Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R2182

Ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2182/2003 tal-Kunsill tat-8 ta' Diċembru 2003 li jaġġusta b'effett mill-1 ta' Jannar 2004 ir-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet ta' l-uffiċjali u l-aġenti l-oħra tal-Komunitajiet Ewropei u l-ippeżar li japplika għalihom,.

ĠU L 327, 16.12.2003, p. 3–7 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/2182/oj

32003R2182



Official Journal L 327 , 16/12/2003 P. 0003 - 0007


Ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2182/2003 tal-Kunsill

tat-8 ta' Diċembru 2003

li jaġġusta b'effett mill-1 ta' Jannar 2004 ir-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet ta' l-uffiċjali u l-aġenti l-oħra tal-Komunitajiet Ewropei u l-ippeżar li japplika għalihom,.

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej, u partikolarment l-Artikolu 13 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolamenti tal-Persunal għall-uffiċjali u l-kondizzjonijiet ta' l-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej stabbiliti mir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 [1], kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2265/2002 [2], u partikolarment l-Artikoli 63, 64, 65, u 82 tar-Regolamenti tal-Persunal, u l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 20 u l-Artikolu 64 tal-Kondizzjonijiet ta' l-impieg,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Billi:

(1) Skond il-ftehim politiku milħuq fil-Kunsill fid-29 ta' Settembru 2003, l-aġġustament annwali tar-rimunerazzjonijiet tas-sena 2003 ibbażat fuq il-metodu kurrenti għandu, b'eċċezzjoni, jidħol fis-seħħ mill-1 ta' Jannar 2004. Il-Kummissjoni għaldaqstant abbozzat proposta għal Regolament li jestendi l-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal sat-30 ta' Ġunju 2004.

(2) Reviżjoni tar-rimunerazzjoni ta' uffiċjali u ta' l-aġenti l-oħra mwettqa abbażi ta' rapport mill-Kummissjoni wera li r-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet ta' l-uffiċjali u ta' l-aġenti l-oħra tal-Komunitajiet għandhom jiġu aġġustati fir-reviżjoni annwali ta' l-2003.

(3) L-aġġustament annwali għas-sena 2004 jista' jinvolvi l-istabbiliment qabel il-31 ta' Diċembru 2004 ta' ppeżar ġdid b'effett retroattiv mill-1 ta' Lulju 2004.

(4) Dan l-ippeżar ġdid jista' jwassal għal aġġustamenti retroattivi fir-rimunerazzjonijiet u fil-pensjonijiet (pożittivi jew negattivi) għall-perjodu ta' l-2004 li għalih diġà saru l-pagamenti abbażi ta' dan ir-Regolament.

(5) Għalhekk għandha ssir disposizzjoni għal ħlas ta' arretrati f'każ ta' aġġustament 'il fuq b'riżultat ta' dan ippeżar jew għall-irkuprar ta' somom li ġew imħallsa żejda f'każ ta' aġġustament 'l isfel għall-perjodu bejn id-data effettiva u d-data tad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-aġġustament annwali għas-sena 2004.

(6) Għandha ssir disposizzjoni sabiex l-effetti ta' dan l-irkuprar jitferrxu fuq perjodu ta' mhux aktar minn 12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-aġġustament annwali għas-sena 2004.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

B'effett mill-1 ta' Jannar 2004:

(a) it-tabella tas-salarji bażiċi fix-xahar fl-Artikolu 66 tar-Regolamenti tal-Persunal għandha tkun sostitwita b'dan li ġej:

