ANNESS I
STANDARDS TAL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI MSEMMIJA FL-ARTIKOLI 2, 4 u 6
Parti A – Standard Ġenerali tal-Kummerċjalizzazzjoni
Dan l-istandard ġenerali tal-kummerċjalizzazzjoni jiddefinixxi r-rekwiżiti ta’ kwalità tal-frott u l-ħaxix, wara t-tħejjija u l-imballaġġ tiegħu.
Madanakollu, fl-istadji wara l-konsenja, fir-rigward tar-rekwiżiti tal-istandard, il-prodotti jistgħu:
–ikunu ħarira inqas friski u weqfin,
–jiddeterjoraw xi ftit minħabba l-iżvilupp tagħhom u t-tendenza li għandhom li jitħassru.
1.
Rekwiżiti minimi
Bla preġudizzju għat-tolleranza permessa, il-prodotti jridu jkunu:
–intatti,
–f'kundizzjoni tajba; prodotti li qed jitħassru jew jiddeterjoraw b’mod li ma jibqgħux adattati għall-konsum huma esklużi,
–nodfa, prattikament ħielsa minn kwalunkwe materjal barrani viżibbli,
–prattikament ħielsa mill-pesti,
–ħielsa minn ħsara kkawżata mill-pesti li taffettwa l-laħam,
–ħielsa minn umdità esterna mhux normali,
–ħielsa minn kull tip ta’ riħa u/jew togħma barranija.
–Il-kundizzjoni tal-prodotti trid tkun tali li tippermettilhom:
–jifilħu għat-trasport u l-ġarr,
–jaslu fid-destinazzjoni f’kundizzjoni sodisfaċenti.
2.
Rekwiżiti minimi tal-maturità
Il-prodotti jridu ikunu żviluppati biżżejjed iżda mhux iżżejjed, u l-frott irid ikun jidher li sar b'mod sodisfaċenti u ma għandux ikun misjur iżżejjed.
L-iżvilupp u l-istat ta' maturità tal-prodotti jridu jkunu tali li jippermettulhom ikomplu jsiru u jilħqu livell sodisfaċenti ta' sajran.
3.
Tolleranza
F’kull lot għandha tiġi permessa tolleranza ta’ 10 % fl-għadd jew fil-piż tal-prodott li ma jissodisfax ir-rekwiżiti minimi ta’ kwalità. F’din it-tolleranza ma għandux ikun hemm iktar minn 2 % mit-total li jkun jikkonsisti fi prodott li beda jitħassar.
4.
Immarkar
Kull pakkett irid juri d-dettalji li ġejjin b’ittri ragruppati fuq l-istess naħa, immarkati b’mod li jinqara u li ma jitħassarx, u viżibbli minn barra.
A.
Identifikazzjoni
Isem u indirizz fiżiku ta’ min jippakkja u/jew l-ispeditur (pereżempju: triq/belt/reġjun/kodiċi postali u, jekk differenti mill-pajjiż tal-oriġini, il-pajjiż).
Dan it-tagħrif jista’ jiġi sostitwit:
–għall-pakketti kollha bl-eċċezzjoni ta’ pakketti ppakkjati minn qabel, permezz tal-marka ta’ kodiċi maħruġa jew aċċettata uffiċjalment li tirrappreżenta lil min jippakkjahom u/jew lill-ispeditur, indikata b’rabta mill-qrib mar-referenza “Min jippakkja u/jew Speditur” (jew abbrevjazzjonijiet ekwivalenti). Il-marka ta’ kodiċi għandha tiġi ppreċedura mill-kodiċi ISO 3166 (alpha) tal-pajjiż/żona tal-pajjiż rikonoxxitur, jekk mhuwiex il-pajjiż tal-oriġini;
–Fil-każ partikulari tal-pakketti ppakkjati minn qabel, bl-isem u l-indirizz ta’ bejjiegħ stabbilit fl-Unjoni indikati b’rabta mill-qrib mal-avviż "Ippakkjat għal:” jew avviż ekwivalenti. F'dan il-każ, it-tikkettar għandu jinkludi wkoll kodiċi li jirrappreżenta lil min hu responsabbli għall-ippakkjar u/jew lill-ispeditur. Il-bejjiegħ għandu jagħti l-informazzjoni kollha li korp ta’ spezzjoni jikkunsidra neċessarja rigward it-tifsira ta’ dan il-kodiċi.
B.
Oriġini
L-isem sħiħ tal-pajjiż tal-oriġini. Għall-prodotti li joriġinaw fi Stat Membru, dan għandu jkun fil-lingwa tal-pajjiż tal-oriġini, jew fi kwalunkwe lingwa li tiftiehem mill-konsumaturi tal-pajjiż destinatarju. Għal prodotti oħrajn, dan għandu jkun fi kwalunkwe lingwa li tiftiehem mill-konsumaturi tal-pajjiż tad-destinazzjoni.
Il-pakketti ma għandhomx għalfejn ikollhom id-dettalji msemmija fl-ewwel subparagrafu, meta jkun fihom pakketti għall-bejgħ li jidhru b’mod ċar minn barra u kollha jkun fihom dawn id-dettalji. Dawn il-pakketti għandhom ikunu ħielsa minn kwalunkwe indikazzjoni li tista' tqarraq bil-konsumatur. Meta dawn il-pakketti jkunu fuq pelits, id-dettalji għandhom jingħataw f'avviż li jitpoġġa f'pożizzjoni li tidher fuq tal-anqas żewġ naħat tal-pelit.
Parti B – L-Istandards Speċifiċi tal-Kummerċjalizzazzjoni
PARTI 1: L-ISTANDARD TAL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI GĦAT-TUFFIEĦ
I.
DEFINIZZJONI TAL-PRODOTT
Dan l-istandard japplika għat-tuffieħ ta' varjetajiet (kultivari) li jkunu tkabbru mill-Malus domestica Borkh., li jkun se jiġi fornut frisk lill-konsumatur, filwaqt li tuffieħ għall-ipproċessar industrijali qed jiġi eskluż.
II.
DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-KWALITÀ
L-għan tal-istandard huwa li jiddefinixxi r-rekwiżiti tal-kwalità tat-tuffieħ, wara t-tħejjija u l-imballaġġ tiegħu.
Madanakollu, fl-istadji wara l-konsenja, fir-rigward tar-rekwiżiti tal-istandard, il-prodotti jistgħu:
–ikunu ħarira inqas friski u weqfin,
–jiddeterjoraw xi ftit fil-każ ta' prodotti fil-kategoriji l-oħra barra “Extra”, minħabba l-iżvilupp tagħhom u l-fatt li jispiċċaw malajr.
A.
Rekwiżiti minimi
Fil-klassijiet kollha, u bla preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċjali għall kull klassi u t-tolleranzi permessi, il-prodotti, jiġifieri t-tuffieħ, għandhom ikunu:
–intatti,
–f'kundizzjoni tajba; prodotti affettwati mit-tħassir jew li jkunu qegħdin jiddeterjoraw b'tali mod li ma jibqgħux tajbin għall-konsum jiġu esklużi,
–nodfa, prattikament ħielsa minn kwalunkwe materjal barrani viżibbli,
–prattikament ħielsa mill-pesti,
–ħielsa minn ħsara kkawżata mill-pesti li taffettwa l-laħam,
–ħieles minn taħsir fuq ġewwa (watercore), ħlief għall-varjetajiet immarkati b’“V” elenkati fl-appendiċi ta’ dan l-istandard,
–ħielsa minn umdità esterna mhux normali,
–ħielsa minn kull tip ta’ riħa u/jew togħma barranija.
L-iżvilupp u l-kundizzjoni tat-tuffieħ għandhom ikunu tali li jippermettulu:
–jifilħu għat-trasport u l-immaniġġar, u
–jaslu fid-destinazzjoni f’kundizzjoni sodisfaċenti.
B.
Rekwiżiti tal-maturità
It-tuffieħ irid ikun żviluppat biżżejjed u jidher li sar b'mod sodisfaċenti.
L-iżvilupp u l-istat ta' maturità tat-tuffieħ iridu jkunu tali li jippermettulu jkompli jsir u li jilħaq livell sodisfaċenti ta' sajran b'rabta mal-karattaristiċi tal-varjetà.
Sabiex jiġu vverifikati r-rekwiżiti minimi ta' maturità, jistgħu jitqiesu għadd ta' parametri (pereżempju l-aspett morfoloġiku, it-togħma, kemm hu sod il-prodott u l-indiċi refrattometriku tiegħu).
C.
Klassifikazzjoni
It-tuffieħ huwa kklassifikat fi tliet klassijiet definiti kif ġej:
(i)
Klassi “Extra”
It-tuffieħ f’din il-klassi jrid ikun ta’ kwalità superjuri. Irid ikun karatteristiku tal-varjetà u z-zokk irid ikun intatt.
It-tuffieħ irid juri l-karatteristiċi tal-kulur tal-wiċċ minimi għall-varjetà:
–3/4 tat-total tal-wiċċ ta’ kulur aħmar fil-każ tal-kulur tal-grupp A,
–1/2 tat-total tal-wiċċ ta’ kulur aħmar imħallat fil-każ tal-kulur tal-grupp B,
–1/3 tat-total tal-wiċċ ta kulur ftit aħmar, ħamrani jew irrigat, fil-każ tal-kulur tal-grupp C,
–l-ebda rekwiżit tal-kulur minimu fil-każ tal-kulur tal-grupp D.
Il-laħam irid ikun f’kundizzjoni tajba għalkollox.
Irid ikun ħieles mid-difetti bl-eċċezzjoni ta' difetti superfiċjali tassew żgħar, sakemm dawn ma jaffetwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett:
–difetti żgħar ħafna fil-qoxra,
–b'qoxra li hija kemxejn ħoxna u ħamra samranija (russeting) bħal pereżempju:
–partijiet li huma kannella li jistgħu ma jkunux 'il barra mill-ħofra taz-zokk u li jistgħu ma jkunux raffi u/jew
–traċċi ħfief u iżolati ta' qoxra ħoxna u ħamra samranija (russeting).
(ii)
Klassi I
It-tuffieħ f'din il-klassi jrid ikun ta' kwalità tajba. Irid ikun karatteristiku tal-varjetà partikolari.
It-tuffieħ irid juri l-karatteristiċi tal-kulur tal-wiċċ minimi għall-varjetà:
–1/2 tat-total tal-wiċċ ta’ kulur aħmar fil-każ tal-kulur tal-grupp A,
–1/3 tat-total tal-wiċċ ta’ kulur aħmar imħallat fil-każ tal-kulur tal-grupp B,
–1/10 tat-total tal-wiċċ ta kulur ftit aħmar, ħamrani jew irrigat, fil-każ tal-kulur tal-grupp C,
–l-ebda rekwiżit tal-kulur minimu fil-każ tal-kulur tal-grupp D.
Il-laħam irid ikun f’kundizzjoni tajba għalkollox.
Id-difetti żgħar li ġejjin, madankollu, jistgħu jiġu permessi, sakemm dawn ma jaffettwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett:
–difett żgħir fil-forma,
–difett żgħir fl-iżvilupp,
–difett żgħir fil-kulur,
–dbabar ħfief li mhumiex ikbar minn 1 cm2 tat-total tal-erja tal-wiċċ u li ma jkunux tilfu l-kulur,
–difetti żgħar fil-qoxra li ma jridux ikunu akbar minn:
–2 cm fit-tul għal difetti ta’ forma tawwalija,
–1 cm2 tat-total tal-erja tal-wiċċ għal difetti oħra, ħlief għall-iskabbja (Venturia inaequalis), li ma tridx tkun akbar, b’mod kumulattiv, minn 0.25 cm2 tat-total tal-erja tal-wiċċ,
–b'qoxra ftit ħoxna u ħamra samranija (russeting) bħal pereżempju:
–partijiet li huma kannella li jistgħu jkunu kemxejn 'il barra mill-ħofra taz-zokk jew tal-pistill u li jistgħu ma jkunux raffi u/jew
–qoxra ħoxna u ħamra samranija li tidher qisha xibka rqiqa u li ma taqbiżx 1/5 tat-total tal-wiċċ tal-frotta u li ma tikkuntrastax ħafna mal-kulur ġenerali tal-frotta u/jew
–qoxra bi grad dens ta’ ħxuna ħmura samranija li ma taqbiżx 1/20 tat-total tal-wiċċ tal-frotta filwaqt
–li l-partijiet fejn hemm qoxra ħoxna u ħamra samranija li qisha xibka rqiqa u fejn hemm il-qoxra bi grad dens ta’ ħxuna u ħmura samranija flimkien ma jistgħux jaqbżu massimu ta' 1/5 tat-total tal-wiċċ tal-frotta.
Iz-zokk jista' jkun nieqes, sakemm il-qatgħa tkun nadifa u l-qoxra ta' maġenbha ma tkunx imħassra.
(iii)
Klassi II
Din il-klassi tinkludi t-tuffieħ li ma jikkwalifikax għall-inklużjoni fil-klassijiet ogħla, iżda li jissodisfa r-rekwiżiti minimi msemmija fil-punt A.
Il-laħam għandu jkun ħieles minn difetti maġġuri.
