This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32003L0072
Council Directive 2003/72/EC of 22 July 2003 supplementing the Statute for a European Cooperative Society with regard to the involvement of employees
Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/72/KE tat-22 ta’ Lulju 2003 li tissupplimenta l-Istatut għal Soċjetà Kooperattiva Ewropea fir-rigward tal-involviment ta’ l-impjegati
Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/72/KE tat-22 ta’ Lulju 2003 li tissupplimenta l-Istatut għal Soċjetà Kooperattiva Ewropea fir-rigward tal-involviment ta’ l-impjegati
ĠU L 207, 18.8.2003, p. 25–36
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 32003L0072R(01) | (SK) | |||
Corrected by | 32003L0072R(02) | (PL, DE, SK, CS) | |||
Corrected by | 32003L0072R(03) | (SK) |
Official Journal L 207 , 18/08/2003 P. 0025 - 0036
Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/72/KE tat-22 ta’ Lulju 2003 li tissupplimenta l-Istatut għal Soċjetà Kooperattiva Ewropea fir-rigward tal-involviment ta’ l-impjegati IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 308 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew [3], Billi: (1) Sabiex jinkisbu l-għanijiet tat-Trattat, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1435/2003 [4] jistabbilixxi Statut għal Soċjetà Kooperattiva Ewropea (SCE). (2) Dak ir-Regolament jimmira li joħloq qafas uniformi legali li fih kooperattivi u entitajiet oħra u persuni naturali minn Stati Membri differenti għandhom ikunu jistgħu jippjanaw u jwettqu ir-riorganizzazzjoni tan-negozju tagħhom f’forma kooperattiva fuq skala tal-Komunità. (3) Sabiex jiġu promossi l-għanijiet soċjali tal-Komunità, dispożizzjonijiet speċjali għandhom ikunu stipulati, notevolment fil-qasam ta’ l-involviment ta’ l-impjiegi, immirati li jassiguraw li l-istabbiliment ta’ SCE ma jinvolvix l-għajbien jew it-tnaqqis ta’ prattiċi ta’ l-involviment ta’ l-impjegat li jesiġu fi ħdan entitajiet li jipparteċipaw fl-istabbiliment ta’ SCE. Dan l-għan għandu jkun segwit permezz ta’ l-istabbiliment ta’ sett ta’ regoli f’dan il-qasam, li jissupplimentaw id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1435/2003. (4) Minħabba li l-għanijiet ta’ l-azzjoni proposta, kif delineati hawn fuq, ma jistgħux jinkisbu suffiċjentement mill-Istati Membri, minħabba li l-għan huwa li jiġi stabbilit sett ta’ regoli dwar l-involviment ta’ l-impjegati applikabbli għall-SCE, u jistgħu għalhekk, minħabba l-iskala u l-impatt ta’ l-azzjoni proposta, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Komunità, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jinkisbu dawn l-għanijiet. (5) Id-diversità kbira ta’ regoli u prattiċi li jeżistu fl-Istati Membri fir-rigward tal-mod li bih ir-rappreżentanti ta’ l-impjegati huma involuti fit-teħid tad-deċiżjonijiet fi ħdan kooperattivi tagħmilha mhux konsiljabbli li jkun stabbilit mudell wieħed Ewropew ta’ involviment ta’ impjegati applikabbli għall-SCE. (6) Proċeduri ta’ informazzjoni u konsultazzjoni f’livell transnazzjonali għandhom ikunu assigurati fil-każi kollha tal-ħolqien ta’ SCE, bl-addattazzjoni meħtieġa li l-SCE jiffurmaw ex novo fejn dan ikun iġġustifikat mid-daqs tagħhom, kif imkejjel f’termini ta’ impjiegi. (7) Jekk jesiġu drittijiet ta’ parteċipazzjoni fi ħdan entità waħda jew aktar li jistabbilixxu SCE, għandhom fil-prinċipju jiġu ppriservati permezz tat-trasferiment tagħhom għal SCE, la darba stabbilita, sakemm il-partijiet ma jiddeċidux mod ieħor. (8) Il-proċeduri konkreti għall-informazzjoni transnazzjonali u konsultazzjoni ta’ l-impjegati, kif ukoll, fejn japplika, il-parteċipazzjoni, li japplikaw għal kull SCE għandhom ikunu definiti primarjament permezz ta’ ftehim bejn il-partijiet ikkonċernati jew, fin-nuqqas ta’ dan, permezz ta’ l-applikazzjoni ta’ sett ta’ regoli sussidjarji. (9) L-Istati Membri xorta tibqgħalhom l-għażla li ma japplikawx ir-regoli standardli jirrelataw mal-partiċipazzjoni fil-każ ta’ inkorporazzjoni, minħabba d-diversità tas-sistemi nazzjonali għall-involviment ta’ l-impjegati. Is-sistemi eżistenti u prattiċi tal-parteċipazzjoni fejn xieraq fil-livell ta’ entitajiet li jipparteċipaw għandhom f’dak il-każ jinżammu mir-regoli tar-reġistrazzjoni li jaddattaw. (10) Ir-regoli tal-votazzjoni fi ħdan il-korp speċjali li jirrappreżenta lill-impjegati għall-għanijiet ta’ negozjati, b’mod partikolari meta jiġu konklużi patti ta’ ftehim li jipprovdu għal livell ta’ parteċipazzjoni aktar baxxa minn dik eżistenti fi ħdan entità waħda li tipparteċipa jew aktar, għandhom ikunu proporzjonati għar-riskju ta’ l-għejbien jew it-tnaqqis ta’ sistemi eżistenti u prattiċi ta’ parteċipazzjoni. Dak ir-riskju huwa akbar fil-każ ta’ SCE stabbilita permezz ta’ trasformazzjoni jew inkorporazzjoni milli permezz tal-ħolqien ta’ ex novo SCE. (11) Fin-nuqqas ta’ ftehim sussegwenti għan-negozjati bejn ir-rappreżentanti ta’ l-impjegati u l-organi kompetenti ta’ l-entitajiet li jipparteċipaw, dispożizzjoni għandha ssir għal ċerti regoli standardli japplikaw għall-SCE, ġaladarba tiġi stabbilita. Dawn ir-regoli standardgħandhom jassiguraw prattiċi effettivi ta’ informazzjoni transnazzjonali u konsultazzjoni ta’ l-impjegati, kif ukoll il-parteċipazzjoni tagħhom fl-organi relevanti ta’ l-SCE jekk dik il-parteċipazzjoni kienet teżisti qabel l-istabbiliment tagħha fi ħdan l-entitajiet li jipparteċipaw. (12) Fejn l-applikazzjoni tal-proċeduri msemmija hawn fuq għall-entitajiet li jipparteċipaw fl-ex novo SCE ma jistgħux jiġu ġġustifikati minħabba d-daqs żgħir tagħhom kif imkejjel f’termini ta’ impjiegi, l-SCE għandha tkun suġġetta għar-regoli nazzjonali dwar l-involviment ta’ impjegati fis-seħħ fl-Istat Membru fejn tistabbilixxi l-uffiċju rreġistrat tagħha, jew fl-Istat Membru fejn ikollha sussidjarji jew stabbilimenti. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-obbligazzjoni mqiegħda fuq SCE diġà stabbilita li timplimenta dawn il-proċeduri jekk numru sinifikanti ta’ impjegati hekk jitolbu. (13) Dispożizzjonijiet speċifiċi għandhom japplikaw għall-parteċipazzjoni ta’ impjegati f’laqgħat ġenerali, sal-limitu li l-liġijiet nazzjonali hekk jippermettu. L-applikazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet ma tipprekludix l-applikazzjoni ta’ forom oħra ta’ parteċipazzjoni, hekk kif ipprovdut f’din id-Direttiva. (14) L-Istati Membri għandhom jassiguraw permezz ta’ dispożizzjonijiet adatti li, fil-każ ta’ bidliet strutturali wara l-ħolqien ta’ SCE, l-arranġamenti għall-involviment ta’ l-impjegati jistgħu, fejn xieraq, jiġu nnegozjati mill-ġdid. (15) Għandha ssir dispożizzjoni għar-rappreżentanti ta’ l-impjegati li jaġixxu fi ħdan il-qafas ta’ din id-Direttiva li jgawdu, meta jeżerċitaw il-funzjonijiet tagħhom, l-istess protezzjoni u garanziji bħal dawk ipprovduti għal rappreżentanti ta’ impjegati bil-leġislazzjoni u/jew prattika tal-pajjiż ta’ l-impjieg. M’għandhomx ikunu suġġetti għal xi diskriminazzjoni, inkluż kedd, bħala riżultat ta’ l-eżerċizzju legali ta’ l-attivitajiet tagħhom u għandhom igawdu protezzjoni adegwata fir-rigward tat-tkeċċija u sanzjonijiet oħra. (16) Il-kunfidenzjalità ta’ informazzjoni sensittiva għandha tkun priservata wkoll wara li jiskadu t-termini ta’ uffiċċju tar-rappreżentanti ta’ l-impjegati, u dispożizzjoni għandha ssir li tkun tippermetti lill-organu kompetenti ta’ l-SCE li jżomm informazzjoni li tista’ tagħmel ħsara serja, jekk suġġetta għal kxif fil-pubbliku, lill-iffunzjonar ta’ l-SCE. (17) Fejn SCE u s-sussidjarji u l-istabbilimenti tagħha huma suġġetti għad-Direttiva tal-Kunsill 94/45/KE tat-22 ta’ Settembru 1994 dwar l-istabbiliment tal-Kunsill Ewropew tax-Xogħlijiet jew proċedura f’impriżi fi skala tal-Komunità jew gruppi ta’ impriżi fi skala tal-Komunità għall-għanijiet ta’ l-informazzjoni u l-konsultazzjoni ta’ l-impjegati [5], id-dispożizzjonijiet ta’ dik id-Direttiva u d-dispożizzjonijiet li jittrasponuha f’leġislazzjoni nazzjonali m’għandhomx japplikaw għaliha lanqas għas-sussidjarji u l-istabbilimenti tagħha, sakemm il-korp speċċjali ta’ negozjati ma jiddeċidix li ma jiftaħx negozjati jew li jittermina n-negozjati diġà miftuħa. (18) Din id-Direttiva m’għandhiex teffettwa drittijiet eżistenti oħra li jirrigwardaw l-involviment u m’għandhomx għalfejn jaffettwaw strutturi oħra eżistenti ta’ rappreżentanza,, li tipprovdi għalihom il-Komunità u l-liġijiet nazzjonali u l-prattiċi. (19) L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità ma’ l-obbligazzjonijiet preskritti f’din id-Direttiva. (20) It-Trattat ma pprovdiex is-setgħat meħtieġa għall-Komunità li tadotta din id-Direttiva, ħlief għal dawk kif hemm ipprovdut fl-Artikolu 308. (21) Huwa prinċipju fundamentali u għan iddikjarat ta’ din id-Direttiva li tassigura d-drittijiet miksuba ta’ l-impjegati fir-rigward ta’ involviment fid-deċiżjonijiet tal-kumpanniji. Id-drittijiet ta’ l-impjegati fis-seħħ qabel l-istabbiliment ta’ l-SCE għandhom jipprovdu l-bażi għad-drittijiet ta’ l-impjegati għal involviment fl-SCE (il-prinċipju ta’ "qabel u wara"). B’konsegwenza, dik l-attitudni għandha mhux biss tapplika għall-istabbiliment inizjali ta’ SCE iżda wkoll għall-bidliet strutturali f’SCE eżistenti u għall-entitajiet affettwati bil-proċessi ta’ bidliet strutturali. Għalhekk, meta uffiċċju reġistrat ta’ SCE jiġi trasferit minn Stat Membru għall-ieħor, ta’ l-anqas l-istess livell ta’ drittijiet ta’ involviment eżistenti għandhom ikomplu japplikaw. B’żieda, jekk l-għatba li tikkonċerna l-involviment ta’ impjegati tintlaħaq jew tinqabeż wara r-reġistrazzjoni ta’ SCE, dawn id-drittijiet għandhom japplikaw bl-istess mod li bih kienu japplikaw, kieku l-għatba kienet intlaħqet jew inqabżet qabel ir-reġistrazzjoni. (22) L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li r-rappreżentanti ta’ trejd unjins jistgħu jkunu membri ta’ korp speċjali ta’ negozjati irrispettivament jekk humiex impjegati ta’ entità li tipparteċipa fl-istabbiliment ta’ SCE. L-Istati Membri għandhom f’dan il-kuntest b’mod partikolari jkunu jistgħu jintroduċu dan id-dritt f’każi fejn rappreżentanti ta’ trejd unjin ikollhom id-dritt li jkunu membri ta’, u li jivvutaw f’, organi ta’ kumpanniji superviżorji jew amministrattivi skond il-leġislazzjoni nazzjonali. (23) F’diversi Stati Membri, l-involviment ta’ impjegati u oqsma oħra ta’ relazzjonijiet industrijali huma bażati kemm fuq il-leġislazzjoni nazzjonali u l-prattika li f’dan il-kuntest huwa miftiehem ukoll li jkopri patti ta’ ftehim kollettivi f’livelli varji nazzjonali, settorali u/jew dak ta’ kumpanniji, ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA: TAQSIMA I ĠENERALI Artikolu 1 Għan 1. Din id-Direttiva tirregola l-involviment ta’ impjegati fl-affarijiet tas-Soċjetajiet Ewropej ta’ Kooperattivi (hawnhekk iżjed’ il quddiem imsejħa SCE), kif imsemmija fir-Regolament (KE) Nru 1435/2003. 2. Għal dan il-għan, arranġamenti għall-involviment ta’ impjegati għandhom ikunu stabbiliti f’kull SCE skond il-proċedura ta’ negozjati msemmija fl-Artikoli 3 sa 6 jew, taħt iċ-ċirkostanzi speċifikati fl-Artikoli 7 u 8, skond l-Anness. Artikolu 2 Definizzjonijiet Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva: (a) "SCE" tfisser kull soċjetà kooperattiva stabbilita skond ir-Regolament (KE) Nru 1435/2003; (b) "entitajiet legali li jipparteċipaw" tfisser kumpanniji u ditti skond it-tifsira tat-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 48 tat-Trattat, u tinkludi kooperattivi, kif ukoll korpi legali ffurmati taħt, u regolati, mill-liġi ta’ Stat Membru, li jipparteċipaw direttament fl-istabbiliment ta’ SCE; (ċ) "sussidjarja" ta’ entità legali li tipparteċipa jew ta’ SCE tfisser impriża li fuqha dik l-entità legali jew SCE teżerċita influwenza dominanti definita skond l-Aartikola 3(2) sa (7) tad-Direttiva 94/45/KE; (d) "sussidjarja jew stabbiliment ikkonċernat" tfisser sussidjarja jew stabbiliment ta’ entità legali li tipparteċipa li hija proposta li ssir sussidjarja jew stabbiliment ta’ SCE mal-formazzjoni tagħha; (e) "rappreżentanti ta’ l-impjegati" tfisser ir-rappreżentanti ta’ l-impjegati kif hemm ipprovdut bil-liġi nazzjonali u/jew prattika; (f) "korp rappreżentattiv" tfisser korp rappreżentattiv ta’ l-impjegati stabbilit bil-patti ta’ ftehim imsemmija fl-Artikolu 4 jew skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Anness, bil-għan li jinforma u jikkonsulta lill-impjegati ta’ SCE u s-sussidjarji tagħha u stabbilimenti li jinsabu fil-Komunità u, fejn japplika, jeżerċita drittijiet ta’ parteċipazzjoni b’relazzjoni ma’ l-SCE; (g) "korp speċjali ta’ negozjati" tfisser il-korp stabbilit skond l-Artikolu 3 biex jinnegozja ma’ l-organu kompetenti ta l-entitajiet legali li jipparteċipaw fir-rigward ta’ l-istabbiliment ta’ arranġamenti għall-involviment ta’ impjegati fi ħdan l-SCE; (h) "involviment ta’ impjegati" tfisser kull mekkaniżmu, inkluż informazzjoni, konsultazzjoni u parteċipazzjoni, li permezz tiegħu r-rappreżentanti ta’ l-impjegati jistgħu jeżerċitaw influwenza fuq id-deċiżjonijiet li għandhom jittieħdu fi ħdan intrapriża; (i) "informazzjoni" tfisser l-infurmar tal-korp rappreżentattiv ta’ l-impjegati u/jew rappreżentanti ta’ l-impjegati mill-organi kompetenti ta’ l-SCE dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw l-SCE nnifisha u kull waħda mis-sussidjarji tagħha jew stabbilimenti li jkunu jinsabu fi Stat Membru ieħor jew li jeċċdu is-setgħat ta’ l-organi tat-teħid tad-deċiżjonijiet fi Stat Membru wieħed fi żmien, b’mod u b’kontenut li jippermetti lir-rappreżentanti ta’ l-impjegatri li jwettqu stima fil-fond ta’ l-impatt possibbli u, fejn xieraq, jippreparaw konsultazzjonijiet ma’ l-organu kompetenti ta’ l-SCE; (j) "konsultazzjoni" tfisser l-istabbiliment ta’ djalogu u skambju ta’ ideat bejn il-korp rappreżentattiv ta’ l-impjegati u/jew tar-rappreżentanti ta’ l-impjegati u l-organu kompetenti ta’ l-SCE, fi żmien, b’mod u b’kontenut li jippermetti lir-rappreżentanti ta’ l-impjegati, fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni pprovduta, li jesprimu opinjoni dwar miżuri maħsuba mill-organu kompetenti li jista’ jingħata kont tagħhom fil-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet fi ħdan l-SCE; (k) "parteċipazzjoni" tfisser l-influwenza ta’ korp rappreżentattiv ta’ l-impjegati u/jew ir-rappreżentanti ta’ l-impjegati fl-affarijiet ta’ entità legali permezz ta’: - id-dritt li jeleġġi jew jaħtar uħud mill-membri tas-superviżorju ta’ entità legali jew korp organu amministrattiv, jew - id-dritt li jirrakkomanda u/jew jopponi l-ħatra tal-membri kollha jew uħud minnhom tas-superviżorju ta’ entità legali jew organu amministrattiv. TAQSIMA II PROĊEDURA TA’ NEGOZJATI APPLIKABBLI GĦALL-SCE STABBILITI MINN TA’ L-ANQAS ŻEWĠ ENTITAJIET LEGALI JEW BI TRASFORMAZZJONI Artikolu 3 Ħolqien ta’ korp speċjali li jinnegozja 1. Fejn l-organi li jimmaniġġjaw jew dawk amministrattivi ta’ entitajiet legali li jipparteċipaw iħejju pjan għall-istabbiliment ta’ SCE, għandhom kemm jista’ jkun malajr jieħdu l-passi meħtieġa, inkluż il-provvista ta’ informazzjoni dwar l-identità ta’ l-entitajiet legali li jipparteċipaw u sussidjarji jew stabbilimenti, kif ukoll in-numru ta’ l-impjegati tagħhom, biex jibdew negozjati mar-rappreżentanti ta’ l-entitajiet legali jew arranġamenti għall-involviment ta’ l-impjegati fl-SCE. 2. Għal dan il-għan, korp speċjali tan-negozjati rappreżentattiv ta’ l-impjegati ta’ l-entitajiet legali li jipparteċipaw u sussidjarji konċernati jew stabbilimenti għandu jinħoloq skond id-dispożizzjonijiet li ġejjin: (a) fl-elezzjoni jew il-ħatra ta’ membri tal-korp speċjali tan-negozjati, għandu jiġi assigurat: (i) li dawk il-membri huma eletti jew maħtura fi proporzjon tan-numru ta’ impjegati li jaħdmu f’kull Stat Membru mill-entitajiet legali li jipparteċipaw u sussidjarji kkonċernati jew stabbilimenti, billi jallokaw fir-rigward ta’ Stat Membru siġġu wieħed għal kull porzjon ta’ impjegati li jaħdmu f’dan l-Istat Membru li jkun ugwali għal 10 %, jew frazzjoni tagħom, tan-numru ta’ impjegati li jaħdmu fl-Istati Membri kollha meħuda flimkien; (ii) li fil-każ ta’ SCE iffurmata permezz ta’ inkorporazzjoni, għandu jkun hemm dak in-numru aktar addizzjonali ta’ membri minn kull Stat Membru hekk kif jista’ jkun meħtieġ sabiex jiġi assigurat li l-korp speċifiku ta’ negozjati jinkludi ta’ l-anqas membru wieħed li jirrappreżenta kull kooperattiva li tipparteċipa li hija rreġistrata li għandha impjegati f’dak l-Istat Membru u li huwa propost li ma tkomplix teżisti bħala entità legali separata wara r-reġistrazzjoni ta’ l-SCE, sakemm: - in-numru ta’ dawk il-membri addizzjonali ma jeċċedix l-20 % tan-numru ta’ membri maħtura skond il-punt (i); u - il-kompożizzjoni tal-korp speċjali ta’ negozjati ma jinvolvix rappreżentanza doppja ta’ l-impjegati kkonċernati. Jekk in-numru ta’ dawk il-kooperattivi jkun għola min-numru ta’ siġġijiet addizzjonali disponibbli bis-saħħa ta’ l-ewwel subparagrafu, dawn is-siġġijiet addizzjonali għandhom ikunu allokati lil kooperattivi fi Stati Membri differenti b’ordni li jonqos tan-numru ta’ impjegati li jħaddmu. (b) L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-metodu li għandu jintuża għall-elezzjoni jew il-ħatra tal-membri tal-korp speċjali ta’ negozjati li għandhom jiġi eletti jew maħtura fit-territorji tagħhom. Għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jassiguraw li, sa fejn hu possibbli, dawk il-membri għandhom jinkludu ta’ l-anqas membru li jirrappreżenta kull entità legali li tipparteċipa li jkollha impjegati fl-Istat Membru kkonċernat. Dawk il-miżuri m’għandhomx iżidu n-numru totali ta’ membri. Il-metodi wżati għan-nominazzjoni, ħatra jew elezzjoni tar-rappreżentanti ta’ l-impjegati għandhom ifittxu li jippromwovu l-bilanċ bejn is-sessi, L-Istati Membri għandhom jipprovdu li dawk il-membri jistgħu jinkludu rappreżentanti ta’ trejd unjins sew jekk ikunu impjegati jew le ta’ entità legali li tipparteċipa jew sussidjarja kkonċernata jew stabbiliment. Mingħajr preġudizzju għall-leġislazzjoni nazzjonali u/jew prattika li tipprovdi għatbiet għal korp rappreżentattiv, l-Istati Membri għandhom jipprovdu li impjegati f’impriżi jew stabbilimenti li fihom ma jkun hemm l-ebda rappreżentanti ta’ l-impjegati li ma jkunx tort tagħhom ikollhom id-dritt li jeleġġu jew jaħtru membri tal-korp speċjali li jinnegozja. 3. Il-korp speċjali li jinnegozja u l-organi kompetenti ta’ l-entitajiet legali li jipparteċipaw għandhom jistabbilixxu, bi ftehim bil-miktub, arranġamenti għall-involviment ta’ impjegati fi ħdan SCE. Għal dan il-għan, l-entitajiet legali li jipparteċipaw għandhom jinfurmaw lill-korp speċjali li jinnegozja bil-pjan u l-proċess attwali ta’ l-istabbiliment ta’ l-SCE, sar-reġistrazzjoni tagħha. 