzjoni restrospettiva ta’ xi aspetti tal-IFRSs l-oħrajn. Dawn l-eċċezzjonijiet jinsabu fil-paragrafi 14-17 u l-Appendiċi B. |
Estimi
14 |
L-estimi ta’ entità skont l-IFRSs fid-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs għandhom ikunu konsistenti mal-estimi li jkunu saru għall-istess data skont il-GAAP preċedenti (wara li jkunu saru l-aġġustamenti meħtieġa biex jirriflettu kull differenza fil-politiki dwar il-kontabilità), sakemm ma jkunx hemm evidenza oġġettiva li dawk l-estimi kien fihom xi żball. |
15 |
Entità tista' tirċievi informazzjoni wara d-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs dwar estimi li hija kienet għamlet skont il-GAAP preċedenti. Skont il-paragrafu 14, entità għandha tittratta l-irċevuta ta’ dik l-informazzjoni bl-istess mod bħal avvenimenti li ma jeħtiġux aġġustament wara l-perijodu ta’ rapportaġġ skont l-IAS 10 Avvenimenti wara l-Perijodu ta’ Rapportaġġ. Pereżempju, nassumu li d-data ta’ tranżizzjoni ta’ entità għall-IFRSs hija l-1 ta’ Jannar 20X4 u informazzjoni ġdida fil-15 ta’ Lulju 20X4 tkun teħtieġ ir-reviżjoni ta’ stima li tkun saret b'mod konformi ma’ GAAP preċedenti fil-31 ta’ Diċembru 20X3. L-entità m’għandhiex tirrifletti dik l-informazzjoni ġdida fil-karta ta’ bilanċ ta’ ftuħ tal-IFRS tagħha (ħlief jekk l-estimi jkunu jeħtieġu aġġustament għal xi differenzi li jista' jkun hemm fil-politiki ta’ kontabilità jew jekk ikun hemm evidenza oġġettiva li l-estimi kienu żbaljati). Minflok, l-entità għandha tirrifletti dik l-informazzjoni ġdida fil-profitt jew telf (jew, jekk xieraq, fi dħul ieħor komplessiv) għas-sena li tintemm fil-31 ta’ Diċembru 20X4. |
16 |
Entità jista' jkollha l-bżonn tagħmel estimi skont l-IFRSs fid-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs li ma kinux meħtieġa f'dik id-data skont il-GAAP preċedenti. Biex tinkiseb konsistenza mal-IAS 10, dawk l-estimi skont l-IFRSs għandhom jirriflettu l-kundizzjonijiet li kienu jeżistu fid-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs. B'mod partikolari, l-estimi fid-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs ta’ prezzijiet tas-suq, rati ta’ mgħax jew ta’ rati tal-kambju għandhom jirriflettu l-kundizzjonijiet tas-suq f'dik id-data. |
17 |
Il-paragrafi 14-16 japplikaw għar-rapport tal-pożizzjoni tal-bidu mħejji skont l-IFRS. Dawn japplikaw ukoll għal perijodu komparattiv ippreżentat fl-ewwel rapporti finanzjarji ta’ entità mħejjija skont l-IFRS, f'liema każ kull referenza għad-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs għandha tkun sostitwita b'referenzi għal tmiem dak il-perijodu komparattiv. |
Eżenzjonijiet minn IFRSs oħra
18 |
Entità tista’ tagħżel li tuża waħda jew aktar mill-eżenzjonijiet li jinsabu fl-Appendiċi C-E. Entità m’għandhiex tapplika dawn l-eżenzjonijiet b’analoġija għal oġġetti oħrajn. |
19 |
Xi eżenzjonijiet fl-Appendiċi C-E jirreferu għall-valur ġust. Meta jiġu ddeterminati l-valuri ġusti skont dan l-IFRS, entità għandha tapplika d-definizzjoni tal-valur ġust fl-Appendiċi A u kwalunkwe gwida aktar speċifika f'IFRSs oħrajn fuq id-determinazzjoni tal-valuri ġusti għall-assi jew l-obbligazzjoni inkwistjoni. Dawk il-valuri ġusti għandhom jirriflettu l-kundizzjonijiet li kienu jeżistu fid-data li għaliha ġew determinati. |
PREŻENTAZZJONI U ŻVELAR
20 |
Dan l-IFRS ma jipprovdix eżenzjonijiet mir-rekwiżiti ta’ preżentazzjoni u żvelar f'IFRSs oħrajn. |
Informazzjoni Komparattiva
21 |
Sabiex jikkonformaw mal-IAS 1, l-ewwel rapporti finanzjarji ta’ entità mħejjija skont l-IFRS għandhom jinkludu ta’ mill-inqas tliet rapporti tal-pożizzjoni finanzjarja, żewġ rapporti tad-dħul komplessiv, żewġ rapporti separati tal-introjtu (jekk ippreżentati), żewġ rapporti tal-flussi ta’ flus u żewġ rapporti tal-bidliet fl-ekwità u noti relatati, inkluża informazzjoni komparattiva. |
Informazzjoni komparattiva u sommarji storiċi mhux tal-IFRS
22 |