Id-difetti li ġejjin jistgħu jiġu permessi, sakemm it-tuffieħ iżomm il-karatteristiċi essenzjali tiegħu rigward il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni:
–difetti fil-forma,
–difetti fl-iżvilupp,
–difetti fil-kulur,
–dbabar ħfief li ma jaqbżux il-1.5 cm2 tal-erja tal-wiċċ li tista' tkun tilfet kemxejn il-kulur,
–difetti fil-qoxra ma jridux ikunu akbar minn:
–4 cm fit-tul għal difetti ta’ forma tawwalija,
–2,5 cm2 tat-total tal-erja tal-wiċċ għal difetti oħra, ħlief għall-iskabbja (Venturia inaequalis), li ma tridx tkun akbar, b'mod kumulattiv, minn 1 cm2 tat-total tal-erja tal-wiċċ,
–b'qoxra ftit ħoxna u ħamra samranija (russeting) bħal pereżempju:
–partijiet li huma kannella li jistgħu jkunu 'il barra mill-ħofor taz-zokk jew tal-pistili u li jistgħu jkunu kemxejn raffi u/jew
–qoxra ħoxna u ħamra samranija li tidher qisha xibka rqiqa u li ma taqbiżx 1/2 tat-total tal-wiċċ tal-frotta u li ma tikkuntrastax ħafna mal-kulur ġenerali tal-frotta u/jew
–qoxra bi grad dens ta’ ħxuna ħmura samranija li ma taqbiżx 1/3 tat-total tal-wiċċ tal-frotta filwaqt
–li l-partijiet fejn hemm qoxra ħoxna u ħamra samranija li qisha xibka rqiqa u fejn hemm il-qoxra bi grad dens ta’ ħxuna u ħmura samranija flimkien ma jistgħux jaqbżu massimu ta' 1/2 tat-total tal-wiċċ tal-frotta.
III.
DISPOŻIZZJONIJIET DWAR ID-DAQS
Id-daqs jiġi stabbilit jew skont id-dijametru massimu tat-taqsima ekwatorjali jew inkella skont il-piż.
Id-daqs minimu għandu jkun ta' 60 mm, jekk jitkejjel skont id-dijametru jew 90 g jekk jiġi mkejjel skont il-piż. Frott ta' daqs iżgħar jista' jiġi aċċettat, jekk il-livell Brix tal-prodott ikun ta' 10.5° Brix jew akbar u d-daqs ma jkunx iżgħar minn 50 mm jew 70 g.
Sabiex tiġi żgurata uniformità fid-daqs, il-firxa tad-daqsijiet tal-prodotti fl-istess pakkett ma għandhiex taqbeż:
(a)
għall-frott imkejjel skont id-dijametru:
–5 mm għall-frott tal-Klassi “Extra” u għall-frott tal-Klassijiet I u II ippakkjat f'ringieli u f'safef. Madankollu, għat-tuffieħ tal-varjetajiet Bramley's Seedling (Bramley, Triomphe de Kiel) u Horneburger, id-differenza fid-dijametru tista' tilħaq sa 10 mm, u
–10 mm għall-frott tal-Klassi I ippakkjat f'pakketti għall-bejgħ jew sfuż fil-pakkett. Madankollu, għat-tuffieħ tal-varjetajiet Nebbiet ta' Bramley (Bramley, Triomphe de Kiel) u Horneburger, id-differenza fid-dijametru tista' tkun sa 20 mm.
(b)
għall-frott imkejjel skont il-piż:
–Għat-tuffieħ tal-Klassi “Extra” u għat-tuffieħ tal-Klassijiet I u II ippakkjat f'ringieli u f'saffi:
–
|
Firxa (g)
|
Differenza fil-piż (g)
|
|
70-90
|
15 g
|
|
91-135
|
20 g
|
|
136-200
|
30 g
|
|
201-300
|
40 g
|
|
> 300
|
50 g
|
–Għall-frott tal-Klassi I ippakkjat f'pakketti għall-bejgħ jew sfuż fil-pakkett:
|
Firxa (g)
|
Uniformità (g)
|
|
70-135
|
35
|
|
136-300
|
70
|
|
> 300
|
100
|
M’hemmx rekwiżit dwar uniformità fid-daqsijiet għall-frott tal-Klassi II ippakkjat f’pakketti għall-bejgħ jew sfuż fil-pakkett.
Varjetajiet ta’ tuffieħ ċkejken, immarkati b’“M” fl-appendiċi għal dan l-istandard, huma eżentati mid-dispożizzjonijiet dwar id-daqs. Dawk il-varjetajiet ċkejknin għandu jkollhom livell Brix minimu ta’ 12°.
IV.
DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IT-TOLLERANZI
Fl-istadji kollha tal-kummerċjalizzazzjoni, it-tolleranzi fir-rigward tal-kwalità u d-daqs għandhom jiġu permessi f’kull lott għall-prodotti li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi indikata.
A.
Tolleranzi għall-kwalità
(i)
Klassi “Extra”
Hija permessa tolleranza totali ta’ 5 %, skont l-għadd jew il-piż, ta’ tuffieħ li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi iżda li jilħaq dawk tal-Klassi I. Fi ħdan din it-tolleranza mhux aktar minn 0.5 % mit-total jista’ jikkonsisti minn prodotti li jissodisfaw r-rekwiżiti tal-kwalità tal-Klassi II.
(ii)
Klassi I
Hija permessa tolleranza totali ta’ 10 %, skont l-għadd jew il-piż, tat-tuffieħ li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi iżda li jilħqu dawk tal-Klassi II. Fil-limitu ta’ din it-tolleranza, mhux aktar minn 1 % tat-total jista’ jikkonsisti fi prodotti li la jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Klassi II u lanqas ir-rekwiżiti minimi, jew tal-prodotti mħassrin.
(iii)
Klassi II
Hija permessa tolleranza totali ta’ 10 %, skont l-għadd jew il-piż, tat-tuffieħ li la jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-klassi u lanqas ir-rekwiżiti minimi. Fil-limitu ta' din it-tolleranza, mhux iktar minn 2 % tat-total jista' jkun affettwat mit-tħassir.
B.
Tolleranzi għad-daqs
Għall-klassijiet kollha: hija permessa tolleranza totali ta' 10 % skont l-għadd jew il-piż tat-tuffieħ li ma jissodisfax ir-rekwiżiti fir-rigward tad-daqsijiet. Din it-tolleranza ma tistax tiġi estiża biex tinkludi prodotti ta' daqs ta' :
–5 mm jew iktar inqas mid-dijametru minimu,
–10 g jew iktar inqas mill-piż minimu.
V.
DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-PREŻENTAZZJONI
A.
Uniformità
Il-kontenut ta' kull pakkett irid ikun uniformi u jkollu biss tuffieħ tal-istess oriġini, varjetà, kwalità u daqs (jekk jiġi mkejjel) u l-istess grad ta' sajran.
Fil-każ tal-Klassi “Extra”, l-uniformità tapplika wkoll għall-kulur.
Madankollu, taħlita ta’ lanġas ta' varjetajiet distintivament differenti tista’ tkun ippakkjata flimkien f'pakkett għall-bejgħ, sakemm dawn ikunu uniformi fil-kwalità u, għal kull varjetà kkonċernata, fl-oriġini. L-uniformità fid-daqs mhijiex meħtieġa.
Il-parti tal-kontenut li tidher tal-pakkett għandha tkun rappreżentattiva tal-kontenut kollu. Informazzjoni mnaqqxa bil-laser fuq frotta waħda ma għandhiex twassal għal difetti fil-laħam jew fil-qoxra.
B.
Imballaġġ
It-tuffieħ irid ikun ippakkjat b'tali mod li l-prodott ikun protett kif xieraq. B'mod partikolari, il-pakketti għall-bejgħ li jkollhom piż nett ta' aktar minn 3 kg għandhom ikunu b'saħħithom biżżejjed biex il-prodott ikun protett sew.
Il-materjali użati ġewwa l-pakkett għandhom ikunu nodfa u ta’ kwalità tali li jiġi evitat li ssir ħsara kemm fuq barra kif ukoll fuq ġewwa tal-prodotti. L-użu ta' materjali, speċjalment karti jew timbri li juru l-ispeċifikazzjonijiet kummerċjali huwa permess biss jekk l-istampar jew it-tikkettar ikun sar b'linka jew kolla li mhumiex tossiċi.
It-tikketti mwaħħlin individwalment mal-prodott għandhom ikunu tali li meta jitneħħew, la jħallu traċċi viżibbli ta’ kolla u lanqas jikkaġunaw difetti fil-qoxra.
Il-pakketti ma jridx ikun fihom materjal estranju ieħor.
VI.
DISPOŻIZZJONIJIET DWAR L-IMMARKAR
Kull pakkett irid juri d-dettalji li ġejjin b’ittri ragruppati fuq l-istess naħa, immarkati b’mod li jinqara u li ma jitħassarx, u viżibbli minn barra.
A.
Identifikazzjoni
Isem u indirizz ta’ min hu responsabbli mill-ippakkjar u/jew mill-bgħit (pereżempju: it-triq/il-belt/ir-reġjun/il-kodiċi postali u jekk differenti mill-pajjiż tal-oriġini, il-pajjiż).
Dan it-tagħrif jista’ jiġi sostitwit:
–għall-pakketti kollha bl-eċċezzjoni ta’ pakketti ppakkjati minn qabel, permezz tal-marka ta’ kodiċi maħruġa jew aċċettata uffiċjalment li tirrappreżenta lil min jippakkjahom u/jew lill-ispeditur, indikata b’rabta mill-qrib mar-referenza “Min jippakkja u/jew Speditur” (jew abbrevjazzjonijiet ekwivalenti). Il-marka ta’ kodiċi għandha tiġi ppreċedura mill-kodiċi ISO 3166 (alpha) tal-pajjiż/żona tal-pajjiż rikonoxxitur, jekk mhuwiex il-pajjiż tal-oriġini;
–Fil-każ partikulari tal-pakketti ppakkjati minn qabel, bl-isem u l-indirizz ta’ bejjiegħ stabbilit fl-Unjoni indikati b’rabta mill-qrib mal-avviż "Ippakkjat għal:” jew avviż ekwivalenti. F'dan il-każ, it-tikkettar għandu jinkludi wkoll kodiċi li jirrappreżenta lil min hu responsabbli għall-ippakkjar u/jew lill-ispeditur. Il-bejjiegħ għandu jagħti l-informazzjoni kollha li korp ta’ spezzjoni jikkunsidra neċessarja rigward it-tifsira ta’ dan il-kodiċi.
B.
Natura tal-prodott
–“Tuffieħ” jekk il-kontenut ma jkunx viżibbli minn barra.
–Isem il-varjetà. Fil-każ ta' taħlita ta' tuffieħ ta' varjetajiet distintivament differenti, l-ismijiet tal-varjetajiet differenti.
L-isem tal-varjetà jista' jinbidel b'sinonimu. Marka kummerċjali tista’ tingħata biss bħala żieda mal-varjetà jew mas-sinonimu.
Fil-każ ta’ mutazzjonijiet bi protezzjoni varjetali, l-isem tal-varjetà bażika jista’ jinbidel b’dan l-isem tal-varjetà. Fil-każ ta’ mutazzjonjiet mingħajr protezzjoni varjetali, dan l-isem tal-mutazzjoni jista’ jiġi indikat biss flimkien mal-isem tal-varjetà bażika.
–“Varjetà ċkejkna”, fejn xieraq.
C.
L-oriġini tal-prodott
Il-pajjiż tal-oriġini u, b'mod fakultattiv, id-distrett fejn ikun tkabbar, jew isem il-post nazzjonali, reġjonali jew lokali.
Fil-każ ta’ taħlita ta’ tuffieħ ta’ varjetajiet distintivament differenti ta’ oriġini differenti, l-indikazzjoni ta’ kull pajjiż tal-oriġini għandha tidher ħdejn isem il-varjetà kkonċernata.
D.
Speċifikazzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni
–Klassi
–Daqs jew l-għadd ta’ unitajiet għall-frott ippakkjat f’ringieli u saffi.
Jekk l-identifikazzjoni hija skont id-daqs, din għandha tiġi espressa:
(a)
għall-prodotti soġġetti għar-regoli tal-uniformità, bħala dijametri minimi u massimi jew piż minimu u massimu;
(b)
b’mod fakultattiv, għall-prodotti mhux suġġetti għar-regoli tal-uniformità, bħala d-dijametru jew il-piż tal-iżgħar frotta fil-pakkett segwit bi "u iktar" jew denominazzjoni ekwivalenti jew, fejn xieraq, segwiti bid-dijametru jew il-piż tal-akbar frotta fil-pakkett.
E.
Marka ta’ kontroll uffiċjali (fakultattiva)
Il-pakketti ma għandhomx għalfejn ikollhom id-dettalji msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-punt VI, meta jkun fihom pakketti għall-bejgħ li jidhru b’mod ċar minn barra u kollha jkun fihom dawn id-dettalji. Dawn il-pakketti għandhom ikunu ħielsa minn kwalunkwe indikazzjoni li tista' tqarraq. Meta dawn il-pakketti jkunu fuq pelits, id-dettalji għandhom jingħataw f'avviż li jitpoġġa f'pożizzjoni li tidher fuq tal-anqas żewġ naħat tal-pelit.
Appendiċi
Lista mhux eżawrjenti ta’ varjetajiet tat-tuffieħ
Frott ta' varjetajiet li ma jiffurmawx parti mil-lista jridu jkunu kklassifikati skont il-karatteristiċi tal-varjetajiet tagħhom.
Uħud mill-varjetajiet elenkati fit-tabella li ġejja jistgħu jiġu kkummerċjalizzati b’ismijiet li għalihom intalbet jew inkisbet protezzjoni tal-marka kummerċjali f’pajjiż wieħed jew aktar. L-ewwel tliet kolonni tat-tabella t'hawn taħt ma għandhomx l-iskop li jinkludu tali marki kummerċjali. Referenzi għal marki kummerċjali magħrufa ġew inklużi fir-raba’ kolonna għal skopijiet ta’ tagħrif biss.