4. Bla ħsara għall-paragrafu 6, il-korp speċjali li jinnegozja għandu jieħu d-deċiżjonijiet bil-maġġoranza assoluta tal-membri tiegħu, sakemm dik il-maġġoranza tirrappreżenta wkoll maġġoranza assoluta ta’ l-impjegati. Kull membru għandu jkollu vot wieħed. Iżda, jekk ir-riżultat tan-negozjati jwassal għal tnaqqis fid-drittijiet ta’ parteċipazzjoni, il-maġġoranza meħtieġa għal-deċiżjoni li tapprova dak il-ftehim għandha tkun il-voti ta’ żewġ terzi tal-membri tal-korp speċjali li jinnegozja li jirrappreżenta ta’ l-anqas żewġ terzi ta’ l-impjegati, inklużi l-voti ta’ membri li jirrappreżentaw impjegati li jaħdmu f’ta’ lanqas żewġ Stati Membri, - fil-każ ta’ SCE li għandha tiġi stabbilita permezz ta’ inkorporazzjoni, jekk il-parteċipazzjoni tkopri ta’ l-anqas 25 % tan-numru totali ta’ impjegati tal-kooperattivi li jipparteċipaw, jew - fil-każ ta’ SCE li għandha tiġi stabbilita b’xi mod ieħor, jekk il-parteċipazzjoni tkopri ta’ l-anqas 50 % tan-numru totali ta’ impjegati ta’ l-entitajiet legali li jipparteċipaw. Tnaqqis ta’ drittijiet ta’ parteċipazzjoni tfisser proporzjona ta’ membri ta’ l-organi ta’ l-SCE skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 2(k), li jkun anqas mill-ogħla proporzjon li jeżisti fi ħdan l-entitajiet legali li jipparteċipaw. 5. Għall-għan tan-negozjati, il-korp speċjali li jinnegozja jista’ jitlob esperti ta’ l-għażla tiegħu, per eżempju rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet addattati ta’ trejd unjins fil-livell tal-Komunità, biex jgħinuh fix-xogħol tiegħu. Dawk l-esperti jistgħu jkunu preżenti fil-laqgħat tan-negozjati f’kapaċità ta’ konsulenza fuq it-talba tal-korp speċjali li jinnegozja, fejn xieraq biex jippromwovu koerenza u konsistenza fil-livell tal-Komunità. Il-korp speċjali li jinnegozja jista’ jiddeċiedi li jinforma r-rappreżentanti ta’ l-organizzazzjonijiet addattati esterni, inklużi trejd unjins, fil-bidu tan-negozjati. 6. Il-korp speċjali li jinnegozja jista’ jiddeċiedi bil-maġġoranza stipulata fit-tieni subparagrafu li ma jiftaħx negozjati jew li jittermina negozjati ġia miftuħa, u li jiddependi fuq ir-regoli dwar informazzjoni u konsultazzjoni ta’ l-impjegati fis-seħħ fl-Istati Membri fejn l-SCE jkollha l-impjegati tagħha. Dik id-deċiżjoni għandha twaqqaf il-proċedura li tikkonkludi l-ftehim imsemmi fl-Artikolu 4. Fejn tkun ittieħdet deċiżjoni bħal dik, ebda waħda mid-dispożizzjonijiet ta’ l-Anness m’għandha tapplika. Il-maġġoranza meħtieġa biex tiddeċiedi li ma tiftaħx jew li tittermina negozjati għandha tkun il-voti ta’ żewġ terzi tal-membri li jirrappreżentaw ta’ l-anqas żewġ terzi ta’ l-impjegati, inklużi l-voti ta’ membri li jirrappeżentaw impjegati li jaħdmu f’ ta’ lanqas żewġ Stati Membri. Fil-każ ta’ SCE stabbilita permezz ta’ trasformazzjoni, dan il-paragrafu m’għandux japplika jekk ikun hemm paretċipazzjoni fil-kooperattiva li għandha tiġi trasformata. Il-korp speċjali li jinnegozja għandu jerġa’ jitlaqqa’ fuq it-talba bil-miktub ta’ l-anqas ta’ 10 % ta’ l-impjegati ta’ l-SCE, is-sussidjarji tagħha u stabbilimenti, jew ir-rappreżentanti tagħhom, l-aktar kmieni sentejn wara d-deċiżjoni msemmija hawn fuq, sakemm il-partijiet ma jiftehmux li n-negozjati jerġgħu jinfetħu qabel. Jekk il-korp speċjali li jinnegozja jiddeċiedi li jiftaħ mill-ġdid in-negozjati ma’ l-amministrazzjoni iżda ebda ftehim ma jintlaħaq bħala riżultat ta’ dawk in-negozjati, ebda waħda mid-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Anness m’għandha tapplika. 7. L-ispejjeż kollha li jirrelataw ma’ l-iffinzjonar tal-korp speċjali li jinnegozja u, b’mod ġenerali, għan-negozjati għandhom jinġarru mill-entitajiet legali li jipparteċipaw sabiex ikun permess lill-korp speċjali li jinnegozja li jwettaq il-kompiti tiegħu b’mod xieraq. B’konformità ma’ dan il-prinċipju, l-Istati Membri jistgħu jippreskrivu r-regoli ta’ l-estimi fir-rigward ta’ l-operazzjoni ta’ korp speċjali li jinnegozja. Jistgħu b’mod partikolari jillimitaw il-fondi li jkopru espert wieħed biss. Artikolu 4 Kontenut tal-ftehim 1. L-organi kompetenti ta’ l-entitajiet legali li jipparteċipaw u l-korp speċjli li jinnegozja għandhom jinnegozjaw bi spirtu ta’ kooperazzjoni bil-ħsieb li jilħqu ftehim dwar arranġamenti għall-involviment ta’ l-impjegati fl-SCE. 2. Mingħajr preġudizzju għall-awtonomija tal-partijiet, u bla ħsara għall-paragrafu 4, il-ftehim imsemmi fil-paragrafu 1 bejn l-organi kompetenti ta’ l-entitajiet legali li jipparteċipaw u l-korp speċjali li jinnegozja għandu jispeċifika: (a) il-kamp ta’ applikazzjoni tal-ftehim; (b) il-kompożizzjoni, numru ta’ membri u allokazzjoni ta’ siġġijiet fuq il-korp rappreżentattiv li għandu jkun l-imsieħeb tad-diskussjoni ta’ l-organu kompetenti ta’ l-SCE b’konnessjoni ma’ l-arranġamenti għall-informazzjoni u konsultazzjoni ta’ l-impjegati ta’ l-SCE u s-sussidjarji tagħha u l-istabbilimenti; (ċ) il-funzjonijiet u l-proċedura għall-informazzjoni u konsultazzjoni tal-korp rappreżentattiv; (d) il-frekwenza tal-laqgħat tal-korp rappreżentattiv; (e) ir-riżorsi finanzjarji u materjali li għandhom jiġu allokati lill-korp rappreżentattiv; (f) jekk, matul in-negozjati, il-partijiet jiddeċiedu li jistabbilixxu proċedura waħda jew aktar ta’ informazzjoni u konsultazzjoni minflok korp rappreżentattiv, l-arranġamenti għall-implimentazzjoni ta’ dawk il-proċeduri; (g) jekk, matul in-negozjati, l-partijiet jiddeċiedu li jistabbilixxu arranġamenti għall-parteċipazzjoni, is-sustanza ta’ dawk l-arranġamenti, inkluż (fejn japplika) in-numru ta’ membri fil-korp amministrattiv jew superviżorju ta’ l-SCE li l-impjegati jkollhom id-dritt li jeleġġu, jaħtru, jinnominaw jew jopponu, il-proċeduri dwar kif dawn il-membri jistgħu jiġu eletti, maħtura, rakkomandati jew opposti mill-impjegati, u d-drittijiet tagħhom; (h) id-data tad-dħul fis-seħħ tal-ftehim u t-tul ta’ żmien tiegħu, każi fejn il-ftehim għandu jiġi negozjat mill-ġdid u l-proċedura għan-negozjar tiegħu mill-ġdid, inkuż, fejn xieraq, fil-każ ta’ bidliet strutturali fl-SCE u s-sussidjarji tagħha jew l-istabbilimenti li jseħħu wara l-ħolqien ta’ l-SCE. 3. Il-Ftehim m’għandux, sakemm ma ssirx dispożizzjoni xort’oħra fih, ikun suġġett għar-regoli standardimsemmija fl-Anness. 4. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 15(3)(a), fil każ ta’ SCE stabbilita permezz ta’ trasformazzjoni, il-ftehim għandu jipprovdi għal ta’ l-anqas l-istess livell ta’ l-elementi kollha ta’ involviment ta’ ħaddiema bħal dawk li jeżistu fi ħdan il-kooperattiva li għandha tiġi trasformata f’SCE. 5. Il-ftehim jista’ jispeċifika l-arranġamenti għad-dritt ta’ impjegati li jipparteċipaw fil-laqgħat ġenerali jew fil-laqgħat tas-sezzjoni jew settorali skond l-Artikolu 9 ta’ din id-Direttiva u l-Artikolu 59(4) tar-Regolament (KE) Nru 1435/2003. Artikolu 5 Tul ta’ żmien tan-negozjati 1. In-negozjati għandhom jibdew malli l-korp speċjali għal negozjati jiġi stabbilit u jistgħu jkomplu għal sitt xhur wara. 2. Il-partijiet jistgħu jiftiehmu, bi ftehim konġunt, li jestendu n-negozjati lil hinn mill-perjodu msemmija fil-paragrafu 1, sa total ta’ sena mill-istabbiliment tal-korp speċjali li jinnegozja. Artikolu 6 Leġislazzjoni applikabbli għall-proċedura ta’ negozjati Ħlief fejn xort’oħra ipprovdut f’din id-Direttiva, il-leġislazzjoni applikabbli għall-proċedura ta’ negozjati kif hemm ipprovdut fl-Artikoli 3, 4, u 5 għandha tkun il-leġislazzjoni ta’ l-Istat Membru li fih l-uffiċċju rreġistrat ta’ l-SCE jkun jinsab. Artikolu 7 Regoli standard 1. Sabiex jinkiseb l-għan deskritt fl-Artikolu 1, l-Istati Membri għandhom jippreskwivu regoli standarddwarl-involviment ta’ l-impjegati li għandhom jissodisfaw id-dispożizzjonijiet stipulati fl-Anness. Ir-regoli standardkif preskritti fil-leġislazzjoni ta’ l-Istat Membru li fih l-uffiċċju rreġistrat ta’ l-SCE jkun jinsab għandhom japplikaw mid-data tar-reġistrazzjoni ta’ l-SCE fejn jew: (a) il-partijiet hekk jiftiehmu; jew (b) sal-limitu ta’ żmien preskritt fl-Artikolu 5, ebda ftehim ma jkun ġie konkluż, u: - l-organu kompetenti ta’ kull waħda mill-entitajiet li jipparteċipaw jiddeċiedi li jaċċetta l-applikazzjoni tar-regolistandardb’relazzjoni ma’ l-SCE u b’hekk ikompli bir-reġistrazzjoni ta’ l-SCE, u - il-korp speċjali li jinnegozja ma jkunx ħa d-deċiżjoni kif ipprovduta fl-Artikolu 3(6). 2. B’żieda, r-regoli standardffissati bil-leġislazzjoni nazzjonali ta’ l-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni skond it-taqsima 3 ta’ l-Anness għandhom japplikaw biss: (a) fil-każ ta’ SCE stabbilit bi trasformazzjoni, jekk ir-regoli ta’ l-Istat Membru li jirrelataw mal-parteċipazzjoni ta’ impjegati fil-korp amministrattiv jew superviżorju applikati għall-kooperattiva trasformata f’SCE; (b) fil-każ ta’ SCE stabbilita b’inkorporazzjoni: - jekk, qabel reġistrazzjoni ta’ SCE, forma waħda jew aktar ta’ parteċipazzjoni applikata f’kooperattiva waħda jew aktar li tipparteċipa tkopri ta’ l-anqas 25 % tan-numru totali ta’ impjegati mħaddma minnhom, jew - jekk, qabel ir-reġistrazzjoni ta’ SCE, forma waħda jew aktar ta’ parteċipazzjoni applikata f’kooperattiva li tipparteċipa waħda jew aktar li tkopri anqas minn 25 % tan-numru totali ta’ impjegati mħaddma minnhom u jekk il-korp speċjali li jinnegozja hekk jiddeċiedi; (ċ) fil-każ ta’ SCE stabbilita b’xi mod ieħor; - jekk qabel ir-reġistrazzjoni ta’ l-SCE, forma waħda jew aktar ta’ parteċipazzjoni applikata f’waħda jew aktar mill-entitajiet legali li jipparteċipaw li tkopri ta’ l-anqas 50 % tan-numru totali ta’ impjegati mħaddma minnhom; jew - jekk, qabel ir-reġistrazzjoni ta’ SCE, forma waħda jew aktar ta’ parteċipazzjoni applikata f’waħda jew aktar mill-entitajiet legali li jipparteċipaw li jkopru anqas minn 50 tan-numru totali ta’ impjegati mħaddma minnhom u jekk il-korp speċjali li jinnegozja hekk jiddeċiedi. Jekk ikun hemm aktar minn forma waħda ta’ parteċipazzjoni fi ħdan l-entitajiet varji legali li jipparteċipaw, il-korp speċjali li jinnegozja għandu jiddeċiedi liema waħda minn dawk il-forom għandha tkun stabbilita fl-SCE. L-Istati Membri jistgħu jiffissaw ir-regoli li huma applikabbli fin-nuqqas ta’ xi deċiżjoni dwar il-kwistjoni ta’ SCE rreġistrata fit-Territorju tagħhom. Il-korp speċjali li jinnegozja għandu jinforma lill-organi kompetenti ta’ l-entitajiet legali li jipparteċipaw b’kull deċiżjoni meħuda bis-saħħa ta’ dan il-paragrafu. 3. L-Istati Membri jistgġu jippreskrivu li r-regoli standardimsemmija fit-Taqsima 3 ta’ l-Anness m’għandhomx japplikaw fil-każ kif hemm provdut fil-paragrafu 2(b). TAQSIMA III REGOLI APPLIKABBLI GĦALL-SCE STABBILITI ESKLUSSIVAMENT MINN PERSUNI NATURALI JEW MINN ENTITÀ LEGALI WAĦDA U PERSUNI NATURALI Artikolu 8 1. Fil-każ ta’ SCE stabbilita esklussivament minn persuni naturali jew minn entità legali waħda u persuni naturali, li flimkien jimpjegaw ta’ l-anqas 50 impjegat f’ta’ l-anqas żewġ Stati Membri, id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 3 sa 7 għandhom japplikaw. 2. Fil-każ ta’ SCE stabbilita esklussivament minn persuni naturali jew minn entità legali waħda u persuni naturali, li flimkien jimpjegaw anqas minn 50 impjegat, jew jimpjegaw 50 impjegat jew aktar fi Stat Membru wieħed biss, l-involviment ta’ l-impjegati għandu jkun irregolat minn dan li ġej: - fl-SCE nnifisha, id-dispożizzjonijiet ta’ l-Istat Membru ta’ l-uffiċċju rreġistrat ta’ l-SCE, li huma applikabbli għal entitajiet oħra ta’ l-istess tip, għandhom japplikaw, - fis-sussidjarji tagħha u stabbilimenti, id-dispożizzjonijiet ta’ l-Istat Membru fejn ikunu jinsabu u li huma applikabbli għal entitajiet oħra ta’ l-istess tip, għandhom japplikaw. Fil-każ ta’ trasferiment minn Stat Membru għall-ieħor ta’ l-uffiċċju rreġistrat ta’ SCE rregolata bil-parteċipazzjoni, ta’ l-anqas l-istess livell ta’ drittijiet ta’ parteċipazzjoni ta’ l-impjegati għandhom ikomplu japplikaw. 3. Jekk, wara r-reġistrazzjoni ta’ SCE msemmija fil-paragrafu 2, ta’ l-anqas terz min-numru totali ta’ l-impjegati ta’ l-SCE u s-sussidjarji tagħha u l-istabbilimenti ta’ l-anqas f’żewġ Stati Membri differenti hekk jitolbu, jew jekk in-numru totali ta’ impjegati jilħaq jew jeċċedi 50 impjegat f’ta’ lanqas żewġ Stati Membri, id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 3 sa 7 għandjom ikunu applikati, mutatis mutandis. F’dan il-każ, il-kliem "entitajiet legali ji jipparteċipaw" u "sussidjarji kkonċernati u stabbilimenti" għandhom ikunu ssostitwiti bil-kliem "SCE" u "sussidjarji jew stabbilimenti ta’ l-SCE" rispettivament. TAQSIMA IV PARTEĊIPAZZJONI FIL-LAQGĦA ĠENERALI JEW LAQGĦA TA’ SEZZJONI JEW SETTORALI Artikolu 9 Bla ħsara għal-limitu preskritti fl-Artikolu 59(4) tar-Regolament (KE) Nru 1435/2003, l-impjegati ta’ SCE u/jew ir-rappreżentanti tagħhom għandhom ikunu intitolati li jipparteċipaw fil-laqgħa ġenerali jew, jekk teżisti, fil-laqgħa tas-sezzjoni jew tas-settur, bid-dritt tal-vot fiċ-ċirkostanzi li ġejjin: 