This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007R1236
Commission Regulation (EC) No 1236/2007 of 22 October 2007 amending Regulation (EC) No 1974/2006 for the purposes of implementing Council Regulation No 378/2007 on voluntary modulation
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1236/2007 tat- 22 ta’ Ottubru 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1974/2006 għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 378/2007 dwar modulazzjoni fakultattiva
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1236/2007 tat- 22 ta’ Ottubru 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1974/2006 għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 378/2007 dwar modulazzjoni fakultattiva
ĠU L 280, 24.10.2007, p. 3–4
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2013; Imħassar b' 32014R0807
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repeal | 32004R1655 | ||||
Modifies | 32006R1974 | Emenda | anness 2 | 27/10/2007 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repealed by | 32014R0807 |
24.10.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 280/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1236/2007
tat-22 ta’ Ottubru 2007
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1974/2006 għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 378/2007 dwar modulazzjoni fakultattiva
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 ta’ l-20 ta’ Settembru 2005 dwar is-sostenn għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (EAFRD) (1), u notevolment l-Artikolu 91 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KEE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 (2), u notevolment l-Artikolu 155 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 378/2007 tas-27 ta’ Marzu 2007 li jiffissa r-regoli applikabbli għall-modulazzjoni fakultattiva tal-pagamenti diretti previsti mir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1290/2005 (3), u notevolment l-Artikolu 6(b) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 378/2007 jipprevedi li l-Istati Membri li fihom tiġi applikata, mad-dħul fis-seħħ tiegħu, is-sistema ta’ tnaqqis addizzjonali fil-pagamenti diretti msemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1655/2004 tat-22 ta’ Settembru 2004 li jistabbilixxi r-regoli applikabbli għat-transizzjoni bejn is-sistema ta’ modulazzjoni fakultattiva stabbilita bl-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1259/1999 u s-sistema ta’ modulazzjoni obbligatorja stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 (4), jew li ġew eżentati, bis-saħħa ta’ l-Artikolu 70(4)(a), tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, mill-obbligu ta’ kofinanzjament għal sostenn Komunitarju, jistgħu japplikaw, matul il-perjodu 2007-2012, tnaqqis, imsejjaħ “modulazzjoni fakultattiva”, fl-ammonti kollha li għandhom x’jaqsmu mal-pagamenti diretti skond l-Artikolu 2(d) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 mogħtija fit-territorju għal sena kalendarja partikulari skond l-Artikolu 2(e), tar-Regolament insemmi. |
(2) |
L-ammonti netti li jirriżultaw mill-modulazzjoni fakultattiva jitpoġġew għad-dispożizzjoni, fl-Istat Membru fejn kienu ġġenerati, bħala sostenn Komunitarju għall-miżuri li jaqgħu taħt il-programmazzjoni ta’ l-iżvilupp rurali u huma, għalhekk, allokati għall-finanzjament tal-programmi ta’ żvilupp rurali b’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 u mar-Regolmenti ta’ implimentazzjoni tiegħu, notevolment ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1974/2006 tal-15 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-modalitajiet ta’ implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 dwar is-sostenn għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (EAFRD) (5). |
(3) |
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1974/2006, li b’konformità miegħu l-kontenut tal-programmi ta’ żvilupp rurali msemmija fl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 hu stabbilit, għandu fil-parti A, il-punt 6, pjan ta’ finanzjament li jinkludi żewġ tabelli li għandhom jiġu emendati biex jippermettu lill-Istati Membri li japplikaw il-modulazzjoni fakultattiva li jinkludu fiha l-indikazzjoni ta’ l-ammonti relattivi. |
(4) |
Is-sistema li tikkonċerna l-modulazzjoni fakultattiva introdotta mir-Regolament (KE) Nru 378/2007 tieħu post ir-regoli stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1655/2004, li għandhom konsegwentement jiġu abrogati. |
(5) |
Madankollu, hu meħtieġ li jibqa’ jiġi żgurat l-użu ta’ l-ammonti miżmuma b’konformità mas-sistema ta’ modulazzjoni fakultattiva stabbilita qabel bl-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1259/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 li jistabbilixxi regoli komuni għall-iskemi ta’ appoġġ dirett skond il-politika agrikola komuni (6). |
(6) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament jikkonformaw ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ l-Iżvilupp Rurali, mal-Kumitat ta’ l-Immaniġġjar tal-Pagamenti Diretti u mal-Kumitat tal-Fondi Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1974/2006, il-parti A hu emendat kif ġej:
(1) |
It-tabella li tidher fil-punt 6.1 qed tinbidel bit-tabella li tidher fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
(2) |
In-nota f’qiegħ il-paġna li tikkorrispondi mat-titlu tat-tabella li tidher fil-punt 6.2 qed tinbidel bit-test li ġej:
|
Artikolu 2
Ir-regolament (KE) Nru 1655/2004 hu abrogat.
Madankollu, l-Istati Membri għandhom ikomplu japplikaw l-Artikoli 3, 4 u 5 tar-Regolament (KE) 1655/2004 għall-użu ta’ l-ammonti miżmuma b’konformità ma’ l-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1655/2004 u ma’ l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1259/1999.
Artikolu 3
Din ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 22 ta’ Ottubru 2007.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 277, 21.10.2005, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2012/2006 (ĠU L 384, 29.12.2006, p. 8).
(2) ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 552/2007 (ĠU L 131, 23.5.2007, p. 10).
(4) ĠU L 298, 23.9.2004, p. 3.
(5) ĠU L 368, 23.12.2006, p. 15. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 434/2007 (ĠU L 104, 21.4.2007, p. 8).
(6) ĠU L 160, 26.6.1999, p. 113. Ir-Regolament abrogat mir-Regolament (KE) Nru 1782/2003.
ANNESS
“6.1. Il-kontribuzzjoni annwali ta’ l-EAFRD (f’euro)
Sena |
2007 |
2008 |
2009 |
2010 |
2011 |
2012 |
2013 |
EAFRD |
|
|
|
|
|
|
|
Reġjuni ta’ konverġenza (*) |
|
|
|
|
|
|
|
Ammonti li jirriżultaw mill-modulazzjoni fakultattiva (**) |
|
|
|
|
|
|
|
(*) Għall-Istati Membri li jinkludu reġjuni ta’ koverġenza u reġjuni oħrajn.
(**) Għall-Istati Membri li japplikaw modulazzjoni fakultattiva skond ir-Regolament (KE) Nru 378/2007.”