Didaskalija:
M = varjetà ċkejkna
R = varjetà b’qoxra ħoxna u ħamra samranija
V = soluzzjoni ta' ilma u zokkor (watercore)
* = mutazzjoni mingħajr protezzjoni varjetali iżda li hi marbuta ma’ marka kummerċjali reġistrata/protetta; mutazzjonijiet mhux immarkati bl-asterisk huma varjetajiet protetti
|
Varjetajiet
|
Mutazzjoni
|
Sinonimi
|
Marki kummerċjali
|
Grupp ta’ kulur
|
Speċifikazzjonijiet addizzjonali
|
|
African Red
|
|
|
African Carmine ™
|
B
|
|
|
Akane
|
|
Tohoku 3, Primerouge
|
|
B
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Alkmene
|
|
Early Windsor
|
|
C
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Alwa
|
|
|
|
B
|
|
|
Amasya
|
|
|
|
B
|
|
|
Ambrosia
|
|
|
Ambrosia ®
|
B
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Annurca
|
|
|
|
B
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Ariane
|
|
|
Les Naturianes ®
|
B
|
|
|
Arlet
|
|
Swiss Gourmet
|
|
B
|
R
|
|
|
|
|
|
|
|
|
AW 106
|
|
|
Sapora ®
|
C
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Belgica
|
|
|
|
B
|
|
|
Belle de Boskoop
|
|
Schone van Boskoop, Goudreinette
|
|
D
|
R
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Boskoop rouge
|
Red Boskoop, Roter Boskoop, Rode Boskoop
|
|
B
|
R
|
|
|
Boskoop Valastrid
|
|
|
B
|
R
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Berlepsch
|
|
Freiherr von Berlepsch
|
|
C
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Berlepsch rouge
|
Red Berlepsch, Roter Berlepsch
|
|
B
|
|
|
Bonita
|
|
|
|
A
|
|
|
Braeburn
|
|
|
|
B
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Hidala
|
|
Hillwell ®
|
A
|
|
|
|
Joburn
|
|
Aurora ™,
Red Braeburn ™,
Southern Rose ™
|
A
|
|
|
|
Lochbuie Red Braeburn
|
|
|
A
|
|
|
|
Mahana Red Braeburn
|
|
Redfield ®
|
A
|
|
|
|
Mariri Red
|
|
Eve ™, Aporo ®
|
A
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Royal Braeburn
|
|
|
A
|
|
|
Bramley's Seedling
|
|
Bramley, Triomphe de Kiel
|
|
D
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Cardinal
|
|
|
|
B
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Caudle
|
|
|
Cameo ®, Camela®
|
B
|
|
|
|
Cauflight
|
|
Cameo ®, Camela®
|
A
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
CIV323
|
|
|
Isaaq ®
|
B
|
|
|
CIVG198
|
|
|
Modi ®
|
A
|
|
|
Civni
|
|
|
Rubens ®
|
B
|
|
|
Collina
|
|
|
|
C
|
|
|
Coop 38
|
|
|
Goldrush ®, Delisdor ®
|
D
|
R
|
|
Coop 39
|
|
|
Crimson Crisp ®
|
A
|
|
|
Coop 43
|
|
|
Juliet ®
|
B
|
|
|
Coromandel Red
|
|
Corodel
|
|
A
|
|
|
Cortland
|
|
|
|
B
|
|
|
Cox's Orange Pippin
|
|
Cox orange, Cox's O.P.
|
|
C
|
R
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Cripps Pink
|
|
|
Pink Lady ®, Flavor Rose ®
|
C
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Lady in Red
|
|
Pink Lady ®
|
B
|
|
|
|
Rosy Glow
|
|
Pink Lady ®
|
B
|
|
|
|
Ruby Pink
|
|
|
B
|
|
|
Cripps Red
|
|
|
Sundowner ™, Joya ®
|
B
|
|
|
Dalinbel
|
|
|
Antares ®
|
B
|
R
|
|
Dalitron
|
|
|
Altess ®
|
D
|
|
|
Delblush
|
|
|
Tentation ®
|
D
|
|
|
Delcorf
|
|
|
Delbarestivale ®
|
C
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Celeste
|
|
|
B
|
|
|
|
Bruggers Festivale
|
|
Sissired ®
|
A
|
|
|
|
Dalili
|
|
Ambassy ®
|
A
|
|
|
|
Wonik*
|
|
Appache ®
|
A
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Delcoros
|
|
|
Autento ®
|
A
|
|
|
Delgollune
|
|
|
Delbard Jubilé ®
|
B
|
|
|
Delicious ordinaire
|
|
Ordinary Delicious
|
|
B
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Discovery
|
|
|
|
C
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Dykmanns Zoet
|
|
|
|
C
|
|
|
Egremont Russet
|
|
|
|
D
|
R
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Elise
|
|
De Roblos, Red Delight
|
|
A
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Elstar
|
|
|
|
C
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Bel-El
|
|
Red Elswout ®
|
C
|
|
|
|
Daliest
|
|
Elista ®
|
C
|
|
|
|
Daliter
|
|
Elton ™
|
C
|
|
|
|
Elshof
|
|
|
C
|
|
|
|
Elstar Boerekamp
|
|
Excellent Star ®
|
C
|
|
|
|
Elstar Palm
|
|
Elstar PCP ®
|
C
|
|
|
|
Goedhof
|
|
Elnica ®
|
C
|
|
|
|
Red Elstar
|
|
|
C
|
|
|
|
RNA9842
|
|
Red Flame ®
|
C
|
|
|
|
Valstar
|
|
|
C
|
|
|
|
Vermuel
|
|
Elrosa ®
|
C
|
|
|
Empire
|
|
|
|
A
|
|
|
Fengapi
|
|
|
Tessa ®
|
B
|
|
|
Fiesta
|
|
Red Pippin
|
|
C
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Fresco
|
|
|
Wellant ®
|
B
|
R
|
|
Fuji
|
|
|
|
B
|
V
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Aztec
|
|
Fuji Zhen ®
|
A
|
V
|
|
|
Brak
|
|
Fuji Kiku ® 8
|
B
|
V
|
|
|
FUCIV51
|
|
SAN-CIV ®
|
A
|
V
|
|
|
Fuji Fubrax
|
|
Fuji Kiku ® Fubrax
|
B
|
V
|
|
|
Fuji Supreme
|
|
|
A
|
V
|
|
|
Fuji VW
|
|
King Fuji ®
|
A
|
V
|
|
|
Heisei Fuji
|
|
Beni Shogun ®
|
A
|
V
|
|
|
Raku-Raku
|
|
|
B
|
V
|
|
Gala
|
|
|
|
C
|
|
|
|
Alvina
|
|
|
A
|
|
|
|
ANABP 01
|
|
Bravo ™
|
A
|
|
|
|
Baigent
|
|
Brookfield ®
|
A
|
|
|
|
Bigigalaprim
|
|
Early Red Gala ®
|
B
|
|
|
|
Devil Gala
|
|
|
A
|
|
|
|
Fengal
|
|
Gala Venus
|
A
|
|
|
|
Gala Schnico
|
|
Schniga ®
|
A
|
|
|
|
Gala Schnico Red
|
|
Schniga ®
|
A
|
|
|
|
Galafresh
|
|
Breeze ®
|
A
|
|
|
|
Galaval
|
|
|
A
|
|
|
|
Galaxy
|
|
Selekta ®
|
B
|
|
|
|
Gilmac
|
|
Neon ®
|
A
|
|
|
|
Imperial Gala
|
|
|
B
|
|
|
|
Jugala
|
|
|
B
|
|
|
|
Mitchgla
|
|
Mondial Gala ®
|
B
|
|
|
|
Natali Gala
|
|
|
B
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Regal Prince
|
|
Gala Must ®
|
B
|
|
|
|
Royal Beaut
|
|
|
A
|
|
|
|
Simmons
|
|
Buckeye ® Gala
|
A
|
|
|
|
Tenroy
|
|
Royal Gala ®
|
B
|
|
|
|
ZoukG1
|
|
Gala One®
|
A
|
|
|
Galmac
|
|
|
Camelot ®
|
B
|
|
|
Gloster
|
|
|
|
B
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Golden 972
|
|
|
|
D
|
|
|
Golden Delicious
|
|
Golden
|
|
D
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
CG10 Yellow Delicious
|
|
Smothee ®
|
D
|
|
|
|
Golden Delicious Reinders
|
|
Reinders ®
|
D
|
|
|
|
Golden Parsi
|
|
Da Rosa ®
|
D
|
|
|
|
Leratess
|
|
Pink Gold ®
|
D
|
|
|
|
Quemoni
|
|
Rosagold ®
|
D
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Goldstar
|
|
|
Rezista Gold Granny ®
|
D
|
|
|
Gradigold
|
|
|
Golden Supreme ™, Golden Extreme ™
|
D
|
|
|
Gradiyel
|
|
|
Goldkiss ®
|
D
|
|
|
Granny Smith
|
|
|
|
D
|
|
|
|
Dalivair
|
|
Challenger ®
|
D
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Gravensteiner
|
|
Gravenstein
|
|
D
|
|
|
GS 66
|
|
|
Fräulein ®
|
B
|
|
|
HC2-1
|
|
|
Easy pep’s! Zingy ®
|
A
|
|
|
Hokuto
|
|
|
|
C
|
|
|
Holsteiner Cox
|
|
Holstein
|
|
C
|
R
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Honeycrisp
|
|
|
Honeycrunch ®
|
C
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Horneburger
|
|
|
|
D
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Idared
|
|
|
|
B
|
|
|
|
Idaredest
|
|
|
B
|
|
|
|
Najdared
|
|
|
B
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Ingrid Marie
|
|
|
|
B
|
R
|
|
Inored
|
|
|
Story ®, LoliPop ®
|
A
|
|
|
James Grieve
|
|
|
|
D
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Jonagold
|
|
|
|
C
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Early Jonagold
|
|
Milenga ®
|
C
|
|
|
|
Dalyrian
|
|
|
C
|
|
|
|
Decosta
|
|
|
C
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Jonagold Boerekamp
|
|
Early Queen ®
|
C
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Jonagold Novajo
|
Veulemanns
|
|
C
|
|
|
|
Jonagored
|
|
Morren’s Jonagored ®
|
C
|
|
|
|
Jonagored Supra
|
|
Morren’s Jonagored ® Supra ®
|
C
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Red Jonaprince
|
|
Wilton’s ®, Red Prince ®
|
C
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Rubinstar
|
|
|
C
|
|
|
|
Schneica
|
Jonica
|
|
C
|
|
|
|
Vivista
|
|
|
C
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Jonathan
|
|
|
|
B
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Karmijn de Sonnaville
|
|
|
|
C
|
R
|
|
Kizuri
|
|
|
Morgana ®
|
B
|
|
|
Ladina
|
|
|
|
A
|
|
|
La Flamboyante
|
|
|
Mairac ®
|
B
|
|
|
Laxton's Superb
|
|
|
|
C
|
R
|
|
Ligol
|
|
|
|
B
|
|
|
Lobo
|
|
|
|
B
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Lurefresh
|
|
|
Redlove ® Era ®
|
A
|
|
|
Lureprec
|
|
|
Redlove ® Circe ®
|
A
|
|
|
Luregust
|
|
|
Redlove ® Calypso ®
|
A
|
|
|
Luresweet
|
|
|
Redlove ® Odysso ®
|
A
|
|
|
Maigold
|
|
|
|
B
|
|
|
Maribelle
|
|
|
Lola ®
|
B
|
|
|
MC38
|
|
|
Crimson Snow ®
|
A
|
|
|
McIntosh
|
|
|
|
B
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Melrose
|
|
|
|
C
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Milwa
|
|
|
Diwa ®, Junami ®
|
B
|
|
|
Minneiska
|
|
|
SweeTango ®
|
B
|
|
|
Moonglo
|
|
|
|
C
|
|
|
Morgenduft
|
|
Imperatore
|
|
B
|
|
|
Mountain Cove
|
|
|
Ginger Gold ™
|
D
|
|
|
Mored
|
|
|
Joly Red ®
|
A
|
|
|
Mutsu
|
|
Crispin
|
|
D
|
|
|
Newton
|
|
|
|
C
|
|
|
Nicogreen
|
|
|
Greenstar ®
|
D
|
|
|
Nicoter
|
|
|
Kanzi ®
|
B
|
|
|
Northern Spy
|
|
|
|
C
|
|
|
Ohrin
|
|
Orin
|
|
D
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Paula Red
|
|
|
|
B
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Pinova
|
|
|
Corail ®
|
C
|
|
|
|
RoHo 3615
|
|
Evelina ®
|
B
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Piros
|
|
|
|
C
|
|
|
Plumac
|
|
|
Koru ®
|
B
|
|
|
Prem A153
|
|
|
Lemonade ®, Honeymoon ®
|
C
|
|
|
Prem A17
|
|
|
Smitten ®
|
C
|
|
|
Prem A280
|
|
|
Sweetie™
|
B
|
|
|
Prem A96
|
|
|
Rockit ™
|
B
|
M
|
|
R201
|
|
|
Kissabel ® Rouge
|
A
|
|
|
Rafzubin
|
|
|
Rubinette ®
|
C
|
|
|
|
Frubaur
|
|
Rubinette ® Rossina
|
A
|
|
|
|
Rafzubex
|
|
Rubinette ® Rosso
|
A
|
|
|
Rajka
|
|
|
Rezista Romelike ®
|
B
|
|
|
Regalyou
|
|
|
Candine ®
|
A
|
|
|
Red Delicious
|
|
Rouge américaine
|
|
A
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Campsur
|
|
Red Chief ®
|
A
|
|
|
|
Erovan
|
|
Early Red One ®
|
A
|
|
|
|
Evasni
|
|
Scarlet Spur ®
|
A
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Stark Delicious
|
|
|
A
|
|
|
|
Starking
|
|
|
C
|
|
|
|
Starkrimson
|
|
|
A
|
|
|
|
Starkspur
|
|
|
A
|
|
|
|
Topred
|
|
|
A
|
|
|
|
Trumdor
|
|
Oregon Spur Delicious ®
|
A
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Reine des Reinettes
|
|
Gold Parmoné, Goldparmäne
|
|
C
|
V
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Reinette grise du Canada
|
|
Graue Kanadarenette, Renetta Canada
|
|
D
|
R
|
|
RM1
|
|
|
Red Moon ®
|
A
|
|
|
Rome Beauty
|
|
Belle de Rome, Rome, Rome Sport
|
|
B
|
|
|
RS1
|
|
|
Red Moon ®
|
A
|
|
|
Rubelit
|
|
|
|
A
|
|
|
Rubin
|
|
|
|
C
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Rubinola
|
|
|
|
B
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Šampion
|
|
Shampion, Champion, Szampion
|
|
B
|
|
|
|
Reno 2
|
|
|
A
|
|
|
|
Šampion Arno
|
Szampion Arno
|
|
A
|
|
|
Santana
|
|
|
|
B
|
|
|
Sciearly
|
|
|
Pacific Beauty ™,
NZ Beauty
|
A
|
|
|
Scifresh
|
|
|
Jazz ™
|
B
|
|
|
Sciglo
|
|
|
Southern Snap ™
|
A
|
|
|
Scilate
|
|
|
Envy ®
|
B
|
|
|
Sciray
|
|
GS48
|
|
A
|
|
|
Scired
|
|
|
NZ Queen
|
A
|
R
|
|
Sciros
|
|
|
Pacific Rose ™,
NZ Rose
|
A
|
|
|
Senshu
|
|
|
|
C
|
|
|
Shinano Gold
|
|
|
Yello ®
|
D
|
|
|
Spartan
|
|
|
|
A
|
|
|
SQ 159
|
|
|
Natyra ®,
Magic Star ®
|
A
|
|
|
Stayman
|
|
|
|
B
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Summerred
|
|
|
|
B
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Sunrise
|
|
|
|
A
|
|
|
Sunset
|
|
|
|
D
|
R
|
|
Suntan
|
|
|
|
D
|
R
|
|
Sweet Caroline
|
|
|
|
C
|
|
|
TCL3
|
|
|
Posy ®
|
A
|
|
|
Topaz
|
|
|
|
B
|
|
|
Tydeman's Early Worcester
|
|
Tydeman's Early
|
|
B
|
|
|
Tsugaru
|
|
|
|
C
|
|
|
UEB32642
|
|
|
Opal ®
|
D
|
|
|
WA 2
|
|
|
Sunrise Magic ™
|
A
|
|
|
WA 38
|
|
|
Cosmic Crisp ™
|
A
|
|
|
Worcester Pearmain
|
|
|
|
B
|
|
|
Xeleven
|
|
|
Swing ® natural more
|
A
|
|
|
York
|
|
|
|
B
|
|
|
Zari
|
|
|
|
B
|
|
|
Zouk 16
|
|
|
Flanders Pink ®,
Mariposa ®
|
B
|
|
|
Zouk 31
|
|
|
Rubisgold ®
|
D
|
|
|
Zouk 32
|
|
|
Coryphée ®
|
A
|
|
PARTI 2: STANDARD TAL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI GĦALL-FROTT TAĊ-ĊITRU
I.