Xi entitajiet jippreżentaw summarji storiċi ta’ informazzjoni magħżula għal perijodi ta’ qabel l-ewwel perijodu li għalih jippreżentaw l-informazzjoni komparattiva sħiħa skont l-IFRSs. Dan l-IFRS ma jeħtieġx taqsiriet bħal dawn biex ikun hemm konformità mar-rekwiżiti ta’ rikonoxximent u ta’ valutazzjoni tal-IFRSs. Barra minn dan, xi entitajiet jippreżentaw informazzjoni komparattiva skont il-GAAP preċedenti kif ukoll l-informazzjoni komparattiva mitluba mill-IAS 1. Jekk xi rapporti finanzjarji jkun fihom sommarji storiċi jew informazzjoni komparattiva taħt il-GAAP preċedenti, entità għandha:
|
Spjegazzjoni tat-tranżizzjoni għall-IFRSs
23 |
Entità għandha tispjega kif it-tranżizzjoni mill-GAAP preċedenti għall-IFRSs affettwat il-pożizzjoni finanzjarja rappurtata tagħha, ir-riżultati finanzjarji tagħha u l-flussi ta’ flus tagħha. |
Rikonċiljazzjonijiet
24 |
Biex tkun konformi mal-paragrafu 23, l-ewwel rapporti finanzjarji ta’ entità mħejjijin skont l-IFRS għandhom jinkludu:
|
25 |
Ir-rikonċiljazzjonijiet meħtieġa mill-paragrafu 24(a) u (b) għandhom jagħtu dettall suffiċjenti sabiex l-utenti jkunu jistgħu jifhmu l-aġġustamenti materjali għar-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja u r-rapport tad-dħul komplessiv. Jekk entità tkun ippreżentat rapport tal-flussi ta’ flus taħt il-GAAP preċedenti tagħha, hija għandha tispjega wkoll l-aġġustamenti materjali għar-rapport tal-flussi ta’ flus. |
26 |
Jekk entità ssir konxja ta’ xi żbalji magħmula skont il-GAAP preċedenti, ir-rikonċiljazzjonijiet mitluba mill-paragrafi 24(a) u (b) għandhom jiddistingwu l-korrezzjoni ta’ dawk l-iżbalji minn bidliet fil-politiki ta’ kontabilità. |
27 |
IAS 8 ma jittrattax dwar bidliet fil-politiki ta’ kontabilità li jseħħu meta entità tapplika l-IFRSs għall-ewwel darba. Għalhekk, ir-rekwiżiti tal-IAS 8 biex ikunu żvelati l-bidliet fil-politiki ta’ kontabilità ma japplikawx għall-ewwel rapporti finanzjarji ta’ entità mħejjija skont l-IFRS. |
28 |
Jekk entità ma kinitx ippreżentat rapporti finanzjarji għal perijodi preċedenti, l-ewwel rapporti finanzjarji tagħha skont l-IFRS għandhom jiżvelaw dak il-fatt. |
Klassifikazzjoni ta’ assi finanzjarji jew obbligazzjonijiet finanzjarji
29 |
Entità għandha permess li tikklassifika assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja rikonoxxuti qabel bħala assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf jew assi finanzjarju bħala disponibbli għall-bejgħ b’konformità mal-paragrafu D19. L-entità għandha tiżvela l-valur ġust ta’ assi finanzjarji jew obbligazzjonijiet finanzjarji kklassifikati f'kull kategorija fid-data tal-klassifikazzjoni u l-klassifikazzjoni u l-ammont miżmum fil-kotba tagħhom fir-rapporti finanzjarji ta’ qabel. |
Użu tal-valur ġust bħala l-kost preżunt
30 |
Jekk entità tuża valur ġust fil-karta tal-bilanċ tal-bidu tagħha mħejjija skont l-IFRS bħala kost preżunt ta’ xi element ta’ proprjetà, impjant u tagħmir, proprjetà ta’ investiment jew xi assi intanġibbli (ara l-paragrafi D5 u D7), l-ewwel rapporti finanzjarji ta’ entità mħejjija skont l-IFRS għandhom jiżvelaw, għal kull element f'linja tar-rapport tal-pożizzjoni finanzjara tal-bidu mħejjija skont l-IFRS:
|
L-użu ta’ kost preżunt għal investimenti f’sussidjarji, entitajiet b’kontroll konġunt u kumpaniji assoċjati
31 |
B’mod simili, jekk entità tuża kost preżunt fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja tal-bidu mħejji skont l-IFRS għal investiment f’sussidjarja, f’entità b’kontroll konġunt jew f’assoċjata fir-rapporti finanzjarji separati tagħha (ara l-paragrafu D15), l-ewwel rapporti finanzjarji separati tal-entità mħejjija skont l-IFRS għandhom jiżvelaw:
|
Rapporti finanzjarji interim
32 |
Biex tkun konformi mal-paragrafu 23, jekk entità tippreżenta rapport finanzjarju interim skont l-IAS 34 għal parti mill-perijodu kopert mill-ewwel rapporti finanzjarji tagħha mħejjija skont l-IFRS, l-entità għandha tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin minbarra r-rekwiżiti tal-IAS 34:
|
33 |
