Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31990L0384

Id-Direttiva tal-Kunsill ta’ fl-20 ta’ Ġunju 1990 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri fir-rigward ta’ strumenti ta’ l-użin mhux awtomatiċi

ĠU L 189, 20.7.1990, p. 1–16 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 04/05/2009; Imħassar b' 32009L0023

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1990/384/oj

31990L0384

Id-Direttiva tal-Kunsill ta’ fl-20 ta’ Ġunju 1990 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri fir-rigward ta’ strumenti ta’ l-użin mhux awtomatiċi

Official Journal L 189 , 20/07/1990 P. 0001 - 0016
CS.ES Chapter 13 Volume 010 P. 138 - 153
ET.ES Chapter 13 Volume 010 P. 138 - 153
HU.ES Chapter 13 Volume 010 P. 138 - 153
LT.ES Chapter 13 Volume 010 P. 138 - 153
LV.ES Chapter 13 Volume 010 P. 138 - 153
MT.ES Chapter 13 Volume 010 P. 138 - 153
PL.ES Chapter 13 Volume 010 P. 138 - 153
SK.ES Chapter 13 Volume 010 P. 138 - 153
SL.ES Chapter 13 Volume 010 P. 138 - 153


Id-Direttiva tal-Kunsill

ta’ fl-20 ta’ Ġunju 1990

dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri fir-rigward ta’ strumenti ta’ l-użin mhux awtomatiċi

(90/384/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, b’mod partikolari l-Artikolu 100a tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni [1],

B’kooperazzjoni mal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku w Soċjali [3],

Billi, l-Istati Membri għandhom ir-responsabbiltà li jipproteġu l-pubbliku minn riżultati mhux korretti ta’ operazzjonijiet ta’ użin permezz ta’ strumenti li mhumiex awtomatiċi meta dawn jiġu wżati għal ċerti kategoriji ta’ applikazzjonijiet;

Billi, f’kull Stat Membru, dispożizzjonijiet mandatarji jiffissaw b’mod partikolari il-ħtiġiet meħtieġa tar-rendiment ta’ strumenti ta’ użin li mhumiex awtomatiċi billi jispeċifikaw il-ħtiġiet metroloġiċi u tekniċi meħtieġa, flimkien mal-proċeduri ta’ spezzjoni ta’ qabel u ta’ wara l-bidu tas-servizz; billi, dawn id-dispożizzjonijiet mandatarji ma jwasslux neċessarjament għal livelli differenti ta’ protezzjoni minn Stat Membru għal ieħor, imma, bin-nuqqas ta’ qbil bejniethom, ifixklu il-kummerċ fil-Komunità;

Billi, d-dispożizzjonijiet nazzjonali li jiżguraw din il-protezzjoni għandhom jiġu armonizzati sabiex jiggarantixxu il-moviment liberu ta’ strumenti ta’ użin li mhumiex awtomatiċi filwaqt li jiżguraw il-livell ġġustifikat ta’ protezzjoni fil-Komunità;

Billi, l-leġislazzjoni tal-Komunità kif inhi fil-preżent tippovdi li, għalkemm waħda mir-regoli fondamentali tal-Komunità hija dik tal-moviment liberu ta’ oġġetti, l-ostakoli għall-moviment intra-Komunitarju li jirriżultaw min-nuqqas ta’ qbil bejn il-liġijiet nazzjonali fuq l-użu ta’ prodotti għandhom jiġu aċċettati sakemm il-dispożizzjonijiet ta’ dawk il-liġijiet nazzjonali jiġu meqjusa bħala neċessarji biex jiżguraw li l-prodotti kkonċernati jissodisfaw il-kondizzjonijiet essenzjali; billi fil-każ preżenti, l-armonizzazzjoni tal-liġijiet għandha tkun illimitata għal dawk id-dispożizzjonijiet meħtieġa biex jiżguraw li strumenti ta’ l-użin li mhumiex awtomatiċi jissodisfaw il-ħtiġiet metroloġiċi u ta’ rendiment essenzjali; billi, għaliex huma essenzjali, dawn il-ħtiġiet għandhom jissostitwixxu d-dispożizzjonijiet nazzjonali li jikkorrespondu;

Billi, għaldaqstant, din id-Direttiva, fiha biss ħtiġiet mandatarji u essenzjali; billi, biex tiffaċilita il-prova ta’ konformità mal-kundizzjonjiet essenzjali, hemm bżonn li jkun hemm standards armonizzati fuq livell Ewropew, b’mod partikolari fil-qasam tal-karatteristiċi metroloġiċi, ta’ disinn u ta’ kostruzzjoni, sabiex dawk l-istrumenti li jikkonformaw ma’ dawn l-istandards armonizzati jkunu jistgħu jiġu kkunsidrati bħala konformi mal-ħtiġiet essenzjali; billi dawn l-istandards, armonizzati fuq livell Ewropew jiġu miktuba minn korpi privati u għandhom jibqgħu f’test mhux mandatarju; billi, għal dan il-għan il-Kumitat Ewropew ta’ Standardizzazzjoni (CEN) u l-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (Cenelec) huma rrikonoxxuti bħala l-korpi kompetenti għall-adozzjoni ta’ standards armonizzati skond il-gwidi ġenerali miktuba għall-kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u dawk iż-żewġ korpi ffirmati nhar it-13 ta’ Novembru 1984; billi, fit-tifsira ta’ din id-Direttiva, standard armonizzat huwa speċifikazzjoni teknika (standard jew dokument armonizzat Ewropew) adottat minn wieħed jew miż-żewġ partijiet fuq mandat tal-Kummissjoni skond il-Direttiva tal-Kunsill 83/189/KEE tat-28 ta’ Marzu 1983 li tistabbilixxi l-proċedura għall-provvediment ta’ informazzjoni fil-qasam ta’ standards u regolamenti tekniċi [4], kif emendati bid-Direttiva 88/182/KEE [5], u l-linji ta’ gwida ġenerali hawn fuq imsemmija;

Billi, l-istima tal-konformità mad-dispożizzjonijiet metroloġiċi u tekniċi relevanti hija meħtieġa biex tipprovdi protezzjoni effettiva għall-utenti u għall-partijiet terzi; billi, l-proċeduri ta’ stima eżistenti ta’ konformità huma differenti minn Stat Membru għall-ieħor; billi, biex jiġu evitati stimi multipli ta’ konformità, li huma fil-fatt ostakoli għall-moviment liberu ta’ strumenti, għandhom isiru arranġamenti għar-rikonoxximent reċiproku ta’ proċeduri ta’ stima tal-konformità bejn l-Istati Membri; billi, biex jiġi ffaċilitat ir-rikonoxximent reċiproku ta’ proċeduri ta’ stima tal-konformità, għandhom jiġu stabbiliti proċeduri armonizzati Komunitarji, flimkien ma’ kriterji armonizzati għall-ħatra ta’ korpi responsabbli għat-twettieq ta’ xogħlijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ proċeduri ta’ stima tal-konformità;

Billi huwa għaldaqstant essenzjali li jiġi żgurat li dawn il-korpi maħtura jiżguraw livell għoli ta’ kwalità fil-Komunità;

Billi l-preżenza ta’ strument ta’ użin li mhuwiex awtomatiku tal-marka ta’ konformità tal-KEE jew ta’ l-istiker li fiha l-ittra "M" tindika li hemm preżunzjoni li dan jissodisfa d-disposizzjonijiiet ta’ din id-Direttiva u li għaldaqstant, ma jkunx hemm bżonn li jiġu ripetuti l-valutazzjonijiet ta’ konformità li diġà jkunu saru;

Billi, l-miżuri li għandhom l-għan li jiġi stabbilit b’mod gradwali s-suq intern għandhom jiġu adottati mill-31 ta’ Diċembru 1992; billi, s-suq intern huwa magħmul minn żona mingħajr fruntieri interni li fiha l-movement liberu ta’ oġġetti, persuni, servizzi u kapital huwa garantit,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

IL-KAPITOLU I

Il-kamp ta’ l-applikazzjoni, it-tqegħid fis-suq, il-moviment liberu

L-Artikolu 1

1. Strument ta’ użin huwa identifikat bħala strument ta’ kejl li jservi sabiex jistabbilixxi l-massa ta’ oġġett billi juża l-azzjoni tal-gravità fuq dak l-oġġett. Strument ta’ użin jista’ wkoll iservi biex jistabbilixxi daqsijiet, kwantitajiet, parametri jew karatteristiċi oħra li huma relatati mal-massa.

Strument ta’ użin li mhuwiex awtomatiku huwa definit bħala strument ta’ użin li għandu bżonn l-intervent ta’ operatur waqt l-użin.