DEFINIZZJONI TAL-PRODOTT
Dan l-istandard japplika għall-frott taċ-ċitru tal-varjetajiet (cultivars) imkabbrin mill-ispeċi li ġejjin, li għandu jkun fornit frisk lill-konsumatur, u eskluż il-frott taċ-ċitru għall-ipproċessar industrijali:
–lumi mkabbar mill-ispeċi tas-Citrus limon (L.) Burm. f. u ibridi tagħha,
–Xkompi Persjani mkabbra mill-ispeċi Citrus latifolia (Yu. Tanaka) Tanaka, xkomp aċiduż frottat kbir magħruf ukoll bħala Bearss jew Tahiti u ibridi tagħhom,
–Xkompi Messikani mkabbra mill-ispeċi Citrus aurantiifolia (Christm.) Swingle, magħrufa wkoll bħala xkomp qares u xkomp key u ibridi tagħhom,
–Xkompi ħelwin Indjani, xkompi ħelwin Palestinjani mkabbra mill-ispeċi Citrus limettioides Tanaka u ibridi tagħhom,
–mandolin imkabbar mill-ispeċi Citrus reticulata Blanco, li jinkludi l-varjetajiet magħrufa bħala satsumas (Citrus unshiu Marcow), klementini (Citrus clementina hort. ex Tanaka), mandolin komuni (Citrus deliciosa Ten.) u varjetà oħra ta' mandolin (Citrus tangerina Tanaka) li jitkabbru minn dawn l-ispeċijiet u l-ibridi tagħhom,
–larinġ imkabbar mill-ispeċi tas-Citrus sinensis (L.) Osbeck u ibridi tagħha,
–xadokk imkabbar mill-ispeċi tas-Citrus paradisi Macfad. u ibridi tagħha,
–pomelos jew Xadokk imkabbar mill-ispeċi Citrus maxima (Burm.) Merr. U ibridi tagħhom.
II.
DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-KWALITÀ
L-għan tal-istandard huwa li jiddefinixxi r-rekwiżiti tal-kwalità għall-frott taċ-ċitru wara t-tħejjija u l-imballaġġ tiegħu.
Madanakollu, fl-istadji wara l-konsenja, fir-rigward tar-rekwiżiti tal-istandard, il-prodotti jistgħu:
–ikunu ħarira inqas friski u weqfin,
–jiddeterjoraw xi ftit fil-każ ta' prodotti fil-kategoriji l-oħra barra “Extra”, minħabba l-iżvilupp tagħhom u l-fatt li jispiċċaw malajr.
A.
Rekwiżiti minimi
Fil-klassijiet kollha, bla preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċjali għal kull klassi u t-tolleranzi permessi, il-prodotti jiġifieri il-frott taċ-ċitru jridu jkunu:
–intatti,
–ħieles mid-dbabar u/jew qtugħ imfejjaq b'mod estensiv,
–f'kundizzjoni tajba; prodotti affettwati mit-tħassir jew li jkunu qegħdin jiddeterjoraw b'tali mod li ma jibqgħux tajbin għall-konsum jiġu esklużi,
–nodfa, prattikament ħielsa minn kwalunkwe materjal barrani viżibbli,
–prattikament ħielsa mill-pesti,
–ħielsa minn ħsara kkawżata mill-pesti li taffettwa l-laħam,
–ħieles minn sinjali ta' tikmix jew deidrazzjoni,
–ħielsa minn ħsara kkawżata minn temperatura baxxa jew ġlata,
–ħielsa minn umdità esterna mhux normali,
–ħielsa minn kull tip ta’ riħa u/jew togħma barranija.
L-iżvilupp u l-kundizzjoni tal-frott taċ-ċitru jridu jkunu tali li jippermettulu:
–jifilħu għat-trasport u l-immaniġġar, u
–jaslu fid-destinazzjoni f’kundizzjoni sodisfaċenti.
B.
Rekwiżiti tal-maturità
Il-frott taċ-ċitru jrid ikun laħaq grad xieraq ta' żvilupp u ta' sajran, b'kunsiderazzjoni għall-kriterji xierqa għall-varjetà, iż-żmien tal-qtugħ u l-post tat-tkabbir.
Il-maturità taċ-ċitru hija ddefinita mill-parametri li ġejjin speċifikati għal kull speċi kif ġej:
–kontenut minimu ta' meraq,
–kontenut tat-total tas-solidi solubbli, jiġifieri l-kontenut minimu taz-zokkor
–proporzjon minimu ta' zokkor/aċidità,
–kulur.
Il-grad tal-kulur għandu jkun tali li bi żvilupp normali, il-frott taċ-ċitru jilħaq il-kulur tipiku tal-varjetà fil-punt tad-destinazzjoni tiegħu.
|
|
Il-kontenut minimu ta’ meraq (%)
|
Kontenut minimu taz-zokkor
(°Brix)
|
Proporzjon minimu ta' zokkor/aċidità
|
Kulur
|
|
Lumi
|
20
|
|
|
Irid ikun tipiku tal-varjetà. Frott ta' kulur aħdar (iżda mhux aħdar skur) ikun permess sakemm jissodisfa r-rekwiżiti minimi għall-kontenut tal-meraq
|
|
|
Xkomp
|
|
Xkomp Persjan
|
42
|
|
|
Il-frotta jeħtieġ tkun ħadra imma jista’ jkollha partijiet sofor sa 30% ta’ wiċċha fil-każ tal-ixkomp Persjan u sa 20% fil-każ tal-ixkomp Messikan u Indjan
|
|
Xkomp ħelu Messikan
u
Indjan
|
40
|
|
|
|
|
|
Satsumas, klementini, varjetajiet oħra ta' mandolin u l-ibridi tagħhom
|
|
Satsumi
|
33
|
|
6,5:1
|
Irid ikun tipiku tal-varjetà tal-inqas fuq terz tal-wiċċ tal-frotta
|
|
Klementini
|
40
|
|
7,0:1
|
|
|
Varjetajiet oħra ta' mandolin u l-ibridi tagħhom
|
33
|
|
7,5:1
|
|
|
|
Larinġ
|
|
Larinġ tad-demm
|
30
|
|
6,5:1
|
Irid ikun tipiku tal-varjetà. Madankollu, frott ta' kulur aħdar ċar li ma jkunx jaqbeż parti waħda minn kull ħamsa tat-total tal-erja tal-wiċċ ikun permess, sakemm jissodisfa r-rekwiżiti minimi għall-kontenut tal-meraq.
Larinġ imkabbar f'żoni b'temperaturi għoljin u b'kundizzjonijiet ta' umdità relattivament għolja matul il-perjodu tal-iżvilupp, b'kulur aħdar li jaqbeż parti waħda minn kull ħamsa tat-total tal-erja tal-wiċċ, huwa permess sakemm jissodisfa r-rekwiżiti minimi għall-kontenut tal-meraq.
|
|
Grupp taż-żokra
|
33
|
|
6,5:1
|
|
|
Varjetajiet oħrajn
|
35
|
|
6,5:1
|
|
|
Mosambi, Sathgudi u Pacitan b'iktar minn parti waħda minn kull ħamsa tat-total tal-erja tal-wiċċ ta' kulur aħdar
|
33
|
|
|
|
|
Varjetajiet oħrajn b'iktar minn parti waħda minn kull ħamsa tat-total tal-erja tal-wiċċ ta’ kulur aħdar
|
45
|
|
|
|
|
|
Xadokk u ibridi
|
|
Il-varjetajiet u l-ibridi kollha
|
35
|
|
|
Irid ikun tipiku tal-varjetà.
Frott ta' kulur ħadrani (aħdar fl-Oroblanco) ikun permess, sakemm jissodisfa r-rekwiżiti minimi għall-kontenut tal-meraq
|
|
Oroblanco
|
35
|
9
|
|
|
|
Pomelos (Xadokk) u ibridi
|
|
8
|
|
Irid ikun tipiku tal-varjetà tal-inqas fuq żewġ terzi tal-wiċċ tal-frotta
|
Il-frott taċ-ċitru li jissodisfa r-rekwiżiti tal-maturità jista' jieħu l-kulur karatteristiku tal-frott misjur (degreened). Dan it-trattament ikun permess biss jekk il-karatteristiċi naturali u organolettiċi l-oħrajn ma jkunux tbiddlu.
C.
Klassifikazzjoni
Il-frott taċ-ċitru huwa klassifikat fi tlett klassijiet definiti kif ġej:
(i)
Klassi "Extra"
Il-frott taċ-ċitru f'din il-klassi jrid ikun ta' kwalità superjuri. Irid ikollu l-karatteristiċi tal-varjetà u/jew tip kummerċjali.
Irid ikun ħieles mid-difetti bl-eċċezzjoni ta' difetti superfiċjali tassew żgħar, sakemm dawn ma jaffetwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett.
(ii)
Klassi I
Il-frott taċ-ċitru f'din il-klassi jrid ikun ta' kwalità tajba. Irid ikollu l-karatteristiċi tal-varjetà u/jew tip kummerċjali.
Id-difetti żgħar li ġejjin, madankollu, jistgħu jiġu permessi, sakemm dawn ma jaffettwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett:
–difett żgħir fil-forma,
–difetti żgħar fil-kulur, inkluż ħruq ħafif tax-xemx,
–difetti żgħar li jiżviluppaw fil-qoxra, sakemm ma jaffettwawx il-laħam,
–difetti żgħar fil-qoxra li jirriżultaw matul il-proċess l-iffurmar tal-frott, bħalma huma qxura kulur il-fidda, qoxra ħoxna u ħamra samranija jew ħsara mill-pesti,
–difetti żgħar li jkunu fiequ u li jkunu ġew ikkawżati mekkanikament bħal ħsara mis-silġ, mill-ħakk mal-frott l-ieħor jew ħsara mill-immaniġġar,
–qlugħ ħafif jew parzjali tal-qoxra tal-frott kollu tal-grupp tal-mandolin.
(iii)
Klassi II
Din il-klassi tinkludi frott taċ-ċitru li ma jikkwalifikax għall-inklużjoni fl-ogħla klassijiet, iżda li jissodisfa r-rekwiżiti minimi msemmija fil-punt A.