L-IAS 34 jeħtieġ għoti ta’ informazzjoni minimu, bażat fuq l-assunzjoni li l-utenti tar-rapport finanzjarju interim għandhom ukoll aċċess għall-aktar rapporti finanzjarji annwali reċenti. Iżda, l-IAS 34 jeħtieġ ukoll li entità tagħti informazzjoni fuq “kull fatt jew operazzjoni li hija materjali biex jinftiehem il-perijodu interim kurrenti”. Għalhekk, jekk min jadotta l-Istandard għall-ewwel darba ma jkunx żvela, fl-iktar rapporti finanzjarji annwali reċenti skont il-GAAP preċedenti, informazzjoni materjali biex jinftiehem il-perijodu interim kurrenti, ir-rapport finanzjarju interim tiegħu għandu jiżvela dik l-informazzjoni jew jinkludi referenza għal band'oħra għal xi dokument ippubblikat ieħor li jinkludiha. |
DATA EFFETTIVA
34 |
Entità għandha tapplika dan l-IFRS jekk l-ewwel rapporti finanzjarji tagħha skont l-IFRS ikunu għal perijodu li jibda fl-1 ta’ Lulju 2009 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. |
35 |
Entità għandha tapplika l-emendi fil-paragrafi D1(n) u D23 għal perijodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2009 jew wara. Jekk entità tapplika l-IAS 23 Kosti tas-Self (kif rivedut fl-2007) għal perijodu aktar bikri, dawk l-emendi għandhom jiġu applikati għal dak il-perijodu aktar bikri. |
36 |
IFRS 3 Kombinamenti ta’ Negozji (kif rivedut fl-2008) emenda l-paragrafi 19, C1 u C4(f) u (g). Jekk entità tapplika l-IFRS 3 (rivedut fl-2008) għal perijodu aktar bikri, l-emendi għandhom jiġu applikati wkoll għal dak il-perijodu aktar bikri. |
37 |
IAS 27 Rapporti Finanzjarji Konsolidati u Separati (kif emendat fl-2008) emenda l-paragrafi 13 u B7. Jekk entità tapplika l-IAS 27 (rivedut fl-2008) għal perijodu aktar bikri, l-emendi għandhom jiġu applikati wkoll għal dak il-perijodu aktar bikri. |
38 |
Kost ta’ Investiment f’Sussidjarja, Entità b’Kontroll Konġunt jew Assoċjata (Emendi għall-IFRS 1 u l-IAS 27), maħruġ f’Mejju 2008, żied il-paragrafi 31, D1(g), D14 u D15. Entità għandha tapplika dawk il-paragrafi għal perijodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2009 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika l-paragrafi għal perijodu aktar bikri, hija għandha tiżvela dak il-fatt. |
39 |
Il-Paragrafu B7 ġie emendat minn Titjib għall-IFRSs li nħareġ f’Mejju 2008. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perijodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2009 jew wara. Jekk entità tapplika l-IAS 27 (rivedut fl-2008) għal perijodu aktar bikri, l-emendi għandhom jiġu applikati wkoll għal dak il-perijodu aktar bikri. |
IRTIRAR TAL-IFRS 1 (MAĦRUĠ FL-2003)
40 |
Dan l-IFRS jieħu post l-IFRS 1 (maħruġ fl-2003 u emendat f’Mejju 2008). |
Appendiċi A
Termini mfissra
Din l-appendiċi huwa parti integrali mill-IFRS
data ta' tranżizzjoni għall-IFRSs |
Il-bidu tal-iktar perijodu reċenti li għalih entità tippreżenta l-informazzjoni komparattiva sħiħa taħt l-IFRSs fl-ewwel rapporti finanzjarji tagħha mħejji skont l-IFRS. |
||||||
GAAP preċedenti |
Il-bażi tal-kontabilità li min jadotta l-IFRS għall-ewwel darba kien uża eżatt qabel l-adozzjoni tal-IFRSs. |
||||||
kost preżunt |
Ammont użat bħala sostitut għall-kost jew għall-kost deprezzat f'data partikolari. Id-deprezzament jew amortizzament sussegwenti jassumi li l-entità kienet inizjalment irrikonoxxiet l-assi jew l-obbligazzjoni fid-data partikolari u li l-valur tiegħu/tagħha kien daqs il-kost preżunt. |
||||||
l-ewwel prospetti finanzjarji mħejjija skont l-IFRS |
L-ewwel rapporti finanzjarji annwali fejn entità tadotta l-Istandards Internazzjonali għar-Rappurtaġġ Finanzjarju (IFRSs), permezz ta' dikjarazzjoni espliċita u mingħajr ebda riżerva ta' konformità mal-IFRSs. |
||||||
l-ewwel perijodu tar-rappurtaġġ ta' IFRS |
L-aħħar perijodu ta’ rapportaġġ kopert mill-ewwel rapporti finanzjarji ta’ entità skont l-IFRS. |
||||||
min jadotta [l-IFRS] għall-ewwel darba |
Entità li tippreżenta l-ewwel rapporti finanzjarji tagħha skont l-IFRS. |
||||||
Rapport tal-pożizzjoni finanzjarja tal-bidu skont l-IFRS |