"Grad | Livell |

1 | 2 | 3 | 4 | 5 | 6 | 7 | 8 |

A 1 | 12717,09 | 13392,63 | 14068,17 | 14743,71 | 15419,25 | 16094,79 | | |

A 2 | 11285,38 | 11930,01 | 12574,64 | 13219,27 | 13863,90 | 14508,53 | | |

A 3/LA 3 | 9346,34 | 9910,20 | 10474,06 | 11037,92 | 11601,78 | 12165,64 | 12729,50 | 13293,36 |

A 4/LA 4 | 7851,92 | 8292,03 | 8732,14 | 9172,25 | 9612,36 | 10052,47 | 10492,58 | 10932,69 |

A 5/LA 5 | 6473,51 | 6857,02 | 7240,53 | 7624,04 | 8007,55 | 8391,06 | 8774,57 | 9158,08 |

A 6/LA 6 | 5594,32 | 5899,56 | 6204,80 | 6510,04 | 6815,28 | 7120,52 | 7425,76 | 7731,00 |

A 7/LA 7 | 4815,59 | 5055,21 | 5294,83 | 5534,45 | 5774,07 | 6013,69 | | |

A 8/LA 8 | 4258,95 | 4430,71 | | | | | | |

B 1 | 5594,32 | 5899,56 | 6204,80 | 6510,04 | 6815,28 | 7120,52 | 7425,76 | 7731,00 |

B 2 | 4847,05 | 5074,29 | 5301,53 | 5528,77 | 5756,01 | 5983,25 | 6210,49 | 6437,73 |

B 3 | 4065,67 | 4254,62 | 4443,57 | 4632,52 | 4821,47 | 5010,42 | 5199,37 | 5388,32 |

B 4 | 3516,44 | 3680,31 | 3844,18 | 4008,05 | 4171,92 | 4335,79 | 4499,66 | 4663,53 |

B 5 | 3143,24 | 3275,85 | 3408,46 | 3541,07 | | | | |

C 1 | 3586,63 | 3731,26 | 3875,89 | 4020,52 | 4165,15 | 4309,78 | 4454,41 | 4599,04 |

C 2 | 3119,61 | 3252,15 | 3384,69 | 3517,23 | 3649,77 | 3782,31 | 3914,85 | 4047,39 |

C 3 | 2910,01 | 3023,56 | 3137,11 | 3250,66 | 3364,21 | 3477,76 | 3591,31 | 3704,86 |

C 4 | 2629,42 | 2735,93 | 2842,44 | 2948,95 | 3055,46 | 3161,97 | 3268,48 | 3374,99 |

C 5 | 2424,48 | 2523,83 | 2623,18 | 2722,53 | | | | |

D 1 | 2740,03 | 2859,83 | 2979,63 | 3099,43 | 3219,23 | 3339,03 | 3458,83 | 3578,63 |

D 2 | 2498,38 | 2604,79 | 2711,20 | 2817,61 | 2924,02 | 3030,43 | 3136,84 | 3243,25 |

D 3 | 2325,33 | 2424,85 | 2524,37 | 2623,89 | 2723,41 | 2822,93 | 2922,45 | 3021,97 |

D 4 | 2192,47 | 2282,38 | 2372,29 | 2462,20" | | | | |

(b) - EUR 186,14 għandha tkun sostitwita b'EUR 192,47 fl-Artikolu 1(1) ta' l-Anness VII mar-Regolamenti tal-Persunal,

- EUR 239,71 għandha tkun sostitwita b'EUR 247,86 fl-Artikolu 2(1) ta' l-Anness VII mar-Regolamenti tal-Persunal,

- EUR 428,22 għandha tkun sostitwita b'EUR 442,78 fit-tieni sentenza ta' l-Artikolu 69 tar-Regolamenti tal-Persunal u fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 4(1) ta' l-Anness VII tiegħu,

- EUR 214,22 għandha tkun sostitwita b'EUR 221,50 fl-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 3 ta' l-Anness VII mar-Regolamenti tal-Persunal.