Id-difetti li ġejjin jistgħu jiġu permessi, sakemm il-frott taċ-ċitru jżomm il-karatteristiċi essenzjali tiegħu rigward il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni:
–difetti fil-forma,
–difetti żgħar fil-kulur, inkluż ħruq tax-xemx,
–difetti żgħar li jiżviluppaw fil-qoxra, sakemm ma jaffettwawx il-laħam,
–difetti żgħar fil-qoxra li jirriżultaw matul il-proċess tal-iffurmar tal-frott, bħal qxura kulur il-fidda, qoxra ħoxna u ħamra samranija, jew ħsara mill-pesti,
–difetti żgħar li jkunu fiequ u li jkunu ġew ikkawżati mekkanikament bħal ħsara mis-silġ, mill-ħakk bejn il-frott jew ħsara mill-immaniġġar,
–alterazzjonijiet superfiċjali fil-qoxra li jkunu fiequ,
–qoxra raffa,
–qlugħ ħafif jew parzjali tal-qoxra għal-larinġ u qlugħ parzjali tal-qoxra għall-frott kollu tal-grupp tal-mandolin.
III.
DISPOŻIZZJONIJIET DWAR ID-DAQS
Id-daqs huwa stabbilit jew skont id-dijametru massimu tas-sezzjoni ekwatorjali tal-frotta jew skont l-għadd.
A.
Daqs minimu
Il-daqsijiet minimi li ġejjin japplikaw:
|
Frott
|
Dijametru (mm)
|
|
Lumi
|
45
|
|
Xkomp Persjan
|
42
|
|
Xkomp ħelu Messikan u Indjan
|
25
|
|
Satsumas, varjetajiet oħrajn ta' mandolin u l-ibridi tagħhom
|
45
|
|
Klementini
|
35
|
|
Larinġ
|
53
|
|
Xadokk u ibridi
|
70
|
|
Pomelos u ibridi
|
100
|
B.
Uniformità
Il-frott taċ-ċitru jista' jitkejjel skont waħda mill-alternattivi li ġejjin:
(a)
Sabiex tiġi żgurata uniformità fid-daqs, il-firxa tad-daqsijiet tal-prodotti fl-istess pakkett ma għandhiex taqbeż:
–10 mm, jekk id-dijametru tal-iżgħar frotta (kif indikat fuq il-pakkett) ikun iżgħar minn 60 mm
–15 mm, jekk id-dijametru tal-iżgħar frotta (kif indikat fuq il-pakkett) ikun daqs 60 mm jew akbar iżda iżgħar minn 80 mm
–20 mm, jekk id-dijametru tal-iżgħar frotta (kif indikat fuq il-pakkett) ikun daqs 80 mm jew akbar iżda iżgħar minn 110 mm
–m’hemmx limitu għad-differenza fid-dijametru għall-frott b’dijametru ta’ 110 mm jew akbar.
(b)
Meta jiġu applikati kodiċijiet għad-daqs, iridu jiġu rrispettati il-kodiċijiet u l-firxiet fit-tabelli li ġejjin:
|
|
Kodiċi tad-daqs
|
Dijametru (mm)
|
|
Lumi
|
|
|
0
|
79-90
|
|
|
1
|
72-83
|
|
|
2
|
68-78
|
|
|
3
|
63-72
|
|
|
4
|
58-67
|
|
|
5
|
53-62
|
|
|
6
|
48-57
|
|
|
7
|
45-52
|
|
Xkomp
|
|
|
|
Xkomp Persjan
|
1
|
58 - 67
|
|
|
2
|
53 - 62
|
|
|
3
|
48 - 57
|
|
|
4
|
45 - 52
|
|
|
5
|
42 - 49
|
|
Xkomp ħelu Messikan u Indjan
|
1
|
> 45
|
|
|
2
|
40,1 - 45
|
|
|
3
|
35.1-40
|
|
|
4
|
30.1-35
|
|
|
5
|
25-30
|
|
Satsumas, klementini, varjetajiet oħra ta' mandolin u l-ibridi tagħhom
|
|
|
1 - XXX
|
ta' 78 jew iktar
|
|
|
1 - XX
|
67 - 78
|
|
|
1 jew 1 - X
|
63 - 74
|
|
|
2
|
58 - 69
|
|
|
3
|
54 - 64
|
|
|
4
|
50 - 60
|
|
|
5
|
46 - 56
|
|
|
6
|
43 - 52
|
|
|
7
|
41 - 48
|
|
|
8
|
39 - 46
|
|
|
9
|
37 - 44
|
|
|
10
|
35 - 42
|
|
Larinġ
|
|
|
0
|
92 – 110
|
|
|
1
|
87 - 100
|
|
|
2
|
84 – 96
|
|
|
3
|
81 – 92
|
|
|
4
|
77 – 88
|
|
|
5
|
73 – 84
|
|
|
6
|
70 – 80
|
|
|
7
|
67 – 76
|
|
|
8
|
64 – 73
|
|
|
9
|
62 – 70
|
|
|
10
|
60 – 68
|
|
|
11
|
58 – 66
|
|
|
12
|
56 – 63
|
|
|
13
|
53 – 60
|
|
Xadokk u ibridi
|
|
|
0
|
>139
|
|
|
1
|
109 – 139
|
|
|
2
|
100 – 119
|
|
|
3
|
93 – 110
|
|
|
4
|
88 – 102
|
|
|
5
|
84 – 97
|
|
|
6
|
81 – 93
|
|
|
7
|
77 – 89
|
|
|
8
|
73 – 85
|
|
|
9
|
70 - 80
|
|
Pomelos u ibridi
|
|
|
0
|
>170
|
|
|
1
|
156 – 170
|
|
|
2
|
148 – 162
|
|
|
3
|
140 – 154
|
|
|
4
|
132 – 146
|
|
|
5
|
123 – 138
|
|
|
6
|
116 – 129
|
|
|
7
|
100 – 118
|
L-uniformità fid-daqs tintlaħaq permezz tal-iskali ta' daqs imsemmija hawn fuq, sakemm ma jingħadx mod ieħor, kif ġej:
Għall-frott fi bramel kbar u frott f'pakketti għall-bejgħ b'piż nett massimu ta' 5 kg, id-differenza massima ma tridx taqbeż il-firxa miksuba permezz tal-ġbir fi tliet daqsijiet konsekuttivi fl-iskala tad-daqsijiet.
(c)
Għall-frott imkejjel skont l-għadd, id-differenza fid-daqs għandha tkun konsistenti mal-punt (a).
IV.
DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IT-TOLLERANZI
Fl-istadji kollha tal-kummerċjalizzazzjoni, it-tolleranzi fir-rigward tal-kwalità u d-daqs għandhom jiġu permessi f’kull lott għall-prodotti li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi indikata.
A.
Tolleranzi għall-kwalità
(i)
Klassi "Extra"
Hija permessa tolleranza totali ta’ 5 %, skont l-għadd jew il-piż, ta’ frott taċ-ċitru li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi iżda li jilħaq dawk tal-Klassi I. Fi ħdan din it-tolleranza mhux aktar minn 0.5 % mit-total jista’ jikkonsisti minn prodotti li jissodisfaw r-rekwiżiti tal-kwalità tal-Klassi II.
(ii)
Klassi I
Hija permessa tolleranza totali ta’ 10 %, skont l-għadd jew il-piż, tal-frott taċ-ċitru li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi iżda li jilħqu dawk tal-Klassi II. Fil-limitu ta’ din it-tolleranza, mhux aktar minn 1 % tat-total jista’ jikkonsisti fi prodotti li la jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Klassi II u lanqas ir-rekwiżiti minimi, jew tal-prodotti mħassrin.
(iii)
Klassi II
Hija permessa tolleranza totali ta’ 10 %, skont l-għadd jew il-piż, tal-frott taċ-ċitru li la jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-klassi u lanqas ir-rekwiżiti minimi. Fil-limitu ta' din it-tolleranza, mhux iktar minn 2 % tat-total jista' jkun affettwat mit-tħassir.
B.
Tolleranzi għad-daqs
Għall-klassijiet kollha: hija permessa tolleranza totali ta' 10 %, skont l-għadd jew il-piż, tal-frott taċ-ċitru ta' daqs eżatt taħt u/jew fuq dak (jew dawk, fil-każ tal-kombinazzjoni ta' tliet daqsijiet) imsemmija fuq il-pakketti.
F'kull każ, it-tolleranza ta' 10 % tapplika biss għall-frott mhux iżgħar mill-valuri minimi li ġejjin:
|
Frott
|
Dijametru (mm)
|
|
Lumi
|
43
|
|
Xkomp Persjan
|
40
|
|
Xkomp ħelu Messikan u Indjan
|
Mhux applikabbli
|
|
Satsumas, varjetajiet oħrajn ta' mandolin u l-ibridi tagħhom
|
43
|
|
Klementini
|
34
|
|
Larinġ
|
50
|
|
Xadokk u ibridi
|
67
|
|
Pomelos u ibridi
|
98
|
V.
DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-PREŻENTAZZJONI
A.
Uniformità
Il-kontenut ta' kull pakkett irid ikun uniformi u jkollu fih frott taċ-ċitru biss tal-istess oriġini, varjetà, jew tip kummerċjali, kwalità, u qies, u konsiderevolment tal-istess grad ta' sajran u żvilupp.
Barra minn hekk, għall-Klassi “Extra”, l-uniformità fil-lewn hija meħtieġa.
Madankollu, taħlita ta’ frott taċ-ċitru ta' speċijiet distintivament differenti tista’ tkun ippakkjata flimkien f'pakkett għall-bejgħ, sakemm dawn ikunu uniformi fil-kwalità u, għal kull varjetà kkonċernata, fil-varjetà jew tip kummerċjali u fl-oriġini. L-uniformità fid-daqs mhijiex meħtieġa.
Il-parti tal-kontenut li tidher tal-pakkett għandha tkun rappreżentattiva tal-kontenut kollu.
B.
Imballaġġ
Il-frott taċ-ċitru jrid ikun ippakkjat b'tali mod li l-prodott ikun protett kif xieraq.
Il-materjali użati ġewwa l-pakkett għandhom ikunu nodfa u ta’ kwalità tali li jiġi evitat li ssir ħsara kemm fuq barra kif ukoll fuq ġewwa tal-prodotti. L-użu ta' materjali, speċjalment karti jew timbri li juru l-ispeċifikazzjonijiet kummerċjali huwa permess biss jekk l-istampar jew it-tikkettar ikun sar b'linka jew kolla li mhumiex tossiċi.
It-tikketti mwaħħlin individwalment mal-prodott għandhom ikunu tali li meta jitneħħew, la jħallu traċċi viżibbli ta’ kolla u lanqas jikkaġunaw difetti fil-qoxra. Informazzjoni mnaqqxa bil-laser fuq frotta waħda ma għandhiex twassal għal difetti fil-laħam jew fil-qoxra.
Jekk il-frott ikun imkebbeb, trid tintuża karta rqiqa, niexfa, ġdida u mingħajr riħa.
L-użu ta' kwalunkwe sustanza li għandha t-tendenza li timmodifika l-karatteristiċi naturali tal-frott taċ-ċitru, speċjalment it-togħma jew ir-riħa tiegħu, huwa pprojbit.
Il-pakketti ma jridx ikun fihom materjal estranju ieħor. Madankollu, il-preżentazzjoni ta' fergħa ċkejkna (mhux tal-injam) bi ftit weraq ħodor imqabbdin magħha hija permessa.
VI.
DISPOŻIZZJONIJIET DWAR L-IMMARKAR
Kull pakkett irid juri d-dettalji li ġejjin b’ittri ragruppati fuq l-istess naħa, immarkati b’mod li jinqara u li ma jitħassarx, u viżibbli minn barra.
A.
Identifikazzjoni
Isem u indirizz ta’ min hu responsabbli mill-ippakkjar u/jew mill-bgħit (pereżempju: it-triq/il-belt/ir-reġjun/il-kodiċi postali u jekk differenti mill-pajjiż tal-oriġini, il-pajjiż).
Dan it-tagħrif jista’ jiġi sostitwit:
–għall-pakketti kollha bl-eċċezzjoni ta’ pakketti ppakkjati minn qabel, permezz tal-marka ta’ kodiċi maħruġa jew aċċettata uffiċjalment li tirrappreżenta lil min jippakkjahom u/jew lill-ispeditur, indikata b’rabta mill-qrib mar-referenza “Min jippakkja u/jew Speditur” (jew abbrevjazzjonijiet ekwivalenti). Il-marka ta’ kodiċi għandha tiġi ppreċedura mill-kodiċi ISO 3166 (alpha) tal-pajjiż/żona tal-pajjiż rikonoxxitur, jekk mhuwiex il-pajjiż tal-oriġini;
–Fil-każ partikulari tal-pakketti ppakkjati minn qabel, bl-isem u l-indirizz ta’ bejjiegħ stabbilit fl-Unjoni indikati b’rabta mill-qrib mal-avviż "Ippakkjat għal:” jew avviż ekwivalenti. F'dan il-każ, it-tikkettar għandu jinkludi wkoll kodiċi li jirrappreżenta lil min hu responsabbli għall-ippakkjar u/jew lill-ispeditur. Il-bejjiegħ għandu jagħti l-informazzjoni kollha li korp ta’ spezzjoni jikkunsidra neċessarja rigward it-tifsira ta’ dan il-kodiċi.
B.
Natura tal-prodott
“Lumi”, “Xkomp”, “Xkomp Persjan”, “Xkomp Messikan”, “Xkomp ħelu Indjan”/“Xkomp ħelu Palestinjan”, “Mandolin”, “Larinġ, “Xadokk”, “Pomelos”/Xadokk” jekk il-prodott ma jkunx jidher minn barra.
“Taħlita ta' frott taċ-ċitru” jew denominazzjoni ekwivalenti u ismijiet komuni tal-ispeċijiet differenti, fil-każ ta' taħlita ta' frott taċ-ċitru ta' speċijiet distintivament differenti.
Għal-larinġ, isem il-varjetà, u/jew il-grupp rispettiv tal-varjetà fil-każ ta’ “Navels”, u “Valencias”.