Ir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja ta’ entità fid-data tat-tranżizzjoni għall-IFRSs. |
||||||
Standards Internazzjonali ta' Rappurtaġġ Finanzjarju (IFRSs) |
L-Istandards u l-Interpretazzjonijiet adottati mill-Bord tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (IASB). Dawn jinkludu:
|
||||||
valur ġust |
L-ammont li għalih jista' jiġi skambjat xi assi, jew li bih tiġi ssaldata xi obbligazzjoni, bejn partijiet infurmati u disposti fi tranżazzjoni distakkata. |
Appendiċi B
Eċċezzjonijiet għall-applikazzjoni retroattiva ta’ IFRSs oħra
Dan l-appendiċi huwa parti integrali mill-IFRS
B1 |
Entità għandha tapplika dawn l-eċċezzjonijiet:
|
Irtirar tar-rikonoxximent ta’ assi u obbligazzjonijiet finanzjarji
B2 |
Ħlief kif permess mill-paragrafu B3, min jadotta l-Istandard għall-ewwel darba għandu japplika r-rekwiżiti ta’ rtirar tar-rikonoxximent fl-IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl b’mod prospettiv għal tranżazzjonijiet li jseħħu fl-1 ta’ Jannar 2004 jew wara. Fi kliem ieħor, jekk min jadotta l-Istandard għall-ewwel darba jirtira r-rikonoxximent ta’ assi finanzjarji mhux derivati jew obbligazzjonijiet finanzjarji mhux derivati taħt il-GAAP ta’ qabel bħala riżultat ta’ tranżazzjoni li seħħet qabel l-1 ta’ Jannar 2004, m’għandux jirrikonoxxi dawk l-assi u obbligazzjonijiet taħt l-IFRSs (għajr meta jikkwalifikaw għal rikonoxximent bħala riżultat ta’ tranżazzjoni jew avveniment li jseħħu wara). |
B3 |
Minkejja l-paragrafu B2, entità tista’ tapplika r-rekwiżiti ta’ rtirar tar-rikonoxximent fl-IAS 39 b’lura minn data li tintgħażel mill-entità, kemm-il darba t-tagħrif meħtieġ biex tapplika l-IAS 39 għal assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji li r-rikonoxximent tagħhom ikun ġie rtirat bħala riżultat ta’ tranżazzjonijiet li saru fil-passat ġew miksuba fiż-żmien li nbdiet il-kontabilità ta’ dawn it-tranżazzjonijiet. |
Kontabilità għall-hedging
B4 |
Kif meħtieġ mill-IAS 39, fid-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs, entità għandha:
|
B5 |
Entità m’għandhiex tirrifletti fil-karta tal-bilanċ tal-bidu tagħha mħejjija skont l-IFRS relazzjoni ta’ hedging ta’ tip li ma jikkwalifikax bħala kontabilità għall-hedging skont l-IAS 39 (pereżempju, ħafna relazzjonijiet ta’ hedging fejn l-istrument ta’ hedging huwa strument ta’ flus jew id-dritt ta’ opzjoni bil-miktub; meta l-entrata soġġetta għal hedging tkun f’pożizzjoni netta; jew meta l-hedge ikopri riskju ta’ mgħax f’investiment miżmum sal-maturità). Madankollu, jekk entità indikat pożizzjoni netta bħala oġġett soġġett għal hedging skont il-GAAP preċedenti, hija tista’ tinnomina element individwali f’dik il-pożizzjoni netta bħala oġġett soġġett għal hedging skont l-IFRSs, iżda dan ma tistax tagħmlu aktar tard minn dakinhar tad-data tat-tranżizzjoni għall-IFRSs. |
B6 |
Jekk, qabel id-data ta’ tranżizzjoni għal IFRSs, entità tkun għażlet tranżazzjoni bħala hedge iżda l-hedge ma jissodisfax il-kundizzjonijiet għal kontabilità għall-hedging fl-IAS 39 l-entità għandha tapplika l-paragrafi 91 u 101 tal-IAS 39 (kif rivedut fl-2003) sabiex twaqqaf il-kontabilità għall-hedging. Tranżazzjonijiet konklużi qabel id-data ta’ transazzjoni għal IFRSs m’għandhomx jiġu magħżula b’mod retrospettiv bħala hedges. |
Interessi bla dritt ta’ kontroll
B7 |
Min jadotta l-IFRS għall-ewwel darba għandu japplika r-rekwiżiti segwenti tal-IAS 27 (kif emendat fl-2008) b’mod prospettiv mid-data tat-tranżizzjoni għall-IFRSs:
Madankollu, jekk min jadotta l-IFRS għall-ewwel darba jagħżel li japplika l-IFRS 3 (kif rivedut fl-2008) b’lura għal kombinamenti ta’ negozji fil-passat, għandu japplika wkoll l-IAS 27 (kif emendat fl-2008) skont il-paragrafu C1 ta’ dan l-IFRS. |
Appendiċi C
Eżenzjonijiet għal kombinamenti ta’ negozju
Dan l-appendiċi huwa parti integrali mill-IFRS. Entità għandha tapplika r-rekwiżiti li ġejjin għal kombinamenti ta’ negozji li l-entità rrikonoxxiet qabel id-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs.
