This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32001D0728
2001/728/EC: Commission Decision of 9 October 2001 amending Decision 92/452/EEC as regards the lists of embryo collection teams and embryo production teams approved in third countries for export of bovine embryos to the Community (Text with EEA relevance) (notified under document number C(2001) 3001)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Ottubru 2001 li tiġi emendata d-Deċiżjoni 92/452/KEE rigward il-listi ta’ kollezzjonijiet ta’ embrijoni u produzzjoni ta’ l-embrijuni approvata f’pajjizi terzi għall-esportazzjoni ta’ embrijuni taċ-ċanga lill-Komunità (notifikata bid-dokument Ċ(2001) 3001)Test b’rilevanza għaż-ŻEE
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Ottubru 2001 li tiġi emendata d-Deċiżjoni 92/452/KEE rigward il-listi ta’ kollezzjonijiet ta’ embrijoni u produzzjoni ta’ l-embrijuni approvata f’pajjizi terzi għall-esportazzjoni ta’ embrijuni taċ-ċanga lill-Komunità (notifikata bid-dokument Ċ(2001) 3001)Test b’rilevanza għaż-ŻEE
ĠU L 273, 16.10.2001, p. 24–25
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 13/02/2008; Impliċitament imħassar minn 32008D0155
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 31992D0452 | Tlestija | anness | DATNOT | |
Modifies | 31992D0452 | Emenda | anness | DATNOT |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Implicitly repealed by | 32008D0155 | 14/02/2008 |
Official Journal L 273 , 16/10/2001 P. 0024 - 0025
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Ottubru 2001 li tiġi emendata d-Deċiżjoni 92/452/KEE rigward il-listi ta’ kollezzjonijiet ta’ embrijoni u produzzjoni ta’ l-embrijuni approvata f’pajjizi terzi għall-esportazzjoni ta’ embrijuni taċ-ċanga lill-Komunità (notifikata bid-dokument Ċ(2001) 3001) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) (2001/728/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/556/KEE tal-25 ta’ Settembru 1989 rigward il-kundizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jinfluwenzaw in-negozju intra-Komunitarju u importazzjoni minn pajjizi terzi ta’ embrijoni ta’ annimali domestiċi tat-tip ċanga [1], hekk kif ġie emendat l-aħħar bid-Deċiżjoni 94/113/KE [2], u b’mod partikolari Artiklu 8 tagħha, Billi: (1) Is-servizzi veterinarji kompetenti ta’ New Zealand ressqu talba għaż-żieda mal-lista, stabbilita mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/452/KEE [3], hekk kif ġiet emendata bid-Deċiżjoni 2001/638/KE [4] ta’ timijiet uffiċċjalment approvati fit-territorji tagħhom għall-esportazzjoni ta’ embrijoni ta’ annimali domestiċi tar-razza bovina lill-Komunità. (2) Garanziji rigward kunsens għad-domanda li ġiet speċifikata f’Artiklu 8 tad-Direttiva 89/556/KEE ġew aċċettati mill-Kummissjoni. (3) F’dak li għandu x’jaqsam mal-Kanada, tim li ġie approvat minn qabel għall-ġbir biss għandu jiġi approvat għall-produzzjoni wkoll fuq domanda ta’ l-awtoritajiet Kanadiżi. (4) Bħala riżultat, id-Deċiżjoni 92/452/KEE għandha tiġi emendata. (5) Il-miżuri li ġew provduti f’din id-Deċiżjoni jaqblu ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 L-Anness tad-Deċiżjoni 92/452/KEE huwa emendat kif ġej: 1. Il-linja ta’ hawn taħt hija miżjuda mal-linji li jikkonċernaw timijiet ta’ New Zealand: "NZ | | NZET 10 | | Marshall u Hicks Veterinary Surgeons 71 Main Street PO Box 77 Otautau | Daryl Peter John Marshall" | 2. Il-linji li jikkonċernaw timijiet Kanadiżi No E 933 ġie mibdul b’dan li ġej: "CA | | E 933 | E 933(FIV) | E.T.E. Inc 3 700 boulevard de 1a Chaudiere suite 100 Ste-Foy, Quebec GIX 2K5 | Dr Louis Picard Dr Marc Dery" | Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, id- 9 t’Ottubru 2001. Għall-Kummissjoni David Byrne Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 302, tad-19.10.1989, p. 1. [2] ĠU L 53, ta’ l-24.2.1994, p. 23. [3] ĠU L 250, tad-29.8.1992, p. 40. [4] ĠU L 223, tat-18.8.2001, p. 24. --------------------------------------------------