Għal “Satsumas” u “Klementini”, l-isem komuni tal-ispeċi huwa meħtieġ u l-isem tal-varjetà mhuwiex obbligatorju.
Għal varjetajiet oħrajn ta’ mandolin u l-ibridi tagħhom, isem il-varjetà huwa meħtieġ.
Għall-ispeċijiet l-oħrajn kollha: isem il-varjetà mhux obbligatorju.
L-isem ta’ varjetà jista’ jinbidel b’sinonimu. Marka kummerċjali tista’ tingħata biss bħala żieda mal-varjetà jew mas-sinonimu.
kulur il-laħam “abjad”, “roża” jew “aħmar” fil-każ ta’ xadokk u pumelos, fejn jixraq.
“Biż-żerriegħa” fil-każ ta’ klementini b’aktar minn 10 żrieragħ.
“Bla żerriegħa” (fakultattiva, frott taċ-ċitru ta' bla żerriegħa jista' xi drabi jkollu ż-żerriegħa)
C.
L-oriġini tal-prodott
–Il-pajjiż tal-oriġini u, b'mod fakultattiv, id-distrett fejn ikun tkabbar, jew isem il-post nazzjonali, reġjonali jew lokali.
–Fil-każ ta' taħlita ta’ frott taċ-ċitru ta' speċijiet distintivament differenti ta' oriġini differenti, l-indikazzjoni ta' kull pajjiż tal-oriġini għandha tidher ħdejn isem il-varjetà kkonċernata.
D.
Speċifikazzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni
–Klassi.
–Id-daqs espress bħala:
–Daqsijiet minimi u massimi (f'mm) jew
–Kodiċi/jiet tad-daqs segwiti, b'mod fakultattiv, bid-daqs minimu jew massimu jew
–L-għadd.
–Meta jintużaw, għandhom jissemmew l-aġent ta’ preservazzjoni jew sustanzi kimiċi oħra wara l-istadju tal-ħsad.
E.
Marka ta’ kontroll uffiċjali (fakultattiva)
Il-pakketti ma għandhomx għalfejn ikollhom id-dettalji msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-punt VI, meta jkun fihom pakketti għall-bejgħ li jidhru b’mod ċar minn barra u kollha jkun fihom dawn id-dettalji. Dawn il-pakketti għandhom ikunu ħielsa minn kwalunkwe indikazzjoni li tista' tqarraq. Meta dawn il-pakketti jkunu fuq pelits, id-dettalji għandhom jingħataw f'avviż li jitpoġġa f'pożizzjoni li tidher fuq tal-anqas żewġ naħat tal-pelit.
PARTI 3: STANDARD TAL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI GĦALL-FROTT TAL-KIWI
I.
DEFINIZZJONI TAL-PRODOTT
Dan l-istandard japplika għall-frott tal-kiwi (magħruf ukoll bħala Actinidia jew kiwi) ta’ varjetajiet (kultivari) li jkunu tkabbru mill-Actinidia chinensis Planch. u Actinidia deliciosa (A. Chev.), C.F. Liang u A.R. Ferguson, li għandhom jiġu fornuti friski lill-konsumatur, bil-frott tal-kiwi għall-ipproċessar industrijali jkun eskluż.
II.
DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-KWALITÀ
L-għan tal-istandard huwa li jiddefinixxi r-rekwiżiti tal-kwalitá tal-frott tal-kiwi, wara t-tħejjija u l-imballaġġ tiegħu.
Madanakollu, fl-istadji wara l-konsenja, fir-rigward tar-rekwiżiti tal-istandard, il-prodotti jistgħu:
–ikunu ħarira inqas friski u weqfin,
–jiddeterjoraw xi ftit fil-każ ta' prodotti fil-kategoriji l-oħra barra “Extra”, minħabba l-iżvilupp tagħhom u l-fatt li jispiċċaw malajr.
A.
Rekwiżiti minimi
Fil-klassijiet kollha, bla preġudizzju għad-disposizzjonijiet speċjali għal kull klassi u t-tolleranzi permessi, il-frott tal-kiwi jrid ikun:
–intatt (iżda mingħajr pedunkulu),
–f'kundizzjoni tajba; prodotti affettwati mit-tħassir jew li jkunu qegħdin jiddeterjoraw b'tali mod li ma jibqgħux tajbin għall-konsum jiġu esklużi,
–nodfa, prattikament ħielsa minn kwalunkwe materjal barrani viżibbli,
–prattikament ħielsa mill-pesti,
–ħielsa minn ħsara kkawżata mill-pesti li taffettwa l-laħam,
–adegwatament sod; mhux artab, imkemmex jew imxarrab,
–iffurmat tajjeb, frott doppju/multiplu eskluż,
–ħielsa minn umdità esterna mhux normali,
–ħielsa minn kull tip ta’ riħa u/jew togħma barranija.
L-iżvilupp u l-kundizzjoni tal-frott tal-kiwi jridu jkunu tali li jippermettulu:
–jifilħu għat-trasport u l-immaniġġar, u
–jaslu fid-destinazzjoni f’kundizzjoni sodisfaċenti.
B.
Rekwiżiti minimi tal-maturità
Il-frott tal-kiwi għandu jkun żviluppat biżżejjed u jkun misjur b'mod sodisfaċenti.
Sabiex jissodisfa dan ir-rekwiżit, meta jiġi ppakkjat il-frott irid ikun laħaq grad ta’ sajran ta’ tal-inqas 6.2° Brix jew medja ta kontenut ta’ materja xotta ta’ 15 % li għandha twassal għal 9.5° Brix meta jidħol fil-katina tad-distribuzzjoni.
C.
Klassifikazzjoni
Il-frott tal-kiwi huwa klassifikat fi tlett klassijiet definiti kif ġej:
(i)
Klassi "Extra"
Il-frott tal-kiwi f'din il-klassi jrid ikun ta' kwalità superjuri. Irid ikun karatteristiku tal-varjetà.
Irid ikun sod u l-laħam irid ikun f'kundizzjoni tajba għalkollox.
Irid ikun ħieles mid-difetti bl-eċċezzjoni ta' difetti superfiċjali tassew żgħar, sakemm dawn ma jaffettwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett.
Il-proporzjon tad-dijametru minimu/massimu tal-frott imkejjel fis-sezzjoni ekwatorjali jrid ikun 0.8 jew akbar.
(ii)
Klassi I
Il-frott tal-kiwi f'din il-klassi jrid ikun ta' kwalità tajba. Irid ikun karatteristiku tal-varjetà.
Irid ikun sod u l-laħam irid ikun f'kundizzjoni tajba għalkollox.
Id-difetti żgħar li ġejjin, madankollu, jistgħu jiġu permessi, sakemm dawn ma jaffettwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett:
–difett żgħir fil-forma (iżda mingħajr nefħiet jew deformazzjonijiet),
–difetti żgħar fil-lewn,
–difetti żgħar fil-qoxra, sakemm it-total tal-erja affettwata ma taqbiżx 1 cm2,
–“Hayward mark” żgħira qisha linja lonġitudinali u mhux imqabbża 'l barra.
Il-proporzjon tad-dijametru minimu/massimu tal-frott imkejjel fis-sezzjoni ekwatorjali jrid ikun 0.7 jew akbar.
(iii)
Klassi II
Din il-klassi tinkludi frott tal-kiwi li ma jikkwalifikax għall-inklużjoni fil-klassijiet ogħla, iżda li jissodisfa r-rekwiżiti minimi msemmija fil-punt A.
Il-frott għandu jkun raġjonevolment sod u l-laħam ma għandux juri difetti serji.
Id-difetti li ġejjin jistgħu jiġu permessi sakemm il-frott tal-kiwi jżomm il-karatteristiċi essenzjali tiegħu rigward il-kwalità, iż-żamma tal-kwalità u l-preżentazzjoni:
–difetti fil-forma,
–difetti fil-kulur,
–difetti fil-qoxra, bħal qtugħ żgħir imfejjaq jew tessut mibrux/immarkat, sakemm it-total tal-erja affettwata ma taqbiżx iż-2 cm2,
–għadd ta’ “Hayward marks” li jidhru ħafna iktar u kemxejn imqabbżin ’il barra,
–dbabar ħfief.
III.
DISPOŻIZZJONIJIET DWAR ID-DAQS
Id-daqs jiġi stabbilit skont il-piż tal-frott.
Il-piż minimu għall-Klassi "Extra" huwa ta’ 90 gm, għall-Klassi I huwa ta’ 70 gm u għall-Klassi II huwa ta’ 65 gm.
Sabiex tiġi żgurata uniformità fid-daqs, il-firxa tad-daqsijiet tal-prodotti fl-istess pakkett ma għandhiex taqbeż:
–10 gm għall-frott b'piż sa 85 gm,
–15 gm għall-frott b'piż bejn 85 gm u 120 gm,
–20 g għall-frott li jiżen bejn 120 g u 150 g,
–40 gm għall-frott b’piż ta’ 150 gm jew aktar,
IV.
DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IT-TOLLERANZI
Fl-istadji kollha tal-kummerċjalizzazzjoni, it-tolleranzi fir-rigward tal-kwalità u d-daqs għandhom jiġu permessi f’kull lott għall-prodotti li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi indikata.
A.
Tolleranzi għall-kwalità
(i)
Klassi "Extra"
Hija permessa tolleranza totali ta’ 5 %, skont l-għadd jew il-piż, ta’ frott tal-kiwi li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi iżda li jilħaq dawk tal-Klassi I. Fi ħdan din it-tolleranza mhux aktar minn 0.5 % mit-total jista’ jikkonsisti minn prodotti li jissodisfaw r-rekwiżiti tal-kwalità tal-Klassi II.
(ii)
Klassi I
Hija permessa tolleranza totali ta’ 10 %, skont l-għadd jew il-piż, ta’ frott tal-kiwi li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi iżda li jilħaq dawk tal-Klassi II. Fil-limitu ta’ din it-tolleranza, mhux aktar minn 1 % tat-total jista’ jikkonsisti fi prodotti li la jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Klassi II u lanqas ir-rekwiżiti minimi, jew tal-prodotti mħassrin.
(iii)
Klassi II
Hija permessa tolleranza totali ta’ 10 %, skont l-għadd jew il-piż, tal-frott tal-kiwi li la jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-klassi u lanqas ir-rekwiżiti minimi. Fil-limitu ta' din it-tolleranza, mhux iktar minn 2 % tat-total jista' jkun affettwat mit-tħassir.
B.
Tolleranzi għad-daqs
Għall-klassijiet kollha: hija permessa tolleranza totali ta' 10 % skont l-għadd jew il-piż tal-frott tal-kiwi li ma jissodisfax ir-rekwiżiti fir-rigward tad-daqsijiet.
Madankollu, il-frott tal-kiwi ma jridx ikun ta' piż inqas minn 85 gm għall-Klassi "Extra", 67 gm għall-Klassi I u 62 gm għall-Klassi II.
V.
DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-PREŻENTAZZJONI
A.
Uniformità
Il-kontenut ta' kull pakkett irid ikun uniformi u jkun fih biss frott tal-kiwi tal-istess oriġini, varjetà, kwalità u daqs.
Il-parti tal-kontenut li tidher tal-pakkett għandha tkun rappreżentattiva tal-kontenut kollu.
B.
Imballaġġ
Il-frott tal-kiwi jrid ikun ippakkjat b'tali mod li l-prodott ikun protett kif xieraq.
Il-materjali użati ġewwa l-pakkett għandhom ikunu nodfa u ta’ kwalità tali li jiġi evitat li ssir ħsara kemm fuq barra kif ukoll fuq ġewwa tal-prodotti. L-użu ta' materjali, speċjalment karti jew timbri li juru l-ispeċifikazzjonijiet kummerċjali huwa permess biss jekk l-istampar jew it-tikkettar ikun sar b'linka jew kolla li mhumiex tossiċi.
It-tikketti mwaħħlin individwalment mal-prodott għandhom ikunu tali li meta jitneħħew, la jħallu traċċi viżibbli ta' kolla u lanqas jikkaġunaw difetti fil-qoxra. Informazzjoni mnaqqxa bil-laser fuq frotta waħda ma għandhiex twassal għal difetti fil-laħam jew fil-qoxra.
Il-pakketti ma jridx ikun fihom materjal estranju ieħor.
VI.
DISPOŻIZZJONIJIET DWAR L-IMMARKAR
Kull pakkett irid juri d-dettalji li ġejjin b’ittri ragruppati fuq l-istess naħa, immarkati b’mod li jinqara u li ma jitħassarx, u viżibbli minn barra.
A.
Identifikazzjoni
Isem u indirizz ta’ min hu responsabbli mill-ippakkjar u/jew mill-bgħit (pereżempju: it-triq/il-belt/ir-reġjun/il-kodiċi postali u jekk differenti mill-pajjiż tal-oriġini, il-pajjiż).
Dan it-tagħrif jista’ jiġi sostitwit:
–għall-pakketti kollha bl-eċċezzjoni ta’ pakketti ppakkjati minn qabel, permezz tal-marka ta’ kodiċi maħruġa jew aċċettata uffiċjalment li tirrappreżenta lil min jippakkjahom u/jew lill-ispeditur, indikata b’rabta mill-qrib mar-referenza “Min jippakkja u/jew Speditur” (jew abbrevjazzjonijiet ekwivalenti). Il-marka ta’ kodiċi għandha tiġi ppreċedura mill-kodiċi ISO 3166 (alpha) tal-pajjiż/żona tal-pajjiż rikonoxxitur, jekk mhuwiex il-pajjiż tal-oriġini,
–Fil-każ partikulari tal-pakketti ppakkjati minn qabel, bl-isem u l-indirizz ta’ bejjiegħ stabbilit fl-Unjoni indikati b’rabta mill-qrib mal-avviż "Ippakkjat għal:” jew avviż ekwivalenti. F'dan il-każ, it-tikkettar għandu jinkludi wkoll kodiċi li jirrappreżenta lil min hu responsabbli għall-ippakkjar u/jew lill-ispeditur. Il-bejjiegħ għandu jagħti l-informazzjoni kollha li korp ta’ spezzjoni jikkunsidra neċessarja rigward it-tifsira ta’ dan il-kodiċi.