C1 |
Min jadotta l-IFRS għall-ewwel darba jista’ jagħżel li ma japplikax l-IFRS 3 (kif irrivedut fl-2008) b’lura għal kombinamenti ta’ negozji fil-passat (kombinamenti ta’ negozji li seħħu qabel id-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs). Madankollu, jekk min jadotta l-IFRS għall-ewwel darba jiddikjara mill-ġdid xi kombinament ta’ negozji biex tintlaħaq konformità mal-IFRS 3 (kif irrivedut fl-2008), huwa għandu jiddikjara mill-ġdid il-kombinamenti ta’ negozji kollha li jkunu seħħew wara u għandu japplika wkoll l-IAS 27 (kif emendat fl-2008) mill-istess data. Pereżempju, jekk min jadotta l-IFRS għall-ewwel darba jagħżel li jiddikjara mill-ġdid kombinament ta’ negozji li jkun seħħ fit-30 ta’ Ġunju 20X6, huwa għandu jiddikjara mill-ġdid il-kombinamenti ta’ negozji kollha li jkunu seħħu bejn it-30 ta’ Ġunju 20X6 u d-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs, u għandu japplika wkoll l-IAS 27 (emendat fl-2008) mit-30 ta’ Ġunju 20X6. |
C2 |
Entità m’għandhiex għalfejn tapplika l-IAS 21 L-Effetti ta’ Tibdil fir-Rati tal-Kambju b’lura għal aġġustamenti fil-valur ġust jew fl-avvjament li jirriżultaw f’kombinamenti ta’ negozji li jkunu seħħu qabel id-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs. Jekk l-entità ma tapplikax l-IAS 21 b’lura għal dawk l-aġġustamenti fil-valur ġust u l-avvjament, hija għandha tittrattahom bħala assi u obbligazzjonijiet tal-entità u mhux bħala assi u obbligazzjonijiet tal-entità li tkun ġiet akkwistata. Għalhekk, dawk l-avvjamenti u aġġustamenti għall-valur ġust jew huma diġà espressi fil-munita funzjonali tal-entità jew huma entrati ta’ munita barranija mhux monetarji, li huma rrappurtati billi tintuża r-rata tal-kambju applikata taħt il-GAAP preċedenti. |
C3 |
Entità tista’ tapplika l-IAS 21 b’mod retrospettiv għal aġġustamenti għall-valur ġust u avvjament li jirriżultaw f’waħda minn dawn:
|
C4 |
Jekk min jadotta l-IFRS għall-ewwel darba ma japplikax l-IFRS 3 b’mod retroattiv għal xi kombinament ta’ negozji fil-passat, dan ikollu l-konsegwenzi li ġejjin fuq dak il-kombinament ta’ negozji:
|
C5 |
L-eżenzjoni għal kombinament ta’ negozji fil-passat tapplika wkoll għal akkwiżizzjonijet fl-imghoddi ta’ kumpaniji assoċjati u ta’ interessi f’impriżi konġunti. Barra minn dan, id-data magħżula fil-paragrafu C1 tapplika wkoll għal kull akkwiżizzjoni oħra bħal din. |
(1) Tali bidliet jinkludu riklassifikazzjonijiet minn jew għal assi intanġibbli jekk l-avvjament ma kienx rikonoxxut bħala assi taħt il-GAAP preċedenti. Dan iseħħ jekk taħt il-GAAP preċedenti, l-entità (a) naqqset l-avvjament direttament mill-ekwità jew (b) ma trattatx il-kombinazzjoni ta’ negozji bħala akkwiżizzjoni.
