This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32005D0690
2005/690/EC: Council Decision of 18 July 2005 on the conclusion of the Euro-Mediterranean Agreement establishing an Association between the European Community and its Member States, of the one part, and the People’s Democratic Republic of Algeria, of the other part
Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 18 ta’ Ġunju 2005 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika Alġerina Demokratika u tal-Poplu, min-naħa l-oħra
Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 18 ta’ Ġunju 2005 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika Alġerina Demokratika u tal-Poplu, min-naħa l-oħra
ĠU L 173M, 27.6.2006, p. 1–1
(MT) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO, HR)
ĠU L 265, 10.10.2005, p. 1–1
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/690/oj
Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 18 ta’ Ġunju 2005 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika Alġerina Demokratika u tal-Poplu, min-naħa l-oħra
Official Journal L 265 , 10/10/2005 P. 0001 - 0001
Official Journal L 173 , 27/06/2006 P. 0001 - 0001
Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 18 ta’ Ġunju 2005 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika Alġerina Demokratika u tal-Poplu, min-naħa l-oħra (2005/690/KE) IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 310 tiegħu, flimkien mat-tieni sentenza ta’ l-Artikolu 300 (2), l-ewwel sub-paragrafu, u l-Artikolu 300 (3), it-tieni sub-paragrafu, tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew [1], Billi: (1) Il-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika Alġerina Demokratika u tal-Poplu, min-naħa l-oħra, ġie ffirmat f’isem il-Komunità Ewropea, f’Valenzja fit- 22 ta’ April 2002, taħt riżerva ta’ konklużjoni eventwali f’data aktar tard. (2) L-imsemmi Ftehim għandu jiġi approvat, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 1. Il-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika Alġerina Demokratika u tal-Poplu, min-naħa l-oħra, l-annessi u l-protokolli mehmuża, kif ukoll id-dikjarazzjonijiet komuni u dawk tal-Komunità Ewropea mehmuża ma’ l-att finali huma approvati f’isem il-Komunità Ewropea. 2. It-testi msemmija fil-paragrafu 1 huma mehmuża ma’ din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 1. Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata mill-Komunità fi ħdan il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni u l-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni hija ddefinita mill-Kunsill, fuq proposta tal-Kummissjoni, jew, jekk ikun il-każ, mill-Kummissjoni, f’konformità mad-disposizzonijiet rilevanti tat-Trattati. 2. F’konformità ma’ l-Artikolu 93 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni Ewro-Mediterranju, il-President tal-Kunsill jippresjedi l-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni. Rappreżentant tal-Kummissjoni jippresjedi l-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni, skond ir-regoli ta’ proċedura tiegħu. 3. Id-deċiżjoni li jiġu pubblikati d-deċiżjonijiet tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni u tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej tittieħed każ b’każ mill-Kunsill u mill-Kummissjoni rispettivament. Artikolu 3 Il-President tal-Kunsill huwa awtorizzat jaħtar il-persuna/i bis-setgħa li jiddepożitaw, f’isem il-Komunità Ewropea, l-att ta’ notifika previst fl-Artikolu 110 tal-Ftehim. Magħmula fi Brussel, 18 ta’ Ġunju 2005. Għall-Kunsill Il-President J. Straw [1] ĠU C 279 E, 20.11.2003, p. 115. --------------------------------------------------