1. meta l-partijiet hekk jiddeċiedu fil-ftehim imsemmi fl-Artikolu 4, jew 2. meta kooperattiva rregolata b’dik is-sistema tittrasforma lilha nnifisha f’SCE, jew 3. meta, fil-każ ta’ SCE stabbilita b’mezzi oħra barra minn trasformazzjoni, kooperattiva li tipparteċipa kienet irregolata b’sistema bħal dik u: (i) il-partijiet ma jistgħux jilħqu ftehim, kif imsemmi fl-Artikolu 4, sal-limitu ta’ żmien preskritt fl-Artikolu 5; u (ii) l-Artikolu 7(1)(b) u t-Taqsima 3 ta’ l-Anness japplikaw; u (iii) il-kooperattiva li tipparteċipa regplata minn sistema bħal dik ikollha l-ogħla proporzjon ta’ parteċipazzjoni skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 2(k), fis-seħħħ fil-kooperattivi li jipparteċipaw ikkonċernati qabel ir-reġistrazzjoni ta’ l-SCE. TAQSIMA V DISPOSIZZJONIJIET MIXXELLANJI Artikolu 10 Riżerva u kunfidenzjalità 1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-membri tal-korp speċjali li jinnegozja jew il-korp rappreżentattiv, u l-esperti li jgħinuhom, m’humiex awtorizzati li jikxfu kull informazzjoni hekk kif ġiet mogħtija lilhom b’mod kunfidenzjali. L-istess għandu japplika għar-rappreżentanti ta’ l-impjegati fil-kuntest ta’ proċedura ta’ informazzjoni u konsultazzjoni. Din l-obbligazzjoni għandha tkompli tapplika, kull fejn il-persuni msemmija jkunu, ukoll wara li jiskadi t-terminu ta’ l-uffiċċju tagħhom. 2. Kull Stat Membru għandu jipprovdi, f’każi speċifiċi u taħt il-kondizzjonijiet u l-limiti preskritti bil-leġislazzjoni nazzjonali, li l-organu superviżorju jew amministrattiv ta’ SCE jew ta’ entità legali li tipparteċipa stabbilita fit-territorju tiegħu m’għandux ikun obbligat li jittrasmetti informazzjoni fejn in-natura tagħha tkun tali li, skond kriterji oġġettivi, li jsir dan jista’ jikkawża ħsara serja fl-iffunzjonar ta’ l-SCE (jew, skond il-każ, entità legali li tipparteċipa) jew is-sussidjarji tagħha jew stabbilimenti jew tkun ta’ preġudizzju għalihom. Stat Membru jista’ jagħmel dik id-dispensa suġġetta għall-awtorizzazzjoni minn qabel amministrattiva jew ġudizzjarja. 3. Kull Stat Membru jista’ jippreskrivi dispożizzjonijiet partikolari għall-SCE fit-territorju tiegħu li jsegwu direttament u essenzjalment l-għan ta’ gwida ideoloġika fir-rigward ta’ informazzjoni u l-espressjoni ta’ opinjonijiet, bil-kondizzjoni li, fid-data ta’ l-adozzjoni ta’ din id-Direttiva, dawk id-dispożizzjonijiet ikunu diġa jeżistu fil-leġislazzjoni nazzjonali. 4. Fl-applikazzjoni tal-paragrafi 1, 2 u 3, l-Istati Membri għandhom jagħmlu dispożizzjoni għal proċeduri amministrattivi jew ġudizzjarji ta’ appell li r-rappreżentanti ta’ l-impjegati jistgħu jibdew meta l-organi superviżorju jew amministrattiv ta’ SCE jew ta’ entità legali li tipparteċipa titlob il-kunfidenzjalità jew ma tagħtix l-informazzjoni. Dawk il-proċeduri jistgħu jinkludi arranġamenti maħsuba li jipproteġu l-kunfidenzjalità ta’ l-informazzjoni in kwistjoni. Artikolu 11 Operazzjoni tal-korp rappreżentattiv u proċedura għall-informazzjoni u konsultazzjoni ta’ impjegati L-organu kompetenti ta’ l-SCE u l-korp rappreżentattiv għandhom jaħdmu flimkien fi spirtu ta’ kooperazzjoni b’kont debitu għad-drittijiet reċiproċi tagħhom u obbligazzjonijiet. L-istess għandu japplika għall-kooperazzjoni bejn l-organu superviżorju u amministrattiv ta’ l-SCE u r-rappreżentanti ta’ l-impjegati flimkien ma’ proċedura għall-informazzjoni u konsultazzjoni ta’ l-impjegati. Artikolu 12 Protezzjoni tar-rappreżentanti ta’ impjegati Il-membri ta’ korp speċjali li jinnegozja, il-membri ta’ korp rappreżentattiv, kull rappreżentanti ta’ impjegati li jeżerċitaw funzjonijiet taħt il-proċedura ta’ informazzjoni u konsultazzjoni u kull rappreżentanti ta’ impjegati fl-organu superviżorju jew amministrattiv ta’ SCE li huma mpjegati ta’ SCE, is-sussdijarji tagħha jew stabbilimenti jew ta’ entità legali li tipparteċipa għandhom, fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħhom, igawdu l-istess protezzjoni u garanziji provduti għar-rappreżentanti ta’ impjegati bil-leġislazzjoni nazzjonali u/jew prattika fis-seħħ fil-pajjiż tagħhom ta’ impjieg. Dan għandu japplika b’mod partikolari għal attendenza f’laqgħat tal-korp speċjali li jinnegozja jew korp rappreżentattiv, kull laqgħa oħra taħt il-ftehim imsemmi fl-Artikolu 4(2)(f) jew kull laqgħa oħra ta’ l-organu amministrattiv jew superviżorju, u għall-ħlas ta’ pagi għall-membri impjegati minn entità legali li tipparteċipa jew SCE jew is-sussidjarji tagħha jew stabbilimenti matul perjodu ta’ assenza meħtieġ għat-twettieq tad-dmirijiet tagħhom. Artikolu 13 Użu ħażin ta’ proċeduri L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri addattati b’konformità mal-liġi tal-Komunità bil-ħsieb li jipprevjienu l-użu ħażin ta’ SCE għall-għan li ċċaħħad lill-impjegati mid-drittijiet ta’ involviment ta’ l-impjegati jew li żżommilhom dawk id-drittijiet. Artikolu 14 Konformità ma’ din id-Direttiva 1. Kull Stat Membru għandu jassigura li l-immaniġġjar ta’ stabbilimenti ta’ SCE u l-organi superviżorji u amministrattivi ta’ sussidjarji u ta’ entitajiet legali li jipparteċipaw li jkunu jinsabu fit-territorju tiegħu u r-rappreżentanti ta’ l-impjegati jew, skond il-każ, l-impjegati nnifishom, joqogħdu għall-obbligazzjonijiet preskritti b’din id-Direttiva, irrispettivament dwar jekk l-SCE jkollhiex l-uffiċċju rreġistrat tagħha fit-territorju tiegħu jew le. 2. L-Istati Membri għandhom jipprovdu miżuri addattati fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità ma’ din id-Direttiva; b’mod partikolari għandhom jassiguraw li proċeduri amministrattivi jew legali huma disponibbli li jippermettu l-obbligazzjonijiet li joħorġu minn din id-Direttiva li jkunu infurzati. Artikolu 15 Rabta bejn din id-Direttiva u dispożizzjonijiet oħra 1. Fejn SCE tkun impriża fuq skala tal-Komunità jew impriża li tikkontrolla ta’ grupp ta’ impriżi fuq skala tal-Komunità skond it-tifsira tad-Direttiva 97/74/KE tal-15 ta Diċembru 1997 li testendi l-imsemmija Direttiva għar-Renju Unit [6]), id-dispożizzjonijiet ta’ dawn id-Direttivi u d-dispożizzjonijiet li jittrasponuhom fil-leġislazzjoni nazzjonali m’għandhomx japplikaw għalihom jew għas-sussidjarji tagħhom. Iżda, fejn il-korp speċjali li jinnegozja jiddeċiedi skond l-Artikolu 3(6) li ma jiftaħx negozjati jew li jittermina negozjati ġia miftuħa, id-Direttiva 94/45/KE jew id-Direttiva 97/74/KE u d-dispożizzjonijiet li jittrasponuhom fil-liġi nazzjonali għandhom japplikaw. 2. Id-dispożizzjonijiet dwar il-parteċipazzjoni ta’ impjegati f’korpi ta’ kumpanniji kif ipprovdut bil-leġislazzjoni nazzjonali u/jew prattika, barra minn dawk li jimplimentaw din id-Direttiva, m’għandhomx japplikaw għall-SCE li għalihom japplikaw l-Artikoli 3 sa 7. 3. Din id-Direttiva m’għandhiex tippreġudika: (a) id-drittijiet eżistenti ta’ involviment ta’ impjegati hekk kif ipprovdut bil-leġislazzjoni nazzjonali u/jew prattika fl-Istati Membri hekk kif gawduti mill-impjegati ta’ l-SCE u s-sussidjarji tagħha u stabbilimenti, barra minn dawk li jipparteċipaw fil-korpi ta’ l-SCE; (b) id-dispożizzjonijiet dwar parteċipazzjoni fil-korpi preskritti fil-liġi nazzjonali u/jew prattika applikabbli għas-sussidjarji ta’ l-SCE jew għal SCE li għalihom ma japplikawx l- l-Artikoli 3 sa 7. 4. Sabiex jiġu ppriservati d-drittijiet imsemmija fil-paragrafu 3, l-Istati Membri jistgħu jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiggarantixxu li l-istrutturi ta’ rappreżentazzjoni ta’ impjegati f’entitajiet legali li jipparteċipaw li ma jibqgħux jeżistu bħala entitajiet legali separati jinżammu wara r-reġistrazzjoni ta’ l-SCE. Artikolu 16 Dispożizzjonijiet finali 1. L-Istati Membri għandhom jaddottaw il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva mhux aktar tard mit-18 ta’ Awissu 2006, u għandhom jassiuguraw li l-aktar tard sa dik id-data li l-amministrazzjoni u x-xogħol jintroduċu id-dispożizzjonijiet meħtieġa permezz ta’ ftehim, bl-Istati Membri kollha jkunu obbligati li jieħdu l-passi kollha meħtieġa li jippermettulhom li f’kull żmien jiggarantixxu r-riżultati imposti b’ din id-Direttiva. Għandhom minnifih jinfurmaw b’dan lill-Kummissjoni. 2. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’dik ir-referenza fl-okkazzjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta’ kif għandha ssir dik ir-referenza għandhom ikunu stipulati mill-Istati Membri. Artikolu 17 Reviżjoni mill-Kummissjoni Mhux aktar tard mit-18 ta’ Awissu 2009, il-Kummissjoni għandha, b’konsultazzjoni ma’ l-Istati Membri u ma’ l-amministrazzjoni u x-xogħol fil-livell tal-Komunità, tirrevedi l-applikazzjoni tal-mod kif tiġi applikata din id-Direttiva, bil-ħsieb li jipproponi emendi addattati lill-Kunsill fejn meħtieġ. Artikolu 18 Dħul fis-seħħ Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil — Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Artikolu 19 Indirizzati Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fit-22 ta’ Lulju 2003. Għall-Kunsill Il-President G. Alemanno [1] ĠU C 236, tal-31.8.1993, p. 36. [2] ĠU C 42, tal-15.2.1993, p. 75. [3] ĠU C 223, tal-31.8.1992, p. 42. [4] Ara paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.9 [5] ĠU L 254, 30.9.1994, p. 64. Direttiva kif emendata bid-Direttiva 97/74/EC (ĠU L 10, tas-16.1.1998, p. 22). [6] ĠU L 10, tas-16.1.1998, p. 22. -------------------------------------------------- L-ANNESS REGOLI STANDARD (imsemmija fl-Artikoli 7 u 8) Taqsima 1: Kompożizzjoni tal-Bord Rappreżentattiv ta’ l-impjegati Sabiex jinkiseb l-għan deskritt fl-Artikolu 1, u fil-każi msemmija fl-Artikolu 7, korp rappreżentattiv għandu jiġi stabbilit skond ir-regoli li ġejjin: (a) Il-korp rappreżentattiv għandu jkun kompost minn impjegati ta’ l-SCE u s-sussidjarji tagħha jew stabbilimenti eletti jew maħtura minn fosthom mir-rappreżentant ta’ l-impjegati jew, fin-nuqqas ta’ dan, mill-korp sħiħ ta’ l-impjegati. (b) L-elezzjoni jew il-ħatra tal-membri tal-korp rappreżentattiv għandha titwettaq skond il-leġislazzjoni nazzjonali u/jew prattika. L-Istati Membri għandhom jippreskrivu regoli biex jassiguraw li n-numru ta’ membri ta’, u l-allokazzjoni tas-siġġijiet fuq il-korp rappreżentattiv jiġi adattati biex jagħtu kont tal-bidliet li jseħħu fi ħdan l-SCE u s-susssidjarji tagħha u stabbilimenti. Il-metodi użati għan-nominazzjoni, ħatra jew elezzjoni tar-rappreżentanti ta’ l-impjegati għandhom ifittxu li jippromwovu l-bilanċ bejn is-sessi, (ċ) Fejn id-daqs hekk jitlob, il-korp rappreżentattiv għandu jeleġġi kumitat selett minn fost il-membri tiegħu, kompost l-aktar minn tliet membri. (d) Il-korp rappreżentattiv għandu jadotta r-regoli tiegħu ta’ proċedura. (e) Il-membri tal-bord rappreżentattiv jiġi eletti jew maħtura fi proporzjon tan-numru ta’ ħaddiema impjegati f’kull Stat Membru mill-SCE u s-sussidjarji tagħha jew stabbilimenti, billi jiġi allokat fir-rigward ta’ Stat Membru siġġu għal kull porzjon ta’ impjegati li jaħdmu f’dak l-Istat Membru li jkun ugwali għal 10 %, jew parti minnhom, tan-numru ta’ ħaddiema impjegati minnhom fl-Istati Membri kollha meħuda flimkien. (f) L-organu kompetenti ta’ l-SCE għandu jkun infurmat bil-kompożizzjoni tal-korp rappreżentattiv. (g) Mhux aktar tard minn erba’ snin wara l-istabbiliment tiegħu, il-korp rappreżentattiv għandu jeżamina jekk jiftaħx negozjati għall-konklużjoni tal-ftehim imsemmi fl-Artikoli 4 u 7 jew li jkompli japplika r-regoli standardapplikati skond dan l-Anness. L-Artikolu 3(4) sa (7) u l-Artikoli 4, 5 u 6 għandhom japplikaw, mutatis mutandis, jekk tkun ittieħdet deċiżjoni li jkun innegozjat ftehim skond l-Artikolu4, f’liema każ, l-espressjoni "korp speċjali ta’ negozjati" għandha tiġi ssostitwita bi "korp rappreżentattiv". Fejn, fil-limitu ta’ żmien li fih għandhom jintemmu n-negozjati, ebda ftehim ma jkun ġie konkluż, l-arranġamenti iniżjali adottati skond ir-regoli standardgħandhom ikomplu japplikaw. Taqsima 2: Regoli standardgħall-informazzjoni u konsultazzjoni Il-kompetenza u s-setgħat tal-korp rappreżentattiv stabbilit f’SCE għandu jkun irregolat bir-regoli li ġejjin: (a) Il-kompetenza tal-korp rappreżentattiv għandha tkun limitata għall-kwistjonijiet li jikkonċernaw l-SCE nnifisha u xi waħda mis-sussidjarji tagħha jew stabbilimenti lokati fi Stat Membru ieħor jew li jeċċedu s-setgħat ta’ l-organi tat-teħid tad-deċiżjonijiet fi Stat Membru wieħed.. (b) Mingħajr preġudizzju għal-laqgħat miżmuma skond il-paragrafu (ċ), il-korp rappeżentattiv għandu jkollu d-dritt li jkun infurmat u kkonsultat u, għal dak il-għan, li jiltaqa’ ma’ l-organu kompetenti ta’ l-SCE ta’ l-anqas darba fis-sena, fuq il-bażi ta’ rapporti regolari mħejjija mill-organu kompetenti, dwar il-progress tax-xogħol ta’ l-SCE u l-prospetti tagħha. L-amministrazzjonijiet lokali għandhom ikunu hekk informati. L-organu kompetenti ta’ l-SCE għandu jipprovdi lill-korp rappreżentattiv bl-aġenda tal-laqgħat ta’ l-amministrattiv, jew, fejn xieraq, l-organu ta’ amministrazzjoni u superviżjoni, bil-kopji tad-dokumenti kollha mibgħuta lil-laqgħa ġenerali tal-membri tagħha. Il-laqgħa għandha tirrelata b’mod partikolari ma’ l-istruttura, is-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja, l-iżvilupp probabbli tan-negozju u tal-produzzjoni u l-bejgħ, inizjattivi fir-rigward ta’ responsabbiltà soċjali korporata, is-sitwazzjoni u x-xejra probabbli ta’ l-impjiegi, investimenti u bidliet sostanzjali li jikkonċernaw l-organizzazzjoni, l-introduzzjoni ta’ metodi ġodda tax-xogħol jew proċċessi ta’ produzzjoni, trasferimenti ta’ produzzjoni, inkorporazzjonijiet, tnaqqis jew għeluq ta’ impriżi, stabbilimenti jew partijiet importanti tagħhom, u sensji kollettivi. (ċ) Fejn ikun hemm ċirkostanzi eċċezzjonali li jeffettwaw l-interessi ta’ l-impjegati f’limitu konsiderevoli, partikolarment meta jseħħu rilokazzjonijiet, trasferimenti, l-għeluq ta’ stabbilimenti jew impriżi jew sensji kollettivi, il-korp rappreżentattiv għandu d-dritt li jkun informat. Il-korp rappreżentattiv jew, fejn hekk jiddeċiedi, b’mod partikolari minħabba raġunijiet ta’ urġenza, il-kumitat selettiv, ikollu d-dritt li jiltaqa’ fuq it-talba tiegħu, ma’ l-organu kompetenti ta’ l-SCE jew ma’ xi livell aktar addattat ta’ l-amministrazzjoni fi ħdan l-SCE li jkollha s-setgħa hi stess li tieħu deċiżjonijiet, sabiex ikun infurmat u kkonsultat dwar miżuri li sinifikament jeffettwaw l-interessi ta’ l-impjegati. Fejn l-organu kompetenti jiddeċiedi li ma jaġixxix skond l-opinjoni espressa mill-korp rappreżentattiv, dan il-korp għandu jkollu d-dritt għal laqgħa oħra ma’ l-organu kompetenti ta’ l-SCE bil-ħsieb li jitlaħaq ftehim. Fil-każ ta’ laqgħa organizzata mal-kumitat selettiv, dawk il-membri tal-korp rappreżentattiv li jirrappreżentaw lill-impjegati li huma direttament ikkonċernati bil-miżuri in kwistjoni għandu jkollhom id-dritt ukoll li jipparteċipaw. Il-laqgħat imsemmija hawn fuq m’għandhomx jeffettwaw il-prerogattivi ta’ l-organi kompetenti. (d) L-Istati Membri jistgħu jippreskrivu regoli dwar il-presidenza tal-laqgħat ta’ informazzjoni u konsultazzjoni. Qabel xi laqgħa ma’ l-organu kompetenti ta’ l-SCE, il-korp rappreżentattiv jew il-kumitat selett, fejn meħtieġ imkabbar skond it-tielet subparagrafu tal-paragrafu (ċ), għandu jkun intitolat li jiltaqa’ mingħajr ma’ r-rappreżentanti ta’ l-organu kompetenti jkun preżenti. (e) Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10, il-membri tal-korp rappreżentattiv għandhom jinformaw lir-rappreżentanti ta’ l-impjegati ta’ l-SCE u s-sussidjarji tagħha u stabbilimenti bil-kontenut u r-riżultat tal-proċeduri ta’ informazzjoni u konsultazzjoni. (f) Il-korp rappreżentattiv jew il-kumitat selett, jista’ jkun megħjun minn esperti ta’ l-għażla tiegħu. (g) Sal-limitu li dan huwa meħtieġ għall-kompiti tagħhom, il-membri tal-korp amministrattiv għandhom ikunu intitolati li jieħdu ħin għat-taħriġ mingħajr tnaqqis fil-pagi, (h) L-ispejjeż tal-korp amministrativ għandhom jinġarru mill-SCE, li għandha tipprovdi lill-membri tal-korp bir-riżorsi finanzjarji u materjali meħtieġa biex jippermettulhom li jwettqu d-dmirijiet tagħhom b’mod xieraq. B’mod partikolari, l-SCE għandha, sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor iġorr l-ispiża ta’ l-organizzazzjoni tal-laqgħat, u tipprovdi faċilitajiet ta’ interpreti u l-akkomodazzjoni u l-ispejjeż ta’ l-ivvjaġġar tal-membri tal-korp rappreżentattiv u tal-kumitat selettiv. B’konformità ma’ dawn il-prinċipji, l-Istati Membri għandhom jippreskrivu r-regoli dwar l-estimi fir-rigward ta’ l-operazzjoni tal-korp rappreżentattiv. Jistgħu b’mod partikolari jillimitaw l-iffinanzjar biex ikopri espert wieħed biss. Taqsima 3: Regoli standardgħall-parteċipazzjoni Il-parteċipazzjoni ta’ impjeagti f’SCE għandha tkun irregolata bid-dispożizzjonijiet li ġejjin: (a) Fil-każ ta’ SCE stabbilita permezz ta’ trasformazzjoni, jekk ir-regoli ta’ Stat Membru li jirrelataw ma’ parteċipazzjoni ta’ impjegati fil-korp amminstrattiv jew superviżorju applikai qabel ir-reġistrazzjoni, l-aspetti kollha ta’ parteċipazzjoni ta’ impjegati għandhom ikomplu japplikaw għall-SCE. Il-paragrafu (b) għandu japplika mutatis mutandis għal dak il-għan. (b) F’każi oħra fejn SCE hija stabbilita, l-impjegati ta’ l-SCE, is-sussidjarji tagħha u stabbilimenti u/jew il-korp rappreżentattiv tagħhom għandu jkollhom id-dritt li jeleġġu, jaħtru, jirrakkomandaw jew joppunu l-ħatra ta’ numru ta’ membri tal-korp amministrattiv jew superviżorju ta’ l-SCE ugwali għall-ogħla proporzjon fis-seħħ fil-kumpanniji li jipparteċipaw ikkonċernati qabel ir-reġistrazzjoni ta’ l-SCE. (ċ) Jekk ebda waħda mill-entitajiet legali li jipparteċipaw ma kienet irregolata b’regoli ta’ parteċipazzjoni qabel ir-reġistrazzjoni ta’ l-SCE, din ta’ l-aħħar m’għandhiex tkun meħtieġa li tistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-parteċipazzjoni ta’ impjegati. (d) Il-korp rappreżentattiv għandu jiddeċiedi dwar l-allokazzjoni ta’ siġġijiet fi ħdan il-korp amministrattiv jew superviżorju fost il-membri li jirrappeżentaw il-ħaddiema mill-Istati Membri varji jew il-mod li bih l-impjegati ta’ l-SCE jistgħu jirrakkomandaw jew jopponu l-ħatra tal-membri ta’ dawn il-korpi skond il-proporzjon ta’ impjegati ta’ l-SCE f’kull Stat Membru. Jekk l-impjegati ta’ Stat Membru wieħed jew aktar ma jkunux koperti b’dan il-kriterju ta’ proporzjon, il-korp rappreżentattiv għandu jaħtar membru minn wieħed minn dawk l-Istati Membri, b’mod partikolari l-Istat Membru ta’ l-uffiċċju rreġistrat ta’ l-SCE fejn dan huwa xieraq. Kull Stat Membru jista’ jistabbilixxi l-allokazzjoni tas-siġġijiet li jingħata fi ħdan il-korp amministrattiv jew superviżorju. (e) Kull membru tal-korp amministrattiv jew, fejn xieraq, il-korp superviżorju ta’ l-SCE li jkun ġie elett, maħtur jew irrakkomandat mill-korp rappreżentattiv jew, skond iċ-ċirkostanzi, mill-impjegati għandu jkun membru sħiħ bl-istess drittijiet u obbligazzjonijiet bħall-membri li jirrappreżentaw il-membri tal-kooperattiva, inkluż id-dritt għall-vot. --------------------------------------------------