Appendiċi D
Eżenzjonijiet minn IFRSs oħra
Dan l-appendiċi huwa parti integrali mill-IFRS
D1 |
Entità tista' tagħżel li tuża waħda jew iktar mill-eżenzjonijiet li ġejjin:
Entità m'għandiex tapplika dawn l-eżenzjonijiet b'analoġija għal elementi oħra. |
Tranżazzjonijiet ta’ pagamenti bbażati fuq l-ishma
D2 |
Min jadotta l-IFRS għall-ewwel darba huwa mħeġġeġ, iżda mhux meħtieġ, li japplika l-IFRS 2 Pagament Ibbażat fuq l-Ishma għal strumenti azzjonarji mogħtija fis-7 ta' Novembru 2002 jew qabel. Min jadotta l-IFRS għall-ewwel darba hu mħeġġeġ ukoll, iżda mhux meħtieġ, li japplika l-IFRS 2 għal strumenti azzjonarji li kienu ngħataw wara s-7 ta' Novembru 2002 u li ġew vestiti qabel l-aħħar waħda minn dawn iż-żewġ dati: (a) id-data tat-tranżizzjoni għall-IFRSs u (b) l-1 ta' Jannar 2005. Madankollu, jekk min jadotta l-IFRS għall-ewwel darba jagħżel li japplika l-IFRS 2 għal strumenti azzjonarji bħal dawn, jista' jagħmel dan biss jekk l-entità tkun żvelat pubblikament il-valur ġust ta' dawk l-istrumenti azzjonarji, stabbilit fid-data tal-kejl, kif definit fl-IFRS 2. Għall-għotjiet kollha ta’ strumenti azzjonarji li għalihom l-IFRS 2 ma ġiex applikat (eż. strumenti azzjonarji mogħtija fis-7 ta’ Novembru 2002 jew qabel), min jadotta l-IFRS għall-ewwel darba madankollu għandu jiżvela l-informazzjoni meħtieġa mill-paragrafi 44 u 45 tal-IFRS 2. Jekk min jadotta l-IFRS għall-ewwel darba jimmodifika t-termini jew il-kundizzjonijiet ta’ għotja ta’ strumenti azzjonarji li għalihom ma ġiex applikat l-IFRS2, l-entità mhijiex meħtieġa li tapplika l-paragrafi 26-29 tal-IFRS 2 jekk il-modifika seħħet qabel id-data tat-tranżizzjoni għall-IFRSs. |
D3 |
Min jadotta l-IFRS għall-ewwel darba huwa mħeġġeġ, iżda mhux meħtieġ, li japplika l-IFRS 2 għal obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet ta’ ħlas ibbażat fuq ishma li ġew imħallsa qabel id-data tat-tranżizzjoni għall-IFRSs. Min jadotta l-IFRS għall-ewwel darba huwa mħeġġeġ ukoll, iżda mhux meħtieġ, li japplika l-IFRS 2 għal obbligazzjonijiet li ġew imħallsa qabel l-1 ta’ Jannar 2005. Għal obbligazzjonijiet li għalihom jiġi applikat l-IFRS 2, min jadotta l-IFRS għall-ewwel darba mhuwiex meħtieġ li jiddikjara mill-ġdid informazzjoni komparattiva sakemm l-informazzjoni tkun relatata ma' perijodu jew ma' data qabel is-7 ta' Novembru 2002. |
Kuntratti tal-assigurazzjoni
D4 |
Min jadotta l-IFRS għall-ewwel darba jista' japplika d-dispożizzjonijiet tranżitorji fl-IFRS 4 Kuntratti tal-Assigurazzjoni. L-IFRS 4 jirristrinġi bidliet fil-politiki ta' kontabilità għal kuntratti tal-assigurazzjoni, li jinkludu bidliet magħmula minn min jadotta l-IFRS għall-ewwel darba. |
Valur ġust jew rivalutazzjoni bħala kost preżunt
D5 |
Entità tista' tagħżel li tivvaluta element ta' proprjetà, impjanti u tagħmir fid-data ta' tranżizzjoni għall-IFRSs skont il-valur ġust tagħhom u tuża dak il-valur ġust bħala l-kost preżunt tagħhom f'dik id-data. |
D6 |
Min jadotta l-IFRS għall-ewwel darba jista' jagħżel li juża rivalutazzjoni ta' element ta' proprjetà, impjanti u tagħmir magħmula skont il-GAAP preċedenti fid-data ta' tranżizzjoni għall-IFRSs jew qabel bħala l-kost preżunt fid-data tar-rivalutazzjoni, jekk ir-rivalutazzjoni kienet, fid-data tar-rivalutazzjoni, bejn wieħed u ieħor paragunabbli ma':
|
D7 |
L-għażliet fil-paragrafi D5 u D6 huma wkoll disponibbli għal:
|
D8 |