Din id-Direttiva tapplika għall-istrumenti kollha li mhumiex awtomatiċi, minn hawn aktar ’l quddiem imsejħa "strumenti".

2. F’din id-Direttiva issir distinzjoni bejn żewġ kategoriji ta’ użu ta’ strumenti:

(a) 1. id-determinazzjoni tal-massa għal transazzjonijiet kummerċjali;

2. id-determinazzjoni tal-massa għall-kalkolazzjoni ta’ nollijiet, tariffi, taxxa, bonus, penali, rimunerazzjoni, indennità jew tip simili ta’ pagament;

3. id-determinazzjoni tal-massa għall-applikazzjoni tal-liġijiet jew tar-regolamenti; opinjoni esperta mogħtija fi proċeduri tal-qorti;

4. id-determinazzjoni tal-massa fil-prattika tal-mediċina, għall-użin ta’ pazjenti għal għanijiet ta’ osservazzjoni, dijanjosi u trattament mediku;

5. id-determinazzjoni tal-massa sabiex isiru mediċini fuq preskrizzjoni fi spiżeriji u l-istabbiliment tal-massa f’analiżi mwettqa ġewwa laboratorji mediċi u farmaċewtiċi;

6. id-determinazzjoni ta’ prezz fuq il-bażi tal-massa għall-għan ta’ bejgħ dirett lill-pubbliku u għall-manifattura ta’ imballaġġ qabel il-bejgħ;

(b) l-applikazzjonijiet kollha għajr dawk elenkati f’punt 2(a) ta’ dan l-Artikolu.

L-Artikolu 2

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu kull pass meħtieġ sabiex jiżguraw illi strumenti ma jkunux jistgħu jitpoġġew fis-suq jekk ma jissodisfawx il-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva li japplikaw għalihom.

2. L-Istati Membri għandhom jieħdu kull pass meħtieġ biex jiżguraw li l-istrumenti ma jintużawx għall-iskopijiet li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1(2)(a), sakemm dawn ma jissodisfawx il-kundizzjonjiet ta’ din id-Direttiva li japplikaw għalihom.

L-Artikolu 3

L-istrumenti wżati għall-applikazzjonijiet elenkati fl-Artikolu 1(2)(a) għandhom jissodisfaw il-ħtiġiet essenzjali stabbiliti fl-Anness I.

F’każijiet fejn l-istrument jinkludi jew huwa kkonnettjati ma’ strumenti li mhumiex użati għall-applikazzjonijiet elenkati fl-Artikolu 1(2)(a), dawn l-istrumenti m’għandhomx ikunu soġġetti għall-ħtiġiet essenzjali.

L-Artikolu 4

1. L-Istati Membri m’għandhomx jimpedixxu t-tqegħid fis-suq ta’ strumenti li jissodisfaw il-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva li japplikaw għalihom.

2. L-Istati Membri m’għandhomx jimpedixxu it-tqegħid fis-servizz għall-iskopijiet li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1(2)(a) ta’ strumenti li jissodisfaw il-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva, li japplikaw għalihom.

L-Artikolu 5

1. L-Istati Membri għandhom jippreżumu l-konformità mal-ħtiġiet essenzjali li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 3, fir-rigward ta’ strumenti li jissodisfaw l-istandards nazzjonali rilevanti li jimplimentaw l-istandards armonizzati li jissodisfaw il-ħtiġiet essenzjali li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 3.

2. Il-Kummissjoni għandha tippubblika r-referenzi ta’ l-istandards armonizzati li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1 fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

L-Istati Membri għandhom jippubblikaw ir-referenzi ta’ l-istandards nazzjonali li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1.

L-Artikolu 6

Meta Stat Membru jew il-Kummissjoni tikkonsidra li l-istandards armonizzati li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 5(1) ma jissodisfawx il-ħtiġiet essenzjali li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 3, il-Kummissjoni jew l-Istat Membru konċernat għandu jippreżenta l-każ quddiem il-Kumitat Permanenti stabbilit taħt id-Direttiva 83/189/KEE, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ "il-Kumitat", billi jagħti r-raġunijiet għalfejn qiegħed jagħmel dan. Il-Kumitat għandu jagħti opinjoni mingħajr dewmien.

Fid-dawl ta’ l-opinjoni tal-Kumitat, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri, kemm jekk ikun hemm bżonn kif ukoll jekk le, li jiġu rtirati dawk l-istandards mill-pubblikazzjonijiet li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 5(2).

L-Artikolu 7

1. Meta Stat Membru jikkonsidra illi strumenti li għandhom il-marka ta’ konformità tal-KE li hemm referenza għaliha fl-Anness 2, taqsimiet 2, 3 u 4, ma jissodisfawx il-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva meta dawn jiġu installati b’mod korrett u wżati għall-iskopijietli għalihom huma intenzjonati, huwa għandu jieħu l-miżuri xierqa sabiex ineħħi dawk l-istrumenti mis-suq jew li jipprojbixxi jew jirrestrinġi li dawn jibdew jitħaddmu jew/u milli dawn jitpoġġew fis-suq.

L-Istat Membru konċernat għandu jinforma minnufih lill-Kummissjoni b’din il-miżura, u jindika r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu, u b’mod partikolari jekk in-nuqqas ta’ konformità hijiex minħabba:

(a) nuqqas li jintlaħqu l-ħtiġiet essenzjali li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 3, fejn strumenti ma jissodisfawx l-istandards li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 5(1);

(b) applikazzjoni mhux korretta ta’ l-istandards li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 5(1);

(ċ) nuqqasijiet fl-istandards infushom, li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 5(1).

2. Il-Kummissjoni għandha tidħol f’konsultazzjonijiet mal-partijiet konċernati fl-inqas żmien possibbli.

Wara dawn il-konsultazzjonijiet, il-Kummissjoni għandha tinforma immedjatament lill-Istat Membru, li jkun ħa l-azzjoni, bir-riżultat. Jekk issib illi l-miżura meħuda hija ġġustifikata, għandha tinforma immedjatament lill-Istati Membri.

Jekk id-deċiżjoni tkun attribwita għal nuqqasijiet fl-istandards, il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta mal-partijiet konċernati, għandha tippreżenta l-każ quddiem il-Kumitat fi żmien xahrejn, jekk l-Istat Membru li ħa l-miżuri ikollu l-ħsieb li jżommhom, u għandha sussegwentement tibda l-proċeduri li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 6.

3. Meta strument li ma jissodisfax il-kriterji ta’ konformità jkollu l-marka ta’ konformità tal-KE, l-Istat Membru kompetenti, għandu jieħu azzjoni addattata kontra min ikun waħħal din il-marka, ikun min ikun, u għandu jinforma b’dan lill-Kummissjoni u lill-Istat Membri l-oħra.

4. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-Istati Membri jkunu infurmati bil-progress u bir-riżultat ta’ din il-proċedura.

IL-KAPITOLU II

Stima tal-konformità

L-Artikolu 8

1. Il-konformità ta’ l-istrumenti mal-ħtiġiet essenzjali stabbiliti fl-Anness I jistgħu jiġu ċċertifikati b’waħda minn dawn il-proċeduri skond kif magħżul mill-applikant:

(a) eżaminazzjoni tat-tip tal-KE kif hemm referenza għaliha fl-Anness II.1, segwita jew bid-dikjarazzjoni ta’ konformità tat-tip tal-KE (garanzija tal-kwalità tal-produzzjoni) kif hemm referenza għaliha fl-Anness II.2, jew bil-verifikazzjoni tal-KE kif stabbilit fl-Anness II.3.

Madankollu, l-eżaminazzjonijiet tat-tip tal-KE m’għandhomx ikunu obbligatorji għal strumenti li ma jużawx strumenti elettroniċi u li l-apparat ta’ użin tal-massa tagħhom ma jużax molla sabiex jikkalkula t-tagħbija;

(b) verifika tal-unit tal-KE kif hemm referenza għaliha fl-Anness II.4.

2. Id-dokumenti u l-korrispondenza li għandhom x’jaqsmu mal-proċeduri li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1 għandhom jiġu abbozzati fil-lingwa uffiċjali ta’ l-Istat Membru fejn għandhom isiru l-proċeduri msemmija, jew b’lingwa aċċettata mil-korp kompetenti.

3. Jekk l-istrumenti huma soġġetti għal Direttivi oħrajn tal-Komunità li jikkonċernaw aspetti oħra, il-marka tal-KE msemmija fl-Artikolu 10, għandha tindika, f’dawn il-każijiet, illi l-istrumenti jissodisfaw ukoll il-ħtiġiet tad-Direttivi l-oħra.