B.
Natura tal-prodott
–'Frott tal-kiwi' u/jew 'Actinidia', fejn il-kontenut ma jkunx viżibbli minn barra.
–Isem il-varjetà (fakultattiv).
–Kulur tal-laħam jew indikazzjoni ekwivalenti, jekk mhux aħdar.
C.
L-oriġini tal-prodott
Il-pajjiż tal-oriġini u, b'mod fakultattiv, id-distrett fejn ikun tkabbar, jew isem il-post nazzjonali, reġjonali jew lokali.
D.
Speċifikazzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni
–Klassi.
–Daqs espress bil-piż minimu u massimu tal-frott.
–Għadd ta' frottiet (fakultattiv).
E.
Marka ta’ kontroll uffiċjali (fakultattiva)
Il-pakketti ma għandhomx għalfejn ikollhom id-dettalji msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-punt VI, meta jkun fihom pakketti għall-bejgħ li jidhru b’mod ċar minn barra u kollha jkun fihom dawn id-dettalji. Dawn il-pakketti għandhom ikunu ħielsa minn kwalunkwe indikazzjoni li tista' tqarraq. Meta dawn il-pakketti jkunu fuq pelits, id-dettalji għandhom jingħataw f'avviż li jitpoġġa f'pożizzjoni li tidher fuq tal-anqas żewġ naħat tal-pelit.
PARTI 4: STANDARD TAL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI GĦALL-ĦASS, INDIVJA BIL-WERAQ MIBRUM U INDIVJA BIL-WERAQ WIESA’ (BATAVIAN)
I.
DEFINIZZJONI TAL-PRODOTT
Dan l-istandard japplika għal:
–ħass ta’ varjetajiet (kultivari) li jkunu tkabbru minn:
–Lactuca sativa var. capitata L. (ħass ikkaboċċjat inkluż ħass tat-tipi “crisphead” u “Iceberg”),
–Lactuca sativa var. longifolia Lam. (ħass Cos jew Romaine),
–Lactuca sativa var. crispa L. (ħass tal-weraq),
–taħlit ta’ dawn il-varjetajiet u
–indivja bil-weraq mibrum ta’ varjetajiet (kultivari) li jkunu tkabbru minn Cichorium endivia var. crispum Lam. u
–indivja (escaroles) bil-weraq wiesa' (Batavian) ta’ varjetajiet (kultivari) li jkunu tkabbru minn Cichorium endivia var. latifolium Lam.
li għandhom jiġu pprovduti friski lill-konsumatur.
Dan l-istandard ma japplikax għall-prodotti maħsuba għall-ipproċessar industrijali, prodotti ppreżentati bħala weraq, ħass bl-għeruq jew ħass fil-qsari.
II.
DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-KWALITÀ
L-għan tal-istandard huwa li jiddefinixxi r-rekwiżiti tal-kwalità tal-prodotti, wara t-tħejjija u l-imballaġġ tagħhom.
Madanakollu, fl-istadji wara l-konsenja, fir-rigward tar-rekwiżiti tal-istandard, il-prodotti jistgħu:
–ikunu ħarira inqas friski u weqfin,
–jiddeterjoraw xi ftit minħabba l-iżvilupp tagħhom u t-tendenza li għandhom li jitħassru.
A.
Rekwiżiti minimi
Fil-klassijiet kollha, bla preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċjali għal kull klassi u t-tolleranza permessa, il-prodotti għandhom ikunu:
–intatti,
–f'kundizzjoni tajba; prodotti affettwati mit-tħassir jew li jkunu qegħdin jiddeterjoraw b'tali mod li ma jibqgħux tajbin għall-konsum jiġu esklużi,
–nodfa u mirquma, jiġifieri prattikament mingħajr ebda ħamrija jew kwalunkwe element ieħor li jikbru fih kif ukoll prattikament mingħajr l-ebda materja barranija oħra viżibbli,
–jidhru friski,
–prattikament ħielsa mill-pesti,
–prattikament ħielsa minn ħsara kkawżata mill-pesti,
–weqfin friski,
–mhux fi stat li jkun qed jagħmel iż-żerriegħa,
–ħielsa minn umdità esterna mhux normali,
–ħielsa minn kull tip ta’ riħa u/jew togħma barranija.
Fil-każ tal-ħass, huwa permess telf ta’ lewn fl-aħmar, ikkaġunat minn temperatura baxxa matul it-tkabbir, sakemm ma jaffettwax b’mod serju d-dehra tal-prodott.
L-għeruq għandhom jinqatgħu qrib il-bażi tal-weraq ta’ barra u l-qatgħa għandha tkun pulita.
Il-prodotti għandhom ikunu ta’ żvilupp normali. L-iżvilupp u l-kundizzjoni tal-prodotti għandhom ikunu tali li jippermettulhom:
–jifilħu għat-trasport u l-immaniġġar, u
–jaslu fid-destinazzjoni f’kundizzjoni sodisfaċenti.
B.
Klassifikazzjoni
Il-prodott huwa klassifikat fi tlett klassijiet definiti kif ġej:
(i)
Klassi I
Prodotti f’din il-klassi għandhom ikunu ta’ kwalità tajba. Irid ikollu l-karatteristiċi tal-varjetà u/jew tip kummerċjali.
Il-prodotti għandhom ikunu wkoll:
–iffurmati tajjeb,
–sodi, filwaqt li jitqiesu l-metodi tal-koltivazzjoni u t-tip ta’ prodott,
–ħielsa minn ħsara jew taħsir li ma jħalluhx tajjeb għall-ikel,
–minn ħsara mill-ġlata.
Il-ħass kaboċċjat għandu jkollu qalba waħda ffurmata sewwa. Iżda, fil-każ ta’ ħass ikkaboċċjat li jitkabbar għall-kenn, il-qalba tista’ tkun żgħira.
Il-ħass Cos għandu jkollu qalba, li tista’ tkun żgħira.
Il-qalba tal-indivja bil-weraq mibrum u tal-indivja bil-weraq wiesa’ (Batavian) trid tkun ta' kulur isfar.
(ii)
Klassi II
Din il-klassi tinkludi prodotti li ma jikkwalifikawx għall-inklużjoni fil-Klassi I, iżda li jissoddisfaw ir-rekwiżiti minimi speċifikati fil-punt A.
Il-prodotti għandhom ikunu:
–raġonevolment iffurmati sew,
–ħielsa minn ħsara u deterjorament li jistgħu jfixklu serjament l-edibilità tiegħu.
Jistgħu jiġu permessi d-difetti li ġejjin sakemm il-prodotti jżommu l-karatteristiċi essenzjali tagħhom fejn jidħlu l-kwalità, iż-żamma tal-kwalità u l-preżentazzjoni:
–telf ħafif mill-kulur,
–ħsara ħafifa kkważata mill-pesti.
Il-ħass kaboċċjat għandu jkollu qalba, li tista’ tkun żgħira. Iżda, fil-każ ta’ ħass kaboċċjat li jitkabbar għall-kenn, huwa permess li l-qalba tkun nieqsa.
Il-ħass Cos jista’ ma jurix qalba.
III.
DISPOŻIZZJONIJIET DWAR ID-DAQS
Id-daqs huwa stabbilit skont il-piż ta' unità waħda.
Sabiex tiġi żgurata uniformità fid-daqs, il-firxa tad-daqsijiet tal-prodotti fl-istess pakkett ma għandhiex taqbeż:
(a)
Ħass
–40 g meta l-eħfef unità tiżen anqas minn 150 g kull unità,
–100 g meta l-eħfef unità tiżen bejn 150 g u 300 g kull unità,
–150 g meta l-eħfef unità tiżen bejn 300 g u 450 g kull unità,
–300 g meta l-eħfef unità tiżen aktar minn 450 g kull unità.
(b)
Indivja bil-weraq mibrum u bil-weraq wiesa’ (Batavian)
–300 gm.
IV.
DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IT-TOLLERANZI
Fl-istadji kollha tal-kummerċjalizzazzjoni, it-tolleranzi fir-rigward tal-kwalità u d-daqs għandhom jiġu permessi f’kull lott għall-prodotti li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi indikata.
A.
Tolleranzi għall-kwalità
(i)
Klassi I
Hija permessa tolleranza totali ta’ 10 %, skont l-għadd, tal-prodotti li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi, iżda li jilħqu dawk tal-Klassi II. Fil-limitu ta’ din it-tolleranza, mhux aktar minn 1 % tat-total jista’ jikkonsisti fi prodotti li la jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Klassi II u lanqas ir-rekwiżiti minimi, jew tal-prodotti mħassrin.
(ii)
Klassi II
Hija permessa tolleranza totali ta’ 10 %, skont l-għadd tal-prodotti, li ma jissodisfawx la r-rekwiżiti tal-klassi u lanqas ir-rekwiżiti minimi. Fil-limitu ta' din it-tolleranza, mhux iktar minn 2 % tat-total jista' jkun affettwat mit-tħassir.
B.
Tolleranzi għad-daqs
Għall-klassijiet kollha: hija permessa tolleranza totali ta' 10 % skont l-għadd, tal-prodotti li ma jissodisfax ir-rekwiżiti fir-rigward tad-daqsijiet.
V.
DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-PREŻENTAZZJONI
A.
Uniformità
Il-kontenut ta’ kull pakkett għandu jkun uniformi u jkun fih biss prodotti tal-istess oriġini, varjetà jew tip kummerċjali, kwalità u daqs.
Madankollu, taħlita ta’ ħass u/jew indivja ta' varjetajiet, tipi kummerċjali u/jew kuluri distintivament differenti tista’ tkun ippakkjata flimkien f'pakkett għall-bejgħ, sakemm dawn ikunu uniformi fil-kwalità u, għal kull varjetà kkonċernata, fit-tip kummerċjali u/jew fil-kulur, fl-oriġini. L-uniformità fid-daqs mhijiex meħtieġa.
Il-parti tal-kontenut li tidher tal-pakkett għandha tkun rappreżentattiva tal-kontenut kollu.
B.
Imballaġġ
Il-prodotti għandhom jiġu ppakkjati b’mod li jitħarsu sew. Għandhom ikunu ppakkjati b’mod raġjonevoli li jqis id-daqs u t-tip tal-ippakkjar, mingħajr spazji vojta jew tgħaffiġ.
Il-materjali użati ġewwa l-pakkett għandhom ikunu nodfa u ta’ kwalità tali li jiġi evitat li ssir ħsara kemm fuq barra kif ukoll fuq ġewwa tal-prodotti. L-użu ta’ materjali, speċjalment karti jew timbri, li jkollhom l-ispeċifikazzjonijiet kummerċjali huwa permess biss jekk l-istampar jew it-tikkettar ikun sar b’linka jew kolla li mhumiex tossiċi.
Il-pakketti ma jridx ikun fihom materjal estranju ieħor.
VI.
DISPOŻIZZJONIJIET DWAR L-IMMARKAR
Kull pakkett irid juri d-dettalji li ġejjin b’ittri ragruppati fuq l-istess naħa, immarkati b’mod li jinqara u li ma jitħassarx, u viżibbli minn barra.
A.
Identifikazzjoni
Isem u indirizz ta’ min hu responsabbli mill-ippakkjar u/jew mill-bgħit (pereżempju: it-triq/il-belt/ir-reġjun/il-kodiċi postali u jekk differenti mill-pajjiż tal-oriġini, il-pajjiż).
Dan it-tagħrif jista’ jiġi sostitwit:
–għall-pakketti kollha bl-eċċezzjoni ta’ pakketti ppakkjati minn qabel, permezz tal-marka ta’ kodiċi maħruġa jew aċċettata uffiċjalment li tirrappreżenta lil min jippakkjahom u/jew lill-ispeditur, indikata b’rabta mill-qrib mar-referenza “Min jippakkja u/jew Speditur” (jew abbrevjazzjonijiet ekwivalenti). Il-marka ta’ kodiċi għandha tiġi ppreċedura mill-kodiċi ISO 3166 (alpha) tal-pajjiż/żona tal-pajjiż rikonoxxitur, jekk mhuwiex il-pajjiż tal-oriġini;
–fil-każ partikulari tal-pakketti ppakkjati minn qabel, bl-isem u l-indirizz ta’ bejjiegħ stabbilit fl-Unjoni indikati b’rabta mill-qrib mal-avviż "Ippakkjat għal:” jew avviż ekwivalenti. F'dan il-każ, it-tikkettar għandu jinkludi wkoll kodiċi li jirrappreżenta lil min hu responsabbli għall-ippakkjar u/jew lill-ispeditur. Il-bejjiegħ għandu jagħti l-informazzjoni kollha li korp ta’ spezzjoni jikkunsidra neċessarja rigward it-tifsira ta’ dan il-kodiċi.
B.
Natura tal-prodott
–“Ħass”, “ħass butterhead”, “batavia”, “ħass crisphead (Iceberg)”, “ħass Cos”, “ħass tal-weraq” (jew, pereżempju u jekk xieraq, “Oak Leaf”, “Lollo bionda”, “Lollo rossa”), “indivja bil-weraq mibrum” jew “indivja bil-weraq wiesa' (Batavian)” jew denominazzjoni ekwivalenti jekk il-kontenut ma jkunx viżibbli minn barra
–“Imkabbar taħt għata” jew denominazzjoni ekwivalenti fejn xieraq.