Min jadotta l-IFRS għall-ewwel darba jista' jkun stabbilixxa kost preżunt skont il-GAAP preċedenti għal xi assi u obbligazzjonijiet jew għall-assi u l-obbligazzjonijiet kollha tiegħu billi jkun ivvalutahom skont il-valur ġust tagħhom f'data waħda partikolari minħabba xi avveniment bħal privatizzazzjoni jew offerta inizjali lill-pubbliku. Min ikun għamel hekk ikun jista' juża din il-valutazzjoni tal-valur ġust ikkawżata minn xi avveniment bħala l-kost preżunt għall-IFRSs dakinhar ta' dik il-valutazzjoni. |
Kuntratti ta' Kiri
D9 |
Min jadotta l-IFRS għall-ewwel darba jista' japplika d-dispożizzjonijiet tranżitorji fl-IFRIC 4 Kif Tiddetermina jekk Arranġament fihx Kuntratt ta' Kera. Għalhekk, min jadotta l-Istandard għall-ewwel darba jista' jiddetermina jekk arranġament eżistenti fid-data tat-tranżizzjoni għall-IFRSs fihx kuntratt ta' kera fuq il-bażi tal-fatti u ċirkustanzi eżistenti f'dik id-data. |
Benefiċċji tal-Impjegati
D10 |
Skont l-IAS 19 Benefiċċji tal-Impjegati, entità tista' tagħżel li tuża metodu ta' “kurutur” li ma jirrikonoxxix xi qligħ u telf attwarju. L-applikazzjoni retroattiva ta' dan il-metodu teħtieġ li entità taqsam il-qligħ u t-telf kumulattiv attwarju tagħha mill-bidu nett tal-pjan sad-data ta' tranżizzjoni għall-IFRSs f'porzjon rikonoxxut u porzjon mhux rikonoxxut. Madankollu, min jadotta l-IFRS għall-ewwel darba jista’ jagħżel li jirrikonoxxi l-qligħ u t-telf attwarju kumulattiv kollu fid-data tat-tranżizzjoni għall-IFRSs, anki jekk juża l-metodu ta’ kurutur għal qligħ u telf attwarjali li jseħħ wara. Jekk minn jadotta l-IFRS għall-ewwel darba jagħmel din l-għażla, għandu japplikah għall-pjani kollha. |
D11 |
Entità tista' tiżvela l-ammonti meħtieġa mill-paragrafu 120A(p) tal-IAS 19 minħabba li l-ammonti huma ddeterminati għal kull perijodu ta' kontabilità b'mod prospettiv mid-data tat-tranżizzjoni għall-IFRSs. |
Differenzi kumulattivi fil-qlib
D12 |
L-IAS 21 jeħtieġ li entità:
|
D13 |
Madankollu, min jadotta l-IFRS għall-ewwel darba m’għandux għalfejn jikkonforma ma’ dawn ir-rekwiżiti għal differenzi kumulattivi fil-qlib li kienu jeżistu fid-data tat-tranżizzjoni għall-IFRSs. Jekk min jadotta l-IFRS għall-ewwel darba juża din l-eżenzjoni:
|
Investimenti f’sussidjarji, entitajiet b’kontroll konġunt u kumpaniji assoċjati
D14 |
Meta entità tħejji rapporti finanzjarji separati, l-IAS 27 (kif emendat fl-2008) jeħtieġ li hija tkun responsabbli għall-investimenti tagħha f’sussidjarji, f’entitajiet b’kontroll konġunt u f’kumpaniji assoċjati jew:
|
D15 |
Jekk min jadotta l-IFRS għall-ewwel darba jivvaluta tali investiment skont il-kost b’mod konformi mal-paragrafu D14, huwa għandu jivvaluta dak l-investiment fir-rapport separat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-bidu mħejji skont l-IFRS b’wieħed mill-ammonti li ġejjin:
|
Assi u obbligazzjonijiet ta' kumpaniji sussidjarji, kumpaniji assoċjati u impriżi konġunti
D16 |
Jekk xi kumpanija sussidjarja tadotta l-IFRS għall-ewwel darba aktar tard mill-kumpanija prinċipali tagħha, il-kumpanija sussidjarja għandha, fir-rapporti finanzjarji tagħha, tivvaluta l-assi u l-obbligazzjonijiet tagħha bħala jew:
|
D17 |
Iżda, jekk entità tadotta l-IFRS għall-ewwel darba aktar tard mill-kumpanija sussidjarja (jew kumpanija assoċjata jew impriża konġunta) tagħha l-istess entità għandha, fir-rapporti finanzjarji konsolidati tagħha, tivvaluta l-assi u l-obbligazzjonijiet tal-kumpanija sussidjarja (jew kumpanija assoċjata jew impriża konġunta) fl-istess ammonti miżmuma fil-kotba fir-rapporti finanzjarji tal-kumpanija sussidjarja (jew kumpanija assoċjata jew impriża konġunta), wara li jsiru l-aġġustamenti għall-konsolidazzjoni u aġġustamenti fil-kontijiet tal-ekwità u għall-effetti tal-kombinament ta' negozji li fiha l-entità tkun akkwistat il-kumpanija sussidjarja. Bl-istess mod, jekk kumpanija prinċipali tadotta l-IFRS għall-ewwel darba għar-rapporti finanzjarji separati tagħha qabel jew wara ma' tagħmel hekk għar-rapporti finanzjarji konsolidati tagħha, din għandha tivvaluta l-assi u l-obbligazzjonijiet tagħha fl-istess ammonti fiż-żewġ rapporti finanzjarji, ħlief fil-każ ta' aġġustamenti meħtieġa minħabba l-konsolidazzjoni. |