L-Artikolu 9

1. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bil-korpi li huma jkunu ħatru biex iwettqu ix-xogħol relatat mal-proċedura li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 8, ix-xogħlijiet speċifiċi li kull korp ikun ġie maħtur għalihom u l-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-korpi magħżula.

Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-lista ta’ dawn il-korpi nnotifikati, flimkien max-xogħol li għalih huma ġew maħtura, fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u għandha tiggarantixxi li l-lista tiġi aġġornata.

2. L-Istati Membri għandhom japplikaw il-kriterji minimi stabbilti fl-Anness V għall-korpi magħżula. Għandu jkun hemm il-preżunzjoni li l-korpi li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti mill-istandards armonizzati rilevanti jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Anness V.

3. Stat Membru li jkun ħatar korp għandu jikkanċella l-ħatra jekk dan ma jibqax jissodisfa l-kriterji għall-ħatra tiegħu li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 2. L-Istat Membru għandu jinforma minnufih lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni b’dan u għandu jirtira n-notifika.

IL-KAPITOLU III

Il-marka tal-konformità u l-iskrizzjonijiet tal-KE

L-Artikolu 10

1. Il-marka tal-konformità tal-KE u d-data supplimentari meħtieġa hekk kif deskritta fl-Anness IV.1 għandha titwaħħal b’mod li tkun tinqara b’mod ċar, li tista’ tinqra faċilment u f’forma li ma tistax titħassar fuq strumenti li għalihom ġiet stabbilita l-konformità tal-KE.

2. L-iskrizzjonijiet li hemm referenza għalihom fl-Anness IV.2 għandhom jitwaħħlu ma’ l-istrumenti l-oħra kollha, b’tali mod li jkunu jidhru b’mod ċar, jinqraw faċilment u f’forma li ma tistax titħassar.

3. It-twaħħil ta’ marki, li għandhom tendenza li jiġu mfixkla mal-marka ta’ konformità tal-KE, fuq l-istrumenti, għandu jkun projbit.

L-Artikolu 11

Fejn jiġi stabbilit illi l-marka ta’ konformità tal-KE ġiet imwaħħla ma’ strumenti bi żball:

- li ma jkunux konformi ma’ l-istandards li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 5(1), fejn il-manifattur ikun għażel li jimmanifattura strumenti li jikkonformaw ma’ dawn l-istandards,

- li ma jkunux konformi ma’ tip approvat,

- li jikkonformaw ma’ tip approvat li ma jissodisfax il-ħtiġiet essenzjali li japplikaw għalih,

- fir-rigward ta’ liema il-manifattur ikun naqas milli jonora l-obbligi tiegħu skond id-dikjarazzjoni tal-konformità tat-tip tal-KE (garanzija tal-kwalità ta’ produzzjoni),

il-korp kompetenti notifikat, għandu, fejn ikun hemm bżonn, jirtira l-approvazzjoni tat-tip tal-KE u/jew l-approvazzjoni tas-sistema ta’ kwalità. L-irtirar ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE għandu jkollha l-effett li tipprojbixxi s-sottomissjoni għall-verifika tal-KE u d-dikjarazzjoni tal-konformità tat-tip tal-KE (garanzija tal-kwalità tal-produzzjoni).

L-Artikolu 12

Meta strument li huwa wżat għal kwalunkwe waħda mill-applikazzjonijiet li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1(2)(a) jinkludi jew ikun konness ma’ strumenti li ma ġewx soġġetti għall-stima tal-konformità kif imsemmi fl-Artikolu 8, kull wieħed minn dawn l-istrumenti għandu juri s-simbolu li jillimita l-użu tiegħu kif hemm definit fl-Anness IV.3. Dan is-simbolu għandu jitwaħħal ma’ l-istrument b’mod li jidher ċar u b’mod li ma jitħassarx.

IL-KAPITOLU IV

Disposizzjonijiet finali

L-Artikolu 13

L-Istati Membri għandhom jieħdu kull pass biex jiżguraw illi l-istrumenti li juri l-marka tal-KE li tiggarantixxi l-konformità mal-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva jkomplu jkunu konformi ma’ dawn il-ħtiġiet.

L-Artikolu 14

Kull deċiżjoni meħuda skond din id-Direttiva u li tirriżulta f’restrizzjonijiet fuq il-bidu tat-tħaddim ta’ strument għandha tiddikjara r-raġunijiet eżatti li fuqhom tkun bbażata. Deċiżjoni bħal din, għandha tiġi nnotifikata mingħajr dewmien lill-parti konċernata, li għandha fl-istess ħin tiġi nformata bir-rimedji ġudizzjarji li huma disponibbli għaliha taħt il-liġi fis-seħħ fl-Istat Membru konċernat u fuq il-limiti ta’ żmien li huma soġġetti għalihom dawn ir-rimedji.

L-Artikolu 15

1. L-Istati Membri għandhom, qabel l-1 ta’ Lulju 1992, jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex tiġi segwita din id-Direttiva. Huma għandhom jinfurmaw b’dan lill-Kummissjoni minnufiħ.

2. L-Istati Membri għandhom japplikaw dawn il-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Jannar 1993.

3. Madankollu, permezz ta’ deroga minn paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom jippermettu matul perjodu ta’ 10 snin mid-data li fiha japplikaw id-dispożizzjonijiet li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1, it-tqegħid fis-suq u/jew it-tħaddim ta’ strumenti li huma konformi mar-regoli fis-seħħ qabel din id-data.

4. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni kull test tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

5. Id-Direttiva 73/360/KEE għandha tiġi revokata mill-1 ta’ Jannar ta’ 1993, għajr fil-każ ta’ l-applikazzjoni ta’ paragrafu 3.

L-Artikolu 16

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fil-Lussemburgu, fl-20 ta’ Ġunju 1990.

Għall-Kunsill

Il-President

D.J. O’Malley

[1] ĠU C 55, ta’ l-4.3.1989, p. 6, u ĠU C 297, tal-25.11.1989, p. 13.

[2] ĠU C 158, tas-26.6.1989, p. 221, u ĠU C 149, tat-18.6.1990.

[3] ĠU C 194, tal-31.7.1989, p. 1.

[4] ĠU L 109, tas-26.4.1983, p.8.

[5] ĠU L 81, tas-26.3.1988, p. 75.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

Il-ħtiġiet essenzjali li l-istrumenti għandhom jissodisfaw li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1(2)(a) huma mogħtija hawn taħt. It-terminoloġija wżata hija dik ta’ l-Organisation Internationale de Métrologie Légale.

Osservazzjoni preliminari

Meta strument jinkludi jew ikun konness ma’ iktar minn strument indikatur jew stampatur wieħed, użat għall-applikazzjonijiet elenkati fl-Artikolu 1(2)(a), dawk l-istrumenti li jirrepetu r-riżultati ta’ l-operazzjoni ta’ użin u li ma jistgħux jinfluwenzaw it-tħaddim kif suppost ta’ l-istrument, m’għandhomx ikunu soġġetti għall-ħtiġiet essenzjali, jekk ir-riżultati ta’ l-użin jiġu stampati jew u irrikordjati b’mod korrett u b’mod li ma jitħassarx minn parti ta’ l-istrument li jissodisfa l-ħtiġiet essenzjali, u r-riżultati jkunu aċċessibbli għaż-żewġ partijiet konċernati mill-kejl. Madankollu, l-istrumenti wżati għall-bejgħ dirett lill-pubbliku, strumenti ta’ wiri u ta’ stampar għall-bejjiegħ u għall-konsumatur, għandhom jissodisfaw il-ħtiġiet essenzjali.

ĦTIĠIET METROLOĠIĊI

1. Unitajiet tal-massa

L-unitajiet tal-massa użati għandhom ikunu l-unitajiet legali skond it-tifsira tad-Direttiva 80/181/KEE [1], kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 85/1/KEE [2].

Soġġetti għall-konformità ma’ din il-kundizzjoni, jistgħu jintużaw l-unitajiet li ġejjin:

- unitajiet SI: kilogramm, mikrogramm, milligramm, gramm, tunnellata,

- unitajiet Imperjali: libbra, uqija (avoirdupois), uqija Troy,

- unitajiet oħra mhux SI: carat mettriku, għall-użin ta’ ħaġar prezzjuż.

Għal strumenti li jużaw l-unitajiet Imperjali msemmija hawn fuq, il-ħtiġiet essenzjali rilevanti speċifikati hawn taħt, għandhom jiġu maqlubin għall-imsejħa unitajiet Imperjali, bl-użu ta’ interpolazzjoni sempliċi.

