This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32006E0123
Council Joint Action 2006/123/CFSP of 20 February 2006 extending and amending the mandate of the European Union Special Representative in the former Yugoslav Republic of Macedonia
Azzjoni konġunta tal-Kunsill 2006/123/PESK ta' l- 20 ta' Frar 2006 li testendi u temenda l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali ta' l-Unjoni Ewropea fir-Repubblika ex -Jugoslava tal-Maċedonja
Azzjoni konġunta tal-Kunsill 2006/123/PESK ta' l- 20 ta' Frar 2006 li testendi u temenda l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali ta' l-Unjoni Ewropea fir-Repubblika ex -Jugoslava tal-Maċedonja
ĠU L 49, 21.2.2006, p. 20–20
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO)
ĠU L 270M, 29.9.2006, p. 239–239
(MT)
No longer in force, Date of end of validity: 31/08/2010
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32005E0724 | Emenda | artikolu 3 | 20/02/2006 | |
Modifies | 32005E0724 | Sostituzzjoni | artikolu 9 | 20/02/2006 | |
Extended validity | 32005E0724 | Validità estiża | 28/02/2007 |
29.9.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
239 |
AZZJONI KONĠUNTA TAL-KUNSILL 2006/123/PESK
ta' l-20 ta' Frar 2006
li testendi u temenda l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali ta' l-Unjoni Ewropea fir-Repubblika ex-Jugoslava tal-Maċedonja
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 14, 18(5) u 23(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Fis-17 ta' Ottubru 2005, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2005/724/PESK (1) li taħtar ir-Rappreżentant Speċjali ta' l-Unjoni Ewropea (EUSR) f'dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (fYROM). |
(2) |
Fl-24 ta' Novembru 2005, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2005/826/PESK (2) dwar it-twaqqif ta' Grupp ta' Konsulenza tal-Pulizija ta' l-UE (EUPAT) fil-fYROM li jispeċifika rwol speċifiku ta' l-EUSR fil-linja ta' kmand. |
(3) |
Abbażi ta' reviżjoni ta' l-Azzjoni Konġunta 2005/724/PESK, il-mandat ta' l-EUSR għandu jiġi emendat u estiż b'perjodu ta' 12-il xahar, |
ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:
Artikolu 1
Il-mandat tas-Sur Erwan FOUÉRÉ bħala l-EUSR fir-Repubblika ex-Jugoslava tal-Maċedonja, kif stabbilit fl-Azzjoni Konġunta 2005/724/PESK, huwa b'dan estiż sat-28 ta' Frar 2007.
Artikolu 2
1. L-ammont finanzjarju ta' referenza maħsub sabiex ikopri n-nefqa relatata mal-mandat ta' l-EUSR fil-perjodu mill-1 ta' Marzu 2006 sat-28 ta' Frar 2007 għandu jkun ta' EUR 675 000.
2. Id-data meta tkun tista' tibda titwettaq in-nefqa għandha tkun l-1 ta' Marzu 2006.
Artikolu 3
L-Azzjoni Konġunta 2005/724/PESK hija b'dan emendata kif ġej:
1) |
Fl-Artikolu 3, is-subparagrafi (e) u (f) għandhom jiġu sostitwiti b'dan li ġej:
; |
2) |
L-Artikolu 9 għandu jaqra kif ġej: “Artikolu 9 L-implementazzjoni ta' din l-Azzjoni Konġunta u l-koerenza tagħha ma' kontributi oħrajn mill-Unjoni Ewropea lir-reġjun għandhom jiġu riveduti regolarment. L-EUSR għandu jippreżenta lis-Segretarju-Ġenerali/Rappreżentant Għoli (SĠ/RGħ), lill-Kunsill u lill-Kummissjoni rapport ta' progress qabel l-aħħar ta' Ġunju 2006 u rapport komprensiv dwar l-implementazzjoni tal-mandat sa nofs Novembru 2006. Dawn ir-rapporti għandhom jiffurmaw bażi għal valutazzjoni ta' din l-Azzjoni Konġunta fil-Gruppi ta' Ħidma rilevanti u mill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PSC). Fil-kuntest tal-prijoritajiet ġenerali għall-insedjament, ir-SĠ/RGħ għandu jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-PSC fir-rigward tad-deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-tiġdid, l-emendament jew it-terminazzjoni tal-mandat.” . |
Artikolu 4
Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fid-data ta' l-adozzjoni tagħha.
Artikolu 5
Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, nhar l-20 ta' Frar 2006.
Għall-Kunsill
Il-President
J. PRÖLL
(1) ĠU L 272, 18.10.2005, p. 26.
(2) ĠU L 307, 25.11.2005, p. 61.