Artikolu 2

B'effett mill-1 ta' Jannar 2004, it-tabella ta' salarji bażiċi fix-xahar fl-Artikolu 63 tal-Kondizzjonijiet ta' l-impieg applikabbli għall-aġenti l-oħra għandha tkun sostitwita b'dan li ġej:

"Kategorija | Grupp | Livell |

1 | 2 | 3 | 4 |

A | I | 5970,70 | 6710,28 | 7449,86 | 8189,44 |

II | 4333,44 | 4755,70 | 5177,96 | 5600,22 |

III | 3641,57 | 3803,78 | 3965,99 | 4128,20 |

B | IV | 3498,21 | 3840,67 | 4183,13 | 4525,59 |

V | 2747,79 | 2928,92 | 3110,05 | 3291,18 |

C | VI | 2613,34 | 2767,19 | 2921,04 | 3074,89 |

VII | 2339,03 | 2418,62 | 2498,21 | 2577,80 |

D | VIII | 2114,12 | 2238,63 | 2363,14 | 2487,65 |

IX | 2035,98 | 2064,34 | 2092,70 | 2121,06" |

Artikolu 3

B'effett mill-1 ta' Jannar 2004 l-allowance fissa msemmija fl-Artikolu 4a ta' l-Anness VII mar-Regolamenti tal-Persunal għandha tkun:

- EUR 115,51 fix-xahar għall-uffiċjali fi gradi C4 jew C5,

- EUR 177,10 fix-xahar għall-uffiċjali fi gradi C1, C2 jew C3.

Artikolu 4

Pensjonijiet li jkun hemm intitolament għalihom sa l-1 ta' Jannar 2004 għandhom jiġu kkalkolati minn dik id-data skond it-tabella tas-salarji bażici ta' kull xahar kif stabbilita fl-Artikolu 66 tar-Regolamenti tal-Persunal, u kif emendata bl-Artikolu 1(a) ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 5

B'effett mill-1 ta' Jannar 2004, id-data l-"1 ta' Lulju 2002" fit-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 63 tar-Regolamenti tal-Persunal għandha tinbidel u ssir l-"1 ta' Lulju 2003".

Artikolu 6

1. B'effett mis-16 ta' Mejju 2003, l-ippeżar applikabbli għar-rimunerazzjoni ta' l-uffiċjali u l-aġenti l-oħra li huma mpjegati fil-pajjiżi u l-postijiet imsemmija hawn taħt, għandu jkunu kif ġej:

- xejn.

2. B'effett mill-1 ta' Jannar 2004, l-ippeżar applikabbli għar-rimunerazzjoni ta' l-uffiċjali u l-aġenti l-oħra li huma mpjegati fil-pajjiżi u l-postijiet imsemmija hawn taħt, għandu jkun kif ġej:

Il-Belġju | 100,0 |

Id-Danimarka | 135,7 |

Il-Ġermanja | 101,7 |

bl-eċċezzjoni ta': | Bonn | 95,7 |

Karlsruhe | 95,0 |

Munich | 107,3 |

Il-Greċja | 91,4 |

Spanja | 98,5 |

Franza | 119,1 |

L-Irlanda | 123,3 |

L-Italja | 106,9 |

bl-eċċezzjoni ta': | Varese | 98,2 |

Il-Lussemburgu | 100,0 |

L-Olanda | 115,1 |

L-Awstrija | 107,0 |

Il-Portugall | 90,6 |

Il-Finlandja | 120,6 |

l-Iżvezja | 116,7 |

Ir-Renju Unit | 139,6 |

bl-eċċezzjoni ta': | Culham | 111,5 |

3. L-ippeżar applikabbli għall-pensjonijiet għandu jiġi ddeterminat skond l-Artikolu 82(1) tar-Regolamenti tal-Persunal. L-Artikoli minn 3 sa 10 tar-Regolament tal-Kunsill (KEFA, KEE, Euratom) Nru 2175/88 tat-18 ta' Lulju 1988 li jistabbilixxi l-ippeżar applikabbli f'pajjiżi terzi [3] għandhom jibqgħu fis-seħħ.

4. Dan l-ippeżar jista' jiġi aġġustat b'Regolament tal-Kunsill qabel il-31 ta'Diċembru 2004 li jistabbilixxi ppeżar ġdid b'effett mill-1 ta' Lulju 2004. F'dan il-każ l-istituzzjonijiet għandhom jagħmlu l-aġġustamenti meħtieġa, kemm pożittivi kif ukoll negattivi, fir-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet ta' l-uffiċjali tal-lum, tal-persuni li kienu uffiċjali u persuni oħra konċernati, b'effett retroattiv għall-perjodu bejn id-data effettiva u d-data tad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni dwar l-aġġustment ta' l-2004.