Strumenti finanzjarji komposti
D18 |
L-IAS 32 Strumenti Finanzjarji: Preżentazzjoni jeħtieġ li entità taqsam strument finanzjarju kompost mill-bidunett f'komponenti separati ta’ obbligazzjoni u ekwità. Jekk il-komponent ta’ obbligazzjoni m'għadux iktar pendenti, l-applikazzjoni retrospettiva tal-IAS 32 tinvolvi s-separazzjoni f'żewġ porzjonijiet tal-ekwità. L-ewwel porzjon jikkonsisti fi qligħ imfaddal u jirrappreżenta l-interess kumulattiv li jkun akkumula fuq il-komponent ta’ obbligazzjoni. Il-porzjon l-ieħor jirrappreżenta l-komponent oriġinali tal-ekwità. Madankollu, skont dan l-IFRS, min jadotta l-IFRS għall-ewwel darba m'għandux għalfejn jissepara dawn iż-żewġ porzjonijiet jekk il-komponent tal-obbligazzjoni m’għadux iktar pendenti fid-data tat-tranżizzjoni għall-IFRSs. |
Klassifikazzjoni ta' strumenti finanzjarji rikonoxxuti qabel
D19 |
L-IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl jippermetti li assi finanzjarju jkun ikklassifikat fir-rikonoxximent inizjali bħala disponibbli għall-bejgħ jew strument finanzjarju (kemm-il darba jissodisfa ċerti kriterji) li jkun ikklassifikat bħala assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja fil-valur ġust permezz ta' profitt jew telf. Minkejja dan ir-rekwiżit, fiċ-ċirkustanzi li ġejjin japplikaw eċċezzjonijiet:
|
Il-kejl tal-valur ġust tal-assi finanzjarji jew tal-obbligazzjonijiet finanzjarji fir-rikonoxximent inizjali
D20 |
Minkejja r-rekwiżiti tal-paragrafi 7 u 9, entità tista' tapplika r-rekwiżiti fl-aħħar sentenza tal-paragrafu tal-IAS 39 il-paragrafu AG76, u l-paragrafu AG76A, f'wieħed mill-modi li ġejjin:
|
Obbligazzjonijiet ta’ dekummissjonament inklużi fil-kost ta’ proprjetà, impjanti u tagħmir
D21 |
IFRIC 1 Bidliet f’obbligazzjonijiet eżistenti ta’ dekumissjonament, restawr u obbligazzjonijiet simili jeħtieġ bidliet speċifiċi fid-dekumissjonament, restawr u obbligazzjonijiet simili li għandhom jiżdiedu jew jitnaqqsu mill-kost ta’ assi li huma relatati miegħu; l-ammont deprezzabbli aġġustat tal-assi mbagħad jiġi deprezzat prospettivament matul il-bqija taż-żmien ta’ utilità tiegħu. Min jadotta l-IFRS għall-ewwel darba m’għandux għalfejn jikkonforma ma’ dawn ir-rekwiżiti għal bidliet f’tali obbligazzjonijiet li seħħu qabel id-data tat-tranżizzjoni għall-IFRSs. Jekk min jadotta l-IFRS għall-ewwel darba juża din l-eżenzjoni, huwa għandu:
|
Assi finanzjarji jew assi intanġibbli kontabilizzati skont l-IFRIC 12
D22 |
Min jadotta l-IFRS għall-ewwel darba jista’ japplika d-dispożizzjonijiet tranżitorji fl-IFRIC 12. |
Kosti tas-self
D23 |
Min jadotta l-IFRS għall-ewwel darba jista’ japplika d-dispożizzjonijiet tranżitorji li jinsabu fil-paragrafi 27 u 28 tal-IAS 23, kif riveduti fl-2007. F’dawk il-paragrafi r-referenzi għad-data effettiva għandhom jiġu interpretati bħala l-1 ta’ Lulju 2009 jew id-data tat-tranżizzjoni għall-IFRSs, skont liema tiġi l-aħħar. |
Appendiċi E
Eżenzjonijiet għal żmien qasir mill-IFRSs
Din l-appendiċi hija parti integrali mill-IFRS
[Appendiċi rriżervata għal eżenzjonijiet għal żmien qasir li jistgħu jingħataw fil-futur]