This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008R0598
Commission Regulation (EC) No 598/2008 of 24 June 2008 amending Regulation (EC) No 589/2008 laying down detailed rules for implementing Council Regulation (EC) No 1234/2007 as regards the marketing standards of eggs
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 598/2008 ta’ l- 24 ta’ Ġunju 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 589/2008 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f’dak li għandu x’jaqsam ma' l-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni tal-bajd
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 598/2008 ta’ l- 24 ta’ Ġunju 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 589/2008 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f’dak li għandu x’jaqsam ma' l-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni tal-bajd
ĠU L 164, 25.6.2008, p. 14–15
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 27/11/2023; Impliċitament imħassar minn 32023R2465
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32008R0589 | Sostituzzjoni parzjali | artikolu 11 | 01/07/2008 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Implicitly repealed by | 32023R2465 | 28/11/2023 |
25.6.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 164/14 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 598/2008
ta’ l-24 ta’ Ġunju 2008
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 589/2008 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f’dak li għandu x’jaqsam ma' l-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni tal-bajd
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 121(d) flimkien ma’ l-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
(1) |
Wara li ġew issimplifikati l-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni tal-bajd, l-Istati Membri għandhom jagħtu eżenzjonijiet mir-rekwiżit ta' l-immarkar fuq talba ta' l-operaturi biss. Madanakollu, sabiex l-amministrazzjonijiet ta' l-Istati Membri jkunu jistgħu jimplimentaw ir-regoli l-ġodda, ġie stabbilit perjodu transitorju raġonevoli ta’ sena, mill-1 ta’ Lulju 2007 sat-30 ta’ Ġunju 2008, fl-Artikolu 11(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 557/2007 tat-23 ta’ Mejju 2007 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1028/2006 dwar standards għall-kummerċjalizzazzjoni tal-bajd (2), f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-immarkar tal-bajd li jkun prodott fil-Komunità jew f’pajjiżi terzi għall-ipproċessar. |
(2) |
Mill-1 ta’ Lulju 2008, il-bajd prodott fil-Komunità għall-ipproċessar jista’ jingħata eżenzjoni mir-rekwiżit ta' l-immarkar mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri. Miżuri simili ma ġewx previsti għall-prodott importat minn pajjiżi terzi. F’konformità mal-prinċipju tat-Trattament Nazzjonali, stabbilit fl-Artikolu 2.1 tal-Ftehim dwar l-Ostakoli Tekniċi għall-Kummerċ, dawn l-eżenzjonijiet possibbli mill-immarkar għandhom japplikaw ukoll għall-prodott importat minn pajjiżi terzi mingħajr ebda diskriminazzjoni. |
(3) |
Meta tingħata din it-tip ta’ eżenzjoni mill-immarkar, għandhom jiġu stabbiliti regoli sabiex jiġi vverifikat il-post tal-wasla finali reali ta’ dan it-tip ta’ bajd għall-industrija ta’ l-ikel li ma jkunx immarkat. |
(4) |
Ir-Regolament (KE) Nru 589/2008 għandu għalhekk jiġi emendat kif xieraq. |
(5) |
Sabiex il-bajd prodott fil-Komunità ma jiġix ittrattat b'mod differenti mill-bajd impurtat wara li jintemm il-perjodu transitorju, dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta' Lulju 2008. |
(6) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 589/2008 huwa mibdul b'dan li ġej:
“Artikolu 11
L-immarkar tal-bajd li jitwassal direttament lill-industrija ta’ l-ikel
1. Ħlief fejn hemm dispożizzjoni mod ieħor fil-leġislazzjoni sanitarja, l-Istati Membri jistgħu jagħtu eżenzjonijiet lill-operaturi mill-obbligi ta' l-immarkar li dwarhom hemm dispożizzjoni fl-Anness XIV, A, III, (1) u fl-Anness XIV, A, IV (3) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, fuq talba tagħhom stess, f’każ li l-bajd jitwassal direttament mill-post tal-produzzjoni għal għand l-industrija ta’ l-ikel.
2. Fil-każijiet imsemmija fl-ewwel paragrafu:
(a) |
L-Istati Membri fejn ikun stabbilit il-post tal-produzzjoni għandhom jinfurmaw b’mod xieraq lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri kkonċernati dwar l-għotja tad-deroga dwar l-immarkar qabel ma titwettaq kwalunkwe kunsinna; |
(b) |
meta d-deroga tkun tikkonċerna fornitur stabbilit f’pajjiż terz, il-bajd għandu jitwassal lill-industrija bil-kundizzjoni li l-post tal-wasla finali tiegħu għall-ipproċessar jiġi vverifikat mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru li jkun qed jagħti l-eżenzjoni; |
(ċ) |
il-kunsinna għandha tkun parti mir-responsabbiltà sħiħa ta' l-operatur ta' l-industrija ta' l-ikel, li jaċċetta li juża l-bajd biss għall-ipproċessar kif xieraq.” |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Għandu jibda japplika mill-1 ta' Lulju 2008.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 24 ta’ Ġunju 2008.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2008 (ĠU L 149, 7.6.2008, p. 61).
(2) ĠU L 132, 24.5.2007, p. 5. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1336/2007 (ĠU L 298, 16.11.2007, p. 3). Ir-Regolament (KE) Nru 557/2007 ser jiġi sostitwit bir-Regolament (KE) Nru 589/2008 (ĠU L 163, 24.6.2008, p. 6) mill-1 ta’ Lulju 2008.