Jekk dan l-aġġustment retroattiv jitlob li jinġabru lura xi flus li tħallsu żejda, dan l-irkuprar jista' jkun mifrux fuq perjodu ta' mhux aktar minn 12-il xahar mid data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni dwar l-aġġustament annwali tas-sena 2004.

Artikolu 7

B'effett mill-1 ta' Jannar 2004, it-tabella fl-Artikolu 10(1) ta' l-Anness VII mar-Regolamenti tal-Persunal għandha tinbidel u ssir kif ġej:

| "Intitolat għall- allowance tal-familja | mhux intitolat għall-allowance tal-familja |

mill-1 sal-15-il ġurnata | mis-16-il ġurnata 'l quddiem | mill-1 sal-15-il ġurnata | mis-16-il ġurnata 'l quddiem |

| | | EUR kull ġurnata kalendarja |

A 1 to A 3; LA 3 | 75,09 | 35,38 | 51,54 | 29,61 |

A 4 to A 8; LA 4 to LA 8 u kategorija B | 72,86 | 32,99 | 49,45 | 25,81 |

Gradi oħra | 66,10 | 30,78 | 42,55 | 21,28" |

Artikolu 8

B'effett mill-1 ta' Jannar 2004, l-allowances għal xogħol bix-xift kif stabbiliti fl-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KEFA, KEE, Euratom) Nru 300/76 [4] għandhom ikunu ta' EUR 334,82, EUR 505,36, EUR 552,55 u EUR 753,31.

Artikolu 9

B'effett mill-1 ta' Jannar 2004, l-ammonti fl-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 260/68 [5] għandhom ikunu suġġetti għall-ippeżar ta' 4,833264.

Artikolu 10

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, it-8 ta'Diċembru 2003.

F'isem il-Kunsill

Il-President

F. Frattini

[1] ĠU L 56, ta' l-4.3.1968, pġ. 1.

[2] ĠU L 347, 20.12.2002, pġ. 1.

[3] Ir-Regolament tal-Kunsill (KEFA, KEE, Euratom) Nru 300/76 tad-9 ta’ Frar 1976 jistbbilixxi l-kategoriji ta’ l-uffiċjali li huma ntitolati għall-allowances għal xogħol bix-xift, u r-rati u l-kondizzjonijiet tagħhom (ĠU L 38, 13.2.1976, pġ. 1). Dar-Regolament kellu żieda f’Regolament (Euratom, KEFA, KEE) Nru 1307/87 (ĠU L 124, 13.5.1987, pġ. 6) u kien emendat l-aħħar darba bir-Regolament (KE, KEFA, Euratom) Nru 2461/98 (ĠU L 307, tas-17.11.1998, pġ. 5).

[4] Ir-Regolament tal-Kunsill (KEFA, KEE, Euratom) Nru 300/76 tad-9 ta' Frar 1976 jistbbilixxi l-kategoriji ta' l-uffiċjali li huma ntitolati għall-allowances għal xogħol bix-xift, u r-rati u l-kondizzjonijiet tagħhom (ĠU L 38, 13.2.1976, pġ. 1). Dar-Regolament kellu żieda f'Regolament (Euratom, KEFA, KEE) Nru 1307/87 (ĠU L 124, 13.5.1987, pġ. 6) u kien emendat l-aħħar darba bir-Regolament (KE, KEFA, Euratom) Nru 2461/98 (ĠU L 307, tas-17.11.1998, pġ. 5).

[5] Ir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 260/68 tal-Kunsill tad-29 ta Frar 1968 li jippreskrivi l-kondizzjonijiet u l-proċedura sabiex tiġi applikata t-taxxa għall-benefiċċju tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 56, ta' l-4.3.1968, pġ. 8). Ir-Regolament kif ġie emendat l-aħħar darba bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1750/2002 (ĠU L 264, tat-2.10.2002, pġ. 15).

--------------------------------------------------

Top