2. Klassijiet ta’ preċiżjoni

2.1. Ġew definiti l-klassijiet ta’ preċiżjoni li ġejjin:

I speċjali

II għolja

III medja

IIII ordinarja

L-ispeċifikazzjonijiet ta’ dawn il-klassijiet huma mogħtija fit-Tabella 1

IT-TABELLA 1

Klassijiet ta’ preċiżjoni

Klassi | Intervall ta’ l-iskala tal-verifika (e) | Kapacità minima (Min) | Numru ta’ intervalli ta’ l-iskala tal-verifika n = Maxe |

| | Valur minimu | Valur minimu | Valur massimu |

I | 0,001 | g ≤e | 100e | 50000 | — |

II | 0,001 | g ≤e ≤ 0,005g | 20e | 100 | 100000 |

0,1 | g ≤ e | 50e | 5000 | 100000 |

III | 0,1 | g ≤e ≤ 2g | 20e | 100 | 10000 |

5 | g ≤ e | 20e | 500 | 10000 |

IIII | 5 | g ≤ e | 10e | 100 | 1000 |

Il-kapaċità minima hija mnaqqsa għal 5e għal strumenti fi klassijiet II u III biex tiġi stabbilita tariffa ta’ trasferiment.

2.2. Intervalli fl-iskala

2.2.1. L-intervall fl-iskala attwali (d) u l-verifika ta’ l-intervall fl-iskala (e) għandu jkun fil-forma:

1×10k, 2×10k, or 5×10k unitajiet tal-massa,

k huwa kull numru sħiħ jew żero.

2.2.2. Għall-istrumenti kollha għajr dawk bi strumenti indikattivi awżiljari:

d = e

2.2.3. Għall-istrumenti bi strumenti indikattivi awżiljari, japplikaw il-ħtiġiet li ġejjin:

e = 1×10k g

d < e ≤ 10 d

għajr għal strumenti ta’ klassi I bi d < 10-4 g, li għalihom e = 10-3 g.

3. Klassifika

3.1. Strumenti bi skala waħda ta’ użin

L-istrumenti mgħammra bi strumenti indikattivi awżiljari għandhom jiffurmaw parti minn klassi I jew klassi II. Għal dawn l-istrumenti l-limiti l-aktar baxxi tal-kapaċità minima għal dawn iż-żewġ klassijiet jistgħu jiġu miksuba mit-Tabella 1 billi wieħed jissostitwixxi, fil-kolonna 3, l-intervall ta’ l-iskala ta’ verifika (e) bl-intervall attwali ta’ l-iskala (d).

Jekk d < 10-4 g, il-kapaċità massima tal-klassi 1 jista’ jkun inqas minn 50000e.

3.2. Strumenti bi skali multipli ta’ użin

Huma permessi skali mutipli ta’ użin, sakemm dawn ikunu indikati b’mod ċar fuq l-istrument. Kull skala ta’ użin individwali hija kklassifikata skond 3.1. Jekk l-iskala ta’ użin taqa’ taħt klassijiet differenti ta’ preċiżjoni, l-istrument għandu jkun konformi ma’ l-aktar ħtiġiet stretti li japplikaw għall-klassijiet ta’ preċiżjoni li fihom jaqgħu l-iskali ta’ użin.

3.3. Strumenti ta’ aktar minn intervall wieħed

3.3.1. Strumenti bi skala ta’ użin waħda jista’ jkollhom bosta skali ta’ użin parzjali (strumenti b’aktar minn intervall wieħed).

Strumenti b’aktar minn intervall wieħed ma jistax ikollhom strument indikatur awżiljari.

3.3.2. Kull skala ta’ użin parzjali 1 ta’ strumenti b’aktar minn intervall wieħed hija definita kif ġej:

—l-intervall ta’ l-iskala tal-verifika tiegħu ei | b’ | e(i + 1)i | > e |

—il-kapaċità massima Maxi | b’ | Maxr | = Max |

—il-kapaċità minima Mini | b’ | Mini | = Max (i - 1) |

u | Min1 | = Min |

fejn:

i = 1, 2,… r,

i = numru ta’ l-iskala ta’ l-użin parzjali,

r = in-numru totali ta’ l-iskali ta’ użin parzjali.

Il-kapaċitajiet kollha huma kapaċitajiet ta’ użin nett, irrispettivament mill-valur ta’ kull tara użata.

3.3.3. L-iskali ta’ użin parzjali huma kklassifikati skond it-Tabella 2. L-iskali kollha ta’ użin parzjali għandhom jaqgħu taħt l-istess klassi ta’ preċiżjoni, din il-klassi tkun il-klassi ta’ preċiżjoni ta’ dak l-istrument.

IT-TABELLA 2

Strumenti ta’ aktar minn intervall wieħed

i = 1, 2,… r

i = numru ta’ l-iskala ta’ użin parzjali

r = in-numru totali ta’ l-iskali ta’ użin parzjali

Klassi | Intervall ta’ l-iskala ta’ verifika (e) | Kapacità minima (Min) | Numru ta’ intervalli ta’ l-iskala ta’ verifika |

| | Valur minimu | Valur minimu [3] n = Maxiei + 1 | Valur massimu n = Maxiei |

I | 0,001 | g ≤ei | 100ei | 50000 | — |

II | 0,001 | g ≤ei ≤ 0,05g | 20ei | 5000 | 100000 |

0,1 | g ≤ ei | 50ei | 5000 | 100000 |

III | 0,1 | g ≤ ei | 20ei | 500 | 10000 |

IIII | 5 | g ≤ ei | 10ei | 50 | 1000 |

4. Preċiżjoni

4.1. Kif wieħed jimplimenta l-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 8, l-iżball ta’ l-indikazzjoni m’għandux ikun aktar mill-iżball massimu permissibbli ta’ l-indikazzjoni kif jidher fit-Tabella 3. Fil-każ ta’ indikazzjoni diġitali, l-iżball ta’ l-indikazzjoni għandu jiġi korrett għall-iżball aġġustat.

L-iżbalji massimi permissibbli japplikaw għall-valur nett u tat-tara għal kull tagħbija possibli, minbarra l-valuri tat-tara stabbiliti minn qabel.

IT-TABELLA 3

Żbalji massimi permissibbli

Tagħbija | Żball massimu permess |

Klassi I | Klassi II | Klassi III | Klassi IIII |

| | | | | | | | | | | | | | | | | | | |

0 | | ≤ m ≤ | 50000 | e | 0 | | ≤ m ≤ | 5000 | e | 0 | | ≤ m ≤ | 500 | e | 0 | | ≤ m ≤ | 50 | e | ± 0,5 e |

50000 | e | < m ≤ | 200000 | e | 5000 | e | < m ≤ | 20000 | e | 500 | e | < m ≤ | 2000 | e | 50 | e | < m ≤ | 200 | e | ± 1,0 e |

200000 | e | < m | | | 20000 | e | < m ≤ | 100000 | e | 2000 | e | < m ≤ | 10000 | e | 200 | e | < m ≤ | 1000 | e | ± 1,5 e |

4.2. L-iżbalji massimi permissibbli fit-tħaddim huma d-doppju ta’ l-iżbalji massimi permessibbli stabbiliti fit-taqsima 4.1.

5. Ir-riżultati ta’ l-użin ta’ strument għandhom ikunu jistgħu jiġu repetuti, u għandhom ikunu riproduċibbli minn strumenti oħra indikattivi wżati u b’metodi oħra ta’ użin wżati.

Ir-riżultati ta’ l-użin għandhom ikunu insensittivti biżżejjed għal bidliet fil-pożizzjoni tal-massa fuq ir-riċevitur tat-tagħbija.

6. L-istrument għandu jirreaġixxi għal varjazzjonijiet żgħar fit-tagħbija.

7. Kwantitajiet ta’ influwenza u ħin

7.1. L-istrumenti tal-klassijiet II, III u IIII, li jistgħu jintużaw f’pożizzjoni inklinata, għandhom ikunu insensittivi biżżejjed għall-grad ta’ inklinazzjoni li jista’ jeżisti f’kondizzjoni normali ta’ installazzjoni.

7.2. L-istrumenti għandhom jissodisfaw il-ħtiġiet metroloġiċi fl-iskala ta’ temperatura speċifikata mill-manifattur. Il-valur ta’ din l-iskala għandu jkun ta’ l-anqas ugwali għal:

5 °C għal strument tal-klassi I,

15 °C għal strument tal-klassi II,

30 °C għal strument tal-klassijiet III jew IIII.

Fin-nuqqas ta’ speċifikazzjoni tal-manifattur, tapplika l-iskala tat-temperatura ta’ bejn -10 oĊ sa + 40 oĊ.

7.3. L-istrumenti mħaddmin mill-mains ta’ l-elettriku għandhom jissodisfaw il-ħtiġiet metroloġiċi taħt il-ħtiġiet tal-provvista ta’ l-enerġija fil-limiti tal-flutwazzjonijiet normali.

L-istrumenti li jaħdmu bl-enerġija ta’ batterija għandhom jindikaw kull meta l-vultaġġ jinżel taħt il-valur minimu neċessarju u għandhom, f’dawn iċ-ċirkostanzi, jew ikomplu jaħdmu b’mod korrett jew jintfew b’mod awtomatiku.

7.4. Strumenti elettroniċi, għajr dawk tal-klassi I u fil-każ ta’ dawk fil-klassi II jekk e hija inqas minn 1 g, għandhom jissodisfaw il-ħtiġiet metroloġiċi taħt ħtiġiet ta’ umdità relattivament għolja fil-limitu l-aktar għoli ta’ l-iskala ta’ temperaturi tagħhom.

7.5. It-tpoġġija ta’ tagħbija fuq strument tal-klassijiet II, III jew IIII għal perjodu twil ta’ ħin għandu jkollu effetti negliġibbli fuq l-indikazzjoni tal-massa jew fuq l-indikazzjoni żero, immedjatement wara li titneħħa t-tagħbija.

7.6. Taħt kondizzjonijiet oħra, l-istrumenti għandhom jew jibqgħu jaħdmu b’mod korret jew jintfew b’mod awtomatiku.

DISINN U KOSTRUZZJONI

8. Ħtiġiet ġenerali

8.1. Id-disinn u l-kostruzzjoni ta’ l-istrumenti għandha tkun tali li l-istrumenti jżommu l-kwalitajiet metroloġiċi tagħhom meta dawn jintużaw u jiġu installati b’mod korrett, u meta jintużaw fl-ambjent li kienu maħsuba għalih. Il-valur tal-massa għandu jiġi indikat.

8.2. Meta l-istrumenti elettroniċi jkunu esposti għal interruzzjonijiet, dawn m’għandhomx juru l-effetti ta’ ħsarat sinnifikanti jew inkella għandhom josservawhom u jindikawhom b’mod awtomatiku.

Fuq osservazzjoni awtomatika ta’ ħsara sinnifikanti, l-istrumenti elettroniċi għandhom jipprovdu allarm viżwali jew li jista’ jinstema’ li jibqa’ għaddej sakemm min ikun qiegħed juża’ l-istrument jieħu azzjoni ta’ korrezzjoni jew sakemm titlaq il-ħsara.

8.3. Il-ħtiġiet ta’ 8.1 u 8.2 għandhom jiġu sodisfatti fuq perjodu ta’ żmien li huma normali meta wieħed iżomm f’moħħu l-għan li l-istrumenti kienu maħsubin għalih.

Strumenti elettroniċi diġitali għandhom dejjem jeżerċitaw kontroll adegwat ta’ l-operazzjoni korretta tal-proċess ta’ użin, tal-faċilità indikattiva u tal-ħażna tad-data u tat-trasferiment tad-data.

Fuq osservazzjoni awtomatika ta’ ħsara sinnifikanti fuq tul taż-żmien, l-istrumenti elettroniċi għandhom jipprovdu allarm viżwali jew li jista’ jinstema’ li jibqa’ għaddej sakemm min ikun qiegħed juża’ l-istrument jieħu azzjoni ta’ korrezzjoni jew sakemm l-iżball ma jibgħax hemm.

8.4. Meta tagħmir estern jiġi mqabbad ma’ strument elettroniku permezz ta’ ċirkwit ta’ l-elettriku adattat, il-kwalitajiet metroloġiċi ta’ l-istrumenti m’għandhomx jiġu affettwati b’mod kontra.

8.5. L-istrumenti m’għandhomx ikollhom karatteristiċi li jistgħu jiffaċilitaw l-użu bi frodi ta’ l-istrument, filwaqt li l-possibilitajiet għal użu ħażin mhux intenzjonat għandhom ikunu minimi. Il-komponenti li m’għandhomx jiġu żarmati jew aġġustati mill-utent għandhom ikunu protetti minn dawn it-tipi ta’ azzjonijiet.

8.6. L-istrumenti għandhom ikunu ddisinnjati b’tali modi li jippermettu eżekuzzjoni fil-pront tal-kontrolli statutorji stabbiliti f’din id-Direttiva.

9. Indikazzjoni tar-riżultati ta’ l-użin u valuri oħra ta’ użin

L-indikazzjoni tar-riżultati ta’ użin u valuri oħra ta’ użin għandhom ikunu preċiżi, mhux ambigwi u li jiggwidaw tajjeb u l-istrument indikatur għandu jippermetti li l-indikazzjoni tinqara b’mod faċli taħt kondizzjonijiet ta’ użu normali.

L-ismijiet u s-simboli ta’ l-unitajiet li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1 ta’ l-Anness għandhom ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 80/181/KEE [4] biż-żieda tas-simbolu għall-carat metriku li għandu jkun is-simbolu "ct".

L-indikazzjoni m’għandiex tkun possibbli ’l fuq mill-kapaċità massima (Max), miżjuda b’9e.

Strument indikattiv awżiljari huwa permess biss fuq in-naħa tal-lemin tal-marka deċimali. Strument indikattiv estiż jista’ jiġi wżat biss b’mod temporanju, u m’għandux ikun jista’ jsir stampar matul it-tħaddim tiegħu.

Indikazzjonijiet sekondarji jistgħu jiġu murija, sakemm dawn ma jkunux jistgħu jiġu interpretati bħala indikazzjonijiet primarji.

10. Stampar tar-riżultat ta’ l-użin u valuri oħra ta’ piż

Ir-riżultati stampati għandhom ikunu korretti, identifikati b’mod xieraq u mhux ambigwi. L-istampar għandu jkun ċar, leġġibbli, ma jistax jitħassar u li jżomm maż-żmien.

11. Invellar

Fejn ikun xieraq, l-istrumenti għandhom ikunu installati bi strument ta’ invellar u indikatur tal-livell, li jkunu sensittivi biżżejjed li jippermettu installazzjoni xieraqa.

12. Immarkar preċiż taż-żero (zeroing)

L-istrumenti jista’ jkollhom strumenti ta’ mmarkar preċiż taż-żero (zeroing). L-operazzjonijiet ta’ dawn l-istrumenti għandhom jirriżultaw fl-immarkar preċiż taż-żero u m’għandhomx iwasslu għal riżultati ta’ kejl mhux korretti.

13. Strumenti tat-tara u strumenti tat-tara ssettjati minn qabel

L-istrumenti jista’ jkollhom strument tat-tara wieħed jew aktar jew strumenti tat-tara ssettjati minn qabel. L-operazzjonijiet ta’ dawn l-istrumenti tat-tara għandhom jirriżultaw fl-immarkar preċiż taż-żero u għandhom iwasslu għal użin nett korrett. L-operazzjoni ta’ l-istrument tat-tara ssettjat minn qabel għandha tiżgura l-kalkolazzjoni korretta tal-valur nett ikkalkulat.

14. Strumenti għall-bejgħ dirett lill-pubbliku b’kapaċità massima ta’ mhux aktar minn 100kg: ħtiġiet addizzjonali

L-istrumenti għall-bejgħ dirett lill-pubbliku għandhom juru l-informazzjoni essenzjali kollha dwar il-proċess ta’ użin u, fil-każ ta’ strumenti li jindikaw il-prezz, dawn għandhom juru b’mod ċar lill-konsumatur il-kalkolazzjoni tal-prezz tal-prodott li sejjer jinxtara.

Il-prezz li għandu jitħallas, jekk dan ikun indikat, għandu jkun preċiż.

L-istrumenti li jikkalkulaw il-prezz għandhom juru l-indikazzjonijiet essenzjali f’tul biżżejjed biex il-konsumatur ikun jista’ jaqrahom tajjeb.

L-istrumenti li jikkalkulaw il-prezz jista’ jkollhom funzjonijiet oħra għajr dawk li jiżnu kull oġġett u li jikkalkulaw il-prezz, biss jekk l-indikazzjonijiet kollha relatati għat-operazzjonijiet kollha ikunu stampati b’mod ċar, b’mod mhux ambigwu u li jidhru rranġati b’mod konvenjenti fuq biljett jew tikketta għall-konsumatur.

L-istrumenti m’għandhomx ikollhom karatteristiċi li jistgħu jikkawżaw b’mod dirett jew indirett, indikazzjonijiet li l-interpretazzjoni tagħhom ma tkunx faċli jew diretta.

L-istrumenti għandhom jipproteġu lill-konsumaturi minn operazzjonijiet ta’ bejgħ mhux korretti minħabba li l-istrument ma jkunx qiegħed jaħdem tajjeb.

Strumenti indikattivi awżiljari u strumenti indikattivi estiżi mhumiex permessi.

Strumenti supplimentari huma permessi biss jekk dawn ma jistgħux iwasslu għal użu bi frodi.

L-istrumenti simili għal dawk li huma normalmenti wżati fil-bejgħ dirett lill-pubbliku li ma jissodisfawx il-ħtiġiet ta’ din it-taqsima għandhom juru ħdejn id-display il-marka li ma titħassarx "M’għandux jiġi wżat għal bejgħ dirett lill-pubbliku".

15. Strumenti ta’ ttikkettjar tal-prezzijiet

L-istrumenti ta’ ttikkettjar tal-prezzijiet għandhom jissodisfaw il-ħtiġiet ta’ l-istrumenti li jindikaw il-prezzijiet għall-bejgħ dirett lill-pubbliku sa fejn japplika għall-istrument konċernat. L-istampar tat-tikketta tal-prezz m’għandhiex tkun possibbli taħt kapaċità minima.

[1] ĠU L 39,l tal-15.2.1980, p. 39.

[2] ĠU L 2, tat-3.1.1985, p. 11.

[3] Għal i = r il-kolonna korrispondenti tat-Tabella 1 tapplika, fejn e giet mibdula b’ei.

[4] ĠU L 33, tal-15.2.1980, p. 39.

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

1. Eżaminazzjoni tat-tip tal-KE

1.1. L-eżaminazzjoni tat-tip tal-KE hija l-proċedura li biha korp notifikat jivverifika u jiċċertifika li strument, rappreżentattiv tal-produzzjoni maħsuba, jissodisfa l-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva li japplikaw għalih.

1.2. L-applikazzjoni ta’ l-eżaminazzjoni tat-tip għandha tiġi ddepożitata mill-manifattur jew rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunita b’korp wieħed innotifikat.

L-applikazzjoni għandha tinkludi:

- l-isem u l-indirizz tal-manifattur u, jekk l-applikazzjoni tiġi ddepożitata mir-rappreżentant awtorizzat, l-isem u l-indirizz ta’ dan ir-rappreżentant ukoll,

- dikjarazzjoni bil-miktub li l-applikazzjoni ma ġietx ddepożitata ma’ korp ieħor innotifikat,

- id-dokumentazzjoni tad-disinn, kif deskritta fl-Anness III.

L-applikant għandu jpoġġi għad-dispożizzjoni tal-korp innotifikat, strument, li jirrapreżenta l-produzzjoni maħsuba, minn hawn ’il quddiem imsejjah it-"tip".

1.3. Il-korp innotifikat għandu:

1.3.1. jeżamina d-dokumentazzjoni tad-disinn u jivverifika li t-tip ġie manifatturat skond din id-dokumentazzjoni;

1.3.2. jaqbel ma’ l-applikant fuq il-lok fejn għandhom isiru l-eżaminazzjonijiet u/jew it-testijiet li għandhom isiru;

1.3.3. jagħmel jew ikun għamel l-eżaminazzjonijiet adattati u/jew it-testijiet biex jiċċekka jekk is-soluzzjonijiet adottati mill-manifattur jissodisfawx il-ħtiġiet, meta l-istandards li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 5 ma jkunux ġew applikati;

1.3.4. jagħmel jew ikun għamel l-eżaminazzjonijiet adattati u/jew it-testijiet biex jiċċekkja jekk, fejn il-manifattur ikun għażel li japplika l-istandards relevanti, dawn ikunux ġew applikati b’mod effettiv, b’hekk jiżgura li hemm il-konformità mal-ħtiġiet essenzjali.

1.4. Fejn it-tip jissodisfa id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, il-korp nnotifikat għandu joħroġ ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KE lill-applikant. Iċ-ċertifikat għandu jkollu l-konklużjonijiet ta’ l-eżaminazzjoni, il-ħtiġiet (jekk ikun hemm) tal-validità tagħha, id-data neċessarja għall-identifikazzjoni ta’ l-istrument approvat u, jekk relevanti, deskrizzjoni ta’ kif jaħdem. L-elementi tekniċi rilevanti kollha, bħal disinni u taqsimiet, għandhom ikunu annessi maċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE.

Iċ-ċertifikat għandu jkoll perjodu ta’ validità ta’ 10 snin mid-data tal-ħruġ tiegħu u jista’ jiġi mġedded għal perjodi sussegwenti ta’ 10 snin kull wieħed.

Fil-każ ta’ bidliet fundamentali fid-disinn ta’ l-istrument, per eżempju bħala riżultat ta’ l-applikazzjoni ta’ tekniki ġodda, il-validità taċ-ċertifikat tista’ tiġi llimitata għal sentejn u mtawwla bi tliet snin.

1.5. Kull korp innotifikat għandu jagħmel disponibbli għall-Istati Membri l-lista ta’:

- l-applikazzjonijiet rċevuti għal eżaminazzjoni tat-tip tal-KE,

- iċ-ċertifikati maħruġa ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE,

- l-applikazzjonijiet għal ċertifikati tat-tip rifjutati,

- iż-żjidiet u l-emendi li jkunu relatati mad-dokumenti diġà maħruġa.

Barra minn hekk, kull korp innotifikat għandu jinforma lill-Istati Membri kollha biċ-ċertifikati irtirati ta’ l-approvazzjoni tat-tip.

Kull Stat Membru għandu jagħmel din l-informazzjoni disponibbli għall-korpi li jkun innotifika.

1.6. Il-korpi nnotifikati l-oħra jistgħu jirċievu kopja taċ-ċertifikati flimkien ma’ l-Annessi tagħhom.

1.7. L-applikant għandu jżomm lill-korp innotifikat li jkun ħareġ iċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE infurmat b’kull modifika tat-tip approvat.

Il-modifiki tat-tip approvat iridu jirċievu approvazzjoni addizzjonali mill-korp innotifikat li jkun ħareġ iċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE fejn il-bidliet ikunu jinfluwenzaw il-konformità ta’ l-istrument mal-ħtiġiet essenzjali ta’ din id-Direttiva jew il-ħtiġiet preskritti għall-użu ta’ l-istrument. Din l-approvazzjoni addizzjonali hija mogħtija fil-forma ta’ żjieda għaċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE oriġinali.

2. Dikjarazzjoni tal-konformità tat-tip tal-KE (garanzija tal-kwalità tal-produzzjoni)

2.1. Id-dikjarazzjoni tal-konformità tat-tip tal-KE (garanzija tal-kwalità tal-produzzjoni) hija proċedura li biha l-manifattur li jissodisfa l-obbligi tal-paragrafu 2.2 jiddikjara li, l-istrumenti konċernati huma, fejn japplika, konformi mat-tip kif deskritt fiċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE u jissodisfaw il-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva li japplikaw għalihom.

Il-manifattur għandu jwaħħal il-marka tal-KE ma’ kull strument kif ukoll l-iskrizzjonijiet li għalihom hemm provdut fl-Anness IV.

Il-marka tal-KE għandha tkun akkumpanjata minn simbolu ta’ identifikazzjoni tal-korp innotifikat responsabbli għas-sorveljanza tal-KE kif hemm referenza għaliha fil-paragrafu 2.4.

2.2. Il-manifattur għandu jkun implimenta b’mod adegwat is-sistema ta’ kwalità kif speċifikata fil-paragrafu 2.3 u għandha tkun soġġetta għas-sorveljanza tal-KE kif hemm speċifikat fil-paragrafu 2.4.

2.3. Sistema ta’ kwalità

2.3.1. Il-manifattur għandu jdaħħal applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ din is-sistema ta’ kwalità għand korp innotifikat.

L-applikazzjoni għandha tinkludi:

- impenn li jitwettqu l-obbligi li joħorġu mis-sistema ta’ kwalità approvata,

- impenn li tinżamm is-sistema ta’ kwalità approvata sabiex tiġi żgurata l-konvenjenza kontinwa tagħha u l-effettività tagħha.

Il-manifattur għandu jagħmel disponibbli għall-korp notifikat kull informazzjoni rilevanti, b’mod partikolari d-dokumentazzjoni tas-sistema ta’ kwalità u d-dokumentazzjoni tad-disinn ta’ l-istrument.

2.3.2. Is-sistema ta’ kwalità għandha tiżgura l-konformità ta’ l-istrumenti mat-tip skond kif inhu deskritt fiċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE u mal-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva li japplikaw għalihom.

L-elementi, il-ħtiġiet u d-dispożizzjonijiet kollha adottati mill-manifattur għandhom jiġu dokumentati b’mod sistematiku u ordnat f’forma ta’ regoli, proċeduri u istruzzjonijiet bil-miktub. Din id-dokumentazzjoni dwar is-sistema ta’ kwalità għandha tiżgura ftehim korrett tal-programmi, pjanijiet, manwali u dokumenti ta’ fatti rreġistrati dwar il-kwalità.

Għandu jkollha, b’mod partikolari, deskrizzjoni adegwata ta’:

- l-iskopijiet tal-kwalità u l-istruttura ta’ organizzazzjoni, ir-responsabbiltajiet u s-setgħa ta’ l-amministrazzjoni fir-rigward tal-kwalità tal-prodott,

- il-proċess ta’ manifattura, il-kontroll tal-kwalità u t-tekniki ta’ assigurazzjoni u l-miżuri sistematiċi li għandhom jintużaw,

- l-eżaminazzjonijiet u t-testijiet li għandhom jittieħdu qabel, matul u wara l-manifattura, u l-frekwenza li biha jiġu mwettqa,

- il-mezzi ta’ kontroll ta’ l-ilħuq tal-kwalità tal-prodott meħtieġa u l-operazzjoni effettiva tas-sistema ta’ kwalità.

2.3.3. Il-korp innotifikat għandu jeżamina u jevalwa is-sistema ta’ kwalità biex jistabbilixxi jekk din tissoddisfax il-ħtiġiet li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 2.3.2. Għandha wkoll tippreżumi l-konformità ma’ dawn il-ħtiġiet fir-rigward tas-sistemi ta’ kwalità li jimplimentaw l-istandard armonizzat li jikkorrispondu.

Għandha tinnotifika lill-manifattur bid-deċiżjoni tagħha u tinforma wkoll lill-korpi nnotifikati l-oħra. In-notifika tal-manifattur għandu jkollha l-konklużjonijiet ta’ l-eżaminazzjoni u, fil-każ ta’ rifjut, il-ġustifikazzjoni tad-deċiżjoni.

2.3.4. Il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għandhom iżommu lill-korp innotifikat li jkun approva s-sistema ta’ kwalità, infurmat b’xi aġġornamenti tas-sistema ta’ l-assigurazzjoni tal-kwalità fir-rigward ta’ bidliet li rriżultaw minn, per eżempju teknoloġiji ġodda jew kunċetti ġodda ta’ kwalità.

2.3.5. Kull korp innotifikat li jirtira l-approvazzjoni tas-sistema tal-kwalità għandu jinforma b’dan lill-korpi nnotifikati l-oħra.

2.4. Sorveljanza tal-KE

2.4.1. L-għan tas-sorveljanza tal-KE huwa li jiżgura li l-manifattur jissodisfa l-obbligi li joħorġu mis-sistema ta’ kwalità approvata.

2.4.2. Il-manifattur għandu jikkonċedi lill-korp notifikat aċċess, għal għanijiet ta’ spezzjoni, għall-manifattura, l-ispezzjoni, l-ittestjar u l-ħażna u għandu jipprovdi kull informazzjoni neċessarja, b’mod partikolari:

- id-dokumentazzjoni tas-sistema ta’ kwalità,

- id-dokumentazzjoni tad-disinn,

- ir-reġistrazzjonijiet dwar il-kwalità, per eżempju, ir-rapporti ta’ spezzjoni u t-testijiet u d-data ta’ kalibru, rapporti tal-kwalifiki tal-personal konċernat, eċċ.

Il-korp innotifikat għandu perjodikament jagħmel reviżjonijiet tal-kontijiet biex jiżgura li l-manifattur ikun qiegħed iżomm u japplika is-sistema ta’ kwalità; għandu jipprovdi lill-manifattur b’rapport ta’ l-awditur.

Barra minn hekk, il-korp innotifikat jista’ jżur lill-manifattur mingħajr ma javżah. Matul żjarat bħal dawn, il-korp innotifikat jista’ jagħmel verifiki sħaħ jew parzjali tal-kontijiet. Għandu jipprovdi lill-manifattur b’rapport taż-żjara u, fejn japplika, b’rapport dwar il-kontijiet.

2.4.3. Il-korp innotifikat għandu jiżgura li l-manifattur iżomm u japplika is-sistema ta’ kwalità.

3. Verifika tal-KE

3.1 Il-verifika tal-KE hija proċedura li biha korp innotifikat jikkontrolla u jiċċertifika li l-istrumenti konċernati huma addattati, konformi mat-tip hekk kif inhu deskritt fiċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE u jissodisfaw il-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva li japplikaw għalihom. Il-korp innotifikat għandu jwaħħal il-marka tal-KE fuq kull strument.

3.2. Kull strument għandu jiġi eżaminat u jsirulu t-testijiet adattati skond l-istandards rilevanti li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 5, jew testijiet ekwivalenti li għandhom isiru biex jiżguraw il-konformità mal-ħtiġiet essenzjali ta’ din id-Direttiva.

3.3. Il-marka tal-KE li hemm referenza għaliha f’ 3.1 aktar ’il fuq għandu jkollha magħha s-simbolu ta’ identifikazzjoni tal-korp innotifikat.

3.4. Għall-istrumenti li mhumiex soġġetti għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE, id-dokumentazzjoni tad-disinn li hemm referenza għaliha fl-Anness III għandha tkun aċċessibli għall-korp innotifikat sal-punt li dan ta’ l-aħħar jitlob dan.

4. Verifika ta’ l-unità tal-KE

4.1. Il-verifika ta’ l-unità tal-KE hija proċedura li biha il-korp innotifikat jikkontrolla u jiċċertifika li strument, li ġeneralment ikun iddisinnjat għal applikazzjoni partikolari, jissodisfa il-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva li japplikaw għalih. Il-korp innotifikat għandu jwaħħal il-marka tal-KE ma’ l-istrument.

4.2. L-istrument għandu jiġi eżaminat u jsirulu t-testijiet adattati skond l-istandards rilevanti li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 5, jew testijiet ekwivalenti, li għandhom isiru biex jiżguraw il-konformità mal-ħtiġiet rilevanti ta’ din id-Direttiva.

4.3. Il-marka tal-KE li hemm referenza għaliha f’4.1, għandu jkollha magħha is-simbolu ta’ l-identifikazzjoni tal-korp innotifikat.

4.4. Id-dokumentazzjoni tad-disinn ta’ l-istrument kif speċifikat fl-Anness III għandha tkun disponibbli għall-korp innotifikat.

5. Disposizzjonijiet komuni

5.1. Id-dikjarazzjoni tal-konformità tat-tip tal-KE (garanzija tal-kwalità tal-produzzjoni) u l-verifika tal-KE, u l-verifika ta’ l-unità tal-KE għandhom isiru fil-post tax-xogħol tal-manifattur jew f’kull post ieħor jekk it-trasport lejn il-post ta’ l-użu ma jirrikjedix li l-istrument jiġi żarmat, jekk it-tħaddim fil-post ta’ l-użu ma jirrikjedix il-muntaġġ ta’ l-istrument, jew kull istallazzjoni oħra teknika li tista’ taffettwa r-rendiment ta’ l-istrument, u jekk jiġi kkunsidrat il-valur tal-gravità fil-post fejn jitħaddem l-istrument jew jekk ir-rendiment ta’ l-istrument ma jkunx sensittiv għal varjazzjonijiet fil-gravità. F’kull każ ieħor, għandhom jiġu eżegwiti fil-post ta’ l-użu ta’ l-istrument.

5.2. Jekk ir-rendiment ta’ l-istrument ikun sensittiv għall-varjazzjonijiet fil-gravità, il-proċeduri li hemm referenza għalihom f’5.1 jistgħu isiru f’żewġ fażijiet, fejn it-tieni fażi għandha tinkludi l-eżaminazzjonijiet u t-testijiet kollha li r-riżultat tagħhom huwa dipendenti fuq il-gravità, u fejn l-ewwel fażi tkun tinkludi l-eżaminazzjonijiet u t-testijiet l-oħra kollha. It-tieni fażi għandha tiġi eżegwita fil-post ta’ l-użu ta’ l-istrument. Jekk Stat Membru jkun stabbilixxa żoni ta’ gravità fuq it-territorju tiegħu, l-espressjoni "fil-post ta’ l-użu ta’ l-istrument" tista’ tinqara "fiż-żona ta’ gravità ta’ l-użu ta’ l-istrument".

5.3.1 Meta il-manifattur ikun għażel li l-eżekuzzjoni ta’ waħda mill-proċeduri msemmija f’5.1 ssir f’żewġ fażijiet, u fejn dawn iż-żewġ fażijiet jiġu eżegwiti minn partijiet differenti, strument li jkun għadda mill-ewwel fażi tal-proċedura konċernata għandu juri s-simbolu ta’ identifikazzjoni tal-korp notifikat involut f’dik il-fażi.

5.3.2. Il-parti li tkun eżegwiet l-ewwel fażi tal-proċedura għandha toħroġ ċertifikat għal kull strument, li fih ikun hemm id-data għall-identifikazzjoni ta’ l-istrument u li jispeċifika l-eżaminazzjonijiet u t-testijiet li jkun saru.

Il-parti li teżegwixxi it-tieni fażi tal-proċedura għandha teżegwixxi l-eżaminazzjonijiet u t-testijiet li ma jkunux għadu saru.

5.3.3. Il-manifattur li jkun adotta d-dikjarazzjoni tal-konformità tat-tip tal-KE (garanzija tal-kwalità tal-produzzjoni) fl-ewwel fażi, jista’ juża l-istess proċedura fit-tieni fażi jew jiddeċidi li jkompli għat-tieni fażi tal-verifika tal-KE.

5.3.4. Il-marka tal-KE għandha tiġi mwaħħla ma’ l-istrument wara li tkun tlestiet it-tieni fażi, flimkien mas-simbolu ta’ identifikazzjoni tal-korp innotifikat involut fit-tieni fażi.

--------------------------------------------------

L-ANNESS III

ID-DOKUMENTZZJONI TAD-DISINN

Id-dokumentazzjoni teknika għandha trendi d-disinn, il-manifattura u l-operazzjoni tal-prodott tiftiehem u tippermetti li ssir valutazzjoni tal-konformità tiegħu mal-ħtiġiet tad-Direttiva.

Id-dokumentazzjoni għandha tinkludi sa fejn huwa rilevanti għall-valutazzjoni:

- deskrizzjoni ġenerali tat-tip,

- id-disinni konċettwali u d-disinni tal-manifattura u l-pjanijiet tal-komponenti, sub-assemblaġġi, ċirkwiti, eċċ.,

- id-deskrizzjonijiet u l-ispjegazzjonijiet neċessarji għall-ftehim ta’ dan ta’ hawn fuq, li jinkludu l-operazzjoni ta’ l-istrument,

- lista ta’ l-istandards li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 5, applikati b’mod sħiħ jew parzjali, u d-deskrizzjonijiet tas-soluzzjonijiet adottati biex jiġu sodisfatti l-ħtiġiet essenzjali, meta l-istandards li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 5 ma jkunux ġew applikati,

- ir-riżultati tal-kalkoli tad-disinn magħmula u ta’ l-eżaminazzjonijiet, eċċ.,

- ir-rapporti tat-testijiet,

- iċ-ċertifikati ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE u r-riżultati tat-testijiet rilevanti fuq strumenti li għandhom biċċiet identiċi għal dawk tad-disinn.

--------------------------------------------------

L-ANNESS IV

1. Strumenti soġġetti għall-proċedura ta’ stima tal-konformità tal-KE

1.1. Dawn l-istrumenti għandhom jkollhom:

(a) - il-marka ta’ konformità tal-KE li tinkludi s-simbolu tal-KE kif huwa deskritt fl-Anness VI, segwiti bl-aħħar żewġ numri tas-sena li fiha ġiet mwaħħla,

- is-simbolu(i) ta’ identifikazzjoni tal-korp(i) nnotifikati li eżegwew s-sorveljanza tal-KE jew il-verifika tal-KE.

Il-marka u l-iskrizzjonijiet imsemmija hawn fuq għandhom jitwaħħlu ma’ l-istrument, miġbura flimkien b’mod distint;

(b) tikketta ħadra għallinqas 12,5 mm × 12,5 mm kwadra li fuqha jkun hemm l-ittra kapitali "M" stampata bl-iswed;

(ċ) l-iskrizzjonijiet li ġejjin:

- in-numru taċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE, fejn xieraq,

- il-marka u l-isem tal-manifattur,

- il-klassi ta’ preċiżjoni, magħluqa f’forma ovali jew f’żewġ linji orizzontali magħqudin b’żewġ nofs ċrieki,

- il-kapaċità massima fil-forma Max…,

- il-kapaċità minima fil-forma Min…,

- l-intervall ta’ l-iskala tal-verifika fil-forma e =,

biż-żjieda ta’, fejn ikun applikabbli:

- numru tas-serje,

- għal strumenti li huma magħmulin minn unitajiet separati imma assoċjati: il-marka ta’ identifikazzjoni fuq kull unità,

- l-iskala ta’ intervall jekk din hija differenti minn e, fil-forma ta’ d =…,

- l-effett massimu addittiv tat-tara, fil-forma ta’ T = +…,

- l-effett massimu li jitnaqqas tat-tara jekk dan ikun differenti minn Max, fil-forma ta’ T = -…,

- l-intervall tat-tara jekk dan huwa differenti minn d, fil-forma ta’ dT =…,

- it-tagħbija massima li mhix ta’ periklu jekk din hi differenti minn Max, fil-forma ta’ Lim…,

- il-limiti tat-temperatura speċjali, fil-forma… oC/… oC,

- il-proporzjon ta’ bejn ir-riċevitur tat-tagħbija u t-tagħbija.

1.2. L-istrumenti għandu jkollhom il-faċilitajiet adegwati biex titwaħħlilhom il-marka ta’ konformità u/jew l-iskrizzjonijiet tal-KE. Dawn għandhom ikunu tali li l-marka u l-iskrizzjonijiet ma jkunux jistgħu jitneħħew mingħajr ma wieħed jagħmlilhom ħsara, u li l-marka u l-iskrizzjonijiet ikunu viżibbli meta l-istrument ikun fil-pożizzjoni ta’ operazzjoni normali tiegħu.

1.3. Meta tkun użata pjanċa tad-data, għandu jkun possibbli li l-pjanċa tiġi ssiġillata sakemm din ma tkunx tista’ titneħħa mingħajr ma tiġi meqruda. Jekk il-pjanċa tad-data tista’ tiġi ssiġillata għandu jkun possibbli li titpoġġa marka ta’ kontroll fuqha.

1.4. L-iskrizzjonijiet Max, Min, e, d għandhom jintwerew ħdejn il-wirja tar-riżultat jekk ma jkunux diġà jinsabu hemm.

1.5. Kull strument li jkejjel it-tagħbija, li huwa kkonnettjat jew li jista’ jiġi kkonnettjat ma’ wieħed jew aktar riċevituri tat-tagħbija, għandu jkollu l-iskrizzjonijiet relatati ma’ l-imsejħa riċevituri tat-tagħbija.

2. Strumenti oħra

L-istrumenti l-oħra għandu jkollhom:

- il-marka u l-isem tal-manifattur,

- il-kapaċità massimu fil-forma Max…

Dawn l-istrumenti ma jistax ikollom it-tikketti li għalihom hemm provduti f’1.1(b).

3. Is-simbolu ta’ użu ristrett speċifikat fl-Artikolu 12

Dan is-simbolu għandu jkun magħmul mill-ittra kapitali "M" stampata bl-iswed fuq sfond aħmar li jkun ta’ l-anqas 25 mm x 25 mm kwadru b’żewġ dijagonali li jaqsmu ’l xulxin u li jiffurmaw salib.

--------------------------------------------------

L-ANNESS V

Mniżżla hawn taħt hawn il-kriterji minimi li għandhom jiġu applikati mill-Istati Membri meta jidentifikaw korpi biex iwettqu x-xogħlijiet relatati mal-proċeduri li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 8.

1. Il-korpi għandhom jkollhom il-personal, il-mezzi u t-tagħmir meħtieġ.

2. Il-persunal għandu jkollu kompetenza teknika u integrità professjonali.

3. Il-korpi għandhom jaħdmu indipendentement minn kull ċirku, grupp jew persuni li għandhom interess dirett jew indirett fi strumenti ta’ użin li mhumiex awtomatiċi f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-ittestjar, il-preparazzjoni ta’ rapporti, u l-ħruġ ta’ ċertifikati u s-sorveljanza mitluba minn din id-Direttiva.

4. Il-persunal għandu jżomm is-sigriet professjonali.

5. Il-korpi għandhom ikunu għamlu assigurazzjoni ċivili ta’ protezzjoni tal-pubbliku jekk il-protezzjoni ċivili tagħhom mhiex koperta mill-Istat taħt il-liġi nazzjonali.

Is-sodisfazzjon tal-ħtiġiet taħt il-punti 1 u 2 għandhom ikunu vverifikati perjodikament mill-Istati Membri.

--------------------------------------------------

L-ANNESS VI

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

Top