–Isem il-varjetà (fakultattiv).
–“Taħlita ta' ħass/indivja”, jew denominazzjoni ekwivalenti fil-każ ta' taħlita ta' ħass u/jew indivja ta' varjetajiet, tipi kummerċjali u/jew kuluri distintivament differenti. Jekk il-prodotti ma jkunux viżibbli minn barra, il-varjetjajiet, it-tipi kummerċjali u/jew il kuluri u l-kwantità ta' kull pakkett iridu jkunu indikati.
C.
L-oriġini tal-prodott
–Il-pajjiż tal-oriġini u, b'mod fakultattiv, id-distrett fejn ikun tkabbar, jew isem il-post nazzjonali, reġjonali jew lokali.
–Fil-każ ta’ taħlita ta’ ħass u/jew indivja ta’ varjetajiet, tipi kummerċjali u/jew kuluri ta’ prodotti minn oriġini differenti, l-indikazzjoni ta’ kull pajjiż tal-oriġini għandha tidher ħdejn l-isem tal-varjetà, tat-tip kummerċjali u/jew tal-kulur ikkonċernati.
D.
Speċifikazzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni
–Klassi
–Daqs, espress skont il-piż minimu għal kull unità jew l-għadd ta’ unitajiet
E.
Marka ta’ kontroll uffiċjali (fakultattiva)
Il-pakketti ma għandhomx għalfejn ikollhom id-dettalji msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-punt VI, meta jkun fihom pakketti għall-bejgħ li jidhru b’mod ċar minn barra u kollha jkun fihom dawn id-dettalji. Dawn il-pakketti għandhom ikunu ħielsa minn kwalunkwe indikazzjoni li tista' tqarraq. Meta dawn il-pakketti jkunu fuq pelits, id-dettalji għandhom jingħataw f'avviż li jitpoġġa f'pożizzjoni li tidher fuq tal-anqas żewġ naħat tal-pelit.
PARTI 5: STANDARD TAL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI TAL-ĦAWĦ U N-NUĊIPRISK
I.
DEFINIZZJONI TAL-PRODOTT
Dan l-istandard japplika għall-ħawħ u n-nuċiprisk ta’ varjetajiet (kultivari) li jkunu tkabbru mill-Prunus persica Sieb. u Zucc., li jkunu se jiġu pprovduti friski lill-konsumatur; il-ħawħ u n-nuċiprisk għall-ipproċessar industrijali huma esklużi.
II.
DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-KWALITÀ
L-għan tal-istandard hu li jiddefinixxi r-rekwiżiti ta' kwalità għal ħawħ u nuċiprisk wara l-preparazzjoni u l-ippakkjar.
Madanakollu, fl-istadji wara l-konsenja, fir-rigward tar-rekwiżiti tal-istandard, il-prodotti jistgħu:
–ikunu ħarira inqas friski u weqfin,
–jiddeterjoraw xi ftit fil-każ ta' prodotti fil-kategoriji l-oħra barra “Extra”, minħabba l-iżvilupp tagħhom u l-fatt li jispiċċaw malajr.
A.
Rekwiżiti minimi
Fil-kategoriji kollha, bla preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċjali għal kull klassi u t-tolleranzi permessi, il-ħawħ u n-nuċiprisk għandhom ikunu:
–intatti,
–f'kundizzjoni tajba; prodotti affettwati mit-tħassir jew li jkunu qegħdin jiddeterjoraw b'tali mod li ma jibqgħux tajbin għall-konsum jiġu esklużi,
–nodfa, prattikament ħielsa minn kwalunkwe materjal barrani viżibbli,
–prattikament ħielsa mill-pesti,
–ħielsa minn ħsara kkawżata mill-pesti li taffettwa l-laħam,
–ma jkunux maqsumin fil-ħofra ta' maz-zokk,
–ħielsa minn umdità esterna mhux normali,
–ħielsa minn kull tip ta’ riħa u/jew togħma barranija.
L-iżvilupp u l-istat tal-ħawħ u n-nuċiprisk jridu jkunu tali li jippermettulhom:
–jifilħu għat-trasport u l-immaniġġar, u
–jaslu fid-destinazzjoni f’kundizzjoni sodisfaċenti.
B.
Rekwiżiti tal-maturità
Il-frott irid ikun żviluppat biżżejjed u jidher li sar b’mod sodisfaċenti. L-indiċi refrattometriku minimu tal-laħam għandu jkun ta' 8° Brix. jew aktar.
C.
Klassifikazzjoni
Il-ħawħ u n-nuċiprisk huma kklassifikati fi tliet klassijiet kif iddefiniti hawn taħt:
(i)
Klassi "Extra"
Il-ħawħ u n-nuċiprisk f'din il-klassi jrid ikun ta' kwalità superjuri. Irid ikun karatteristiku tal-varjetà partikolari.
Il-laħam irid ikun f’kundizzjoni tajba għalkollox.
Irid ikun ħieles mid-difetti bl-eċċezzjoni ta' difetti superfiċjali tassew żgħar, sakemm dawn ma jaffetwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett.
(ii)
Klassi I
Il-ħawħ u n-nuċiprisk f'din il-klassi jrid ikun ta' kwalità tajba. Irid ikun karatteristiku tal-varjetà partikolari. Il-laħam irid ikun f’kundizzjoni tajba għalkollox.
Id-difetti żgħar li ġejjin, madankollu, jistgħu jiġu permessi, sakemm dawn ma jaffettwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett:
–difett żgħir fil-forma,
–difett żgħir fl-iżvilupp,
–difetti żgħar fil-lewn,
–marki ħfief ikkawżati minn pressjoni li ma jaqbżux 1 cm2 tat-total tal-erja tal-wiċċ,
–difetti żgħar fil-qoxra li ma jridux ikunu akbar minn:
–1.5 cm fit-tul għal difetti ta’ forma tawwalija,
–1 cm² tat-total tal-erja tal-wiċċ għal difetti oħra.
(iii)
Klassi II
Din il-klassi tinkludi l-ħawħ u n-nuċiprisk li ma jikkwalifikax għall-inklużjoni fil-klassijiet ogħla, iżda li jissodisfa r-rekwiżiti minimi msemmija fil-punt A.
Il-laħam għandu jkun ħieles minn difetti maġġuri.
Id-difetti li ġejjin jistgħu jiġu permessi d-difetti sakemm il-ħawħ u n-nuċiprisk iżomm il-karatteristiċi essenzjali tiegħu rigward il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni:
–difetti fil-forma,
–difetti fl-iżvilupp, li jinkludu għadam maqsum, sakemm il-frott ikun magħluq u l-laħam ikun f'kundizzjoni tajba,
–difetti fil-kulur,
–dbabar li jistgħu ikunu tilfu kemxejn il-kulur u li ma jaqbżux 2 cm2 tat-total tal-erja tal-wiċċ,
–difetti fil-qoxra ma jridux ikunu akbar minn
–2,5 cm fit-tul għal difetti ta’ forma tawwalija,
–2 cm² tat-total tal-erja tal-wiċċ għal difetti oħra.
III.
DISPOŻIZZJONIJIET DWAR ID-DAQS
Id-daqs huwa stabbilit skont id-dijametru massimu tas-sezzjoni ekwatorjali, skont il-piż, jew skont l-għadd.
Id-daqs minimu għandu jkun:
–56 mm jew 85 g fil-Klassi “Extra”,
–51 mm jew 65 g fil-Klassijiet I u II.
Madankollu, frott li huwa iżgħar minn 56 mm jew 85 g ma jiġix ikkummerċjalizzat fil-perjodu bejn l-1 ta' Lulju sal-31 ta' Ottubru (emisferu tat-Tramuntana) u mill-1 ta' Jannar sat-30 ta' April (emisferu ta' Nofsinhar).
Id-dispożizzjonijiet li ġejjin huma fakultattivi għall-Klassi II.
Sabiex tiġi żgurata uniformità fid-daqs, il-firxa tad-daqsijiet tal-prodotti fl-istess pakkett ma għandhiex taqbeż:
(a)
Għall-frott imkejjel skont id-dijametru:
–5 mm għall-frott ta' inqas minn 70 mm,
–10 mm għall-frott ta' 70 mm u iktar.
(b)
Għall-frott imkejjel skont il-piż:
–30 gm għall-frott ta' inqas minn 180 gm,
–80 gm għall-frott ta' 180 gm u iktar.
(c)
Għall-frott li jitkejjel skont l-għadd, id-differenza fid-daqs għandha tkun konsistenti mal-punt (a) jew (b).
Jekk jiġu applikati kodiċijiet għad-daqs, għandhom jiġu rrispettati dawn tat-tabella ta' hawn taħt.
|
|
|
Dijametru
|
jew
|
piż
|
|
|
kodiċi
|
minn
|
sa
|
|
minn
|
sa
|
|
|
|
(mm)
|
(mm)
|
|
(g)
|
(g)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
1
|
D
|
51
|
56
|
|
65
|
85
|
|
2
|
C
|
56
|
61
|
|
85
|
105
|
|
3
|
B
|
61
|
67
|
|
105
|
135
|
|
4
|
A
|
67
|
73
|
|
135
|
180
|
|
5
|
AA
|
73
|
80
|
|
180
|
220
|
|
6
|
AAA
|
80
|
90
|
|
220
|
300
|
|
7
|
AAAA
|
> 90
|
|
> 300
|
IV.
DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IT-TOLLERANZI
Fl-istadji kollha tal-kummerċjalizzazzjoni, it-tolleranzi fir-rigward tal-kwalità u d-daqs għandhom jiġu permessi f’kull lott għall-prodotti li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi indikata.
A.
Tolleranzi għall-kwalità
(i)
Klassi "Extra"
Hija permessa tolleranza totali ta’ 5 %, skont l-għadd jew il-piż, ta’ ħawħ jew nektarin li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi iżda li jilħaq dawk tal-Klassi I. Fi ħdan din it-tolleranza mhux aktar minn 0,5 % mit-total jista’ jikkonsisti minn prodotti li jissodisfaw r-rekwiżiti tal-kwalità tal-Klassi II.
(ii)
Klassi I
Hija permessa tolleranza totali ta’ 10 %, skont l-għadd jew il-piż, ta’ ħawħ jew nuċiprisk li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi iżda li jilħaq dawk tal-Klassi II. Fil-limitu ta’ din it-tolleranza, mhux aktar minn 1 % tat-total jista’ jikkonsisti fi prodotti li la jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Klassi II u lanqas ir-rekwiżiti minimi, jew tal-prodotti mħassrin.
(iii)
Klassi II
Hija permessa tolleranza totali ta' 10 %, skont l-għadd jew il-piż tal-ħawħ jew in-nuċiprisk li la jissodisfa r-rekwiżiti tal-klassi u lanqas ir-rekwiżiti minimi. Fil-limitu ta' din it-tolleranza, mhux iktar minn 2 % tat-total jista' jkun affettwat mit-tħassir.
B.
Tolleranzi għad-daqs
Għall-klassijiet kollha (jekk jiġu mkejla): hija permessa tolleranza totali ta' 10 %, skont l-għadd jew il-piż tal-ħawħ jew nuċiprisk li ma jissodisfax ir-rekwiżiti fir-rigward tad-daqsijiet.
V.
DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-PREŻENTAZZJONI
A.
Uniformità
Il-kontenut ta' kull pakkett irid ikun uniformi u jkun fih biss ħawħ jew nuċiprisk tal-istess oriġini, varjetà, kwalità, grad ta' sajran u daqs (jekk imkejjel), u għall-Klassi “Extra”, il-kontenut irid ikun uniformi fil-kulur.
Il-parti tal-kontenut li tidher tal-pakkett għandha tkun rappreżentattiva tal-kontenut kollu.
B.
Imballaġġ
Il-ħawħ u n-nuċiprisk irid ikun ppakkjat b'tali mod li l-prodott ikun protett kif xieraq.
Il-materjali użati ġewwa l-pakkett għandhom ikunu nodfa u ta’ kwalità tali li jiġi evitat li ssir ħsara kemm fuq barra kif ukoll fuq ġewwa tal-prodotti. L-użu ta' materjali, speċjalment karti jew timbri li juru l-ispeċifikazzjonijiet kummerċjali huwa permess biss jekk l-istampar jew it-tikkettar ikun sar b'linka jew kolla li mhumiex tossiċi.
It-tikketti mwaħħlin individwalment mal-prodott għandhom ikunu tali li meta jitneħħew, la jħallu traċċi viżibbli ta' kolla u lanqas jikkaġunaw difetti fil-qoxra. Informazzjoni mnaqqxa bil-laser fuq frotta waħda ma għandhiex twassal għal difetti fil-laħam jew fil-qoxra.
Il-pakketti ma jridx ikun fihom materjal estranju ieħor.
VI.
DISPOŻIZZJONIJIET DWAR L-IMMARKAR
Kull pakkett irid juri d-dettalji li ġejjin b’ittri ragruppati fuq l-istess naħa, immarkati b’mod li jinqara u li ma jitħassarx, u viżibbli minn barra.
A.
Identifikazzjoni
Isem u indirizz ta’ min hu responsabbli mill-ippakkjar u/jew mill-bgħit (pereżempju: it-triq/il-belt/ir-reġjun/il-kodiċi postali u jekk differenti mill-pajjiż tal-oriġini, il-pajjiż).
Dan it-tagħrif jista’ jiġi sostitwit:
–għall-pakketti kollha bl-eċċezzjoni ta’ pakketti ppakkjati minn qabel, permezz tal-marka ta’ kodiċi maħruġa jew aċċettata uffiċjalment li tirrappreżenta lil min jippakkjahom u/jew lill-ispeditur, indikata b’rabta mill-qrib mar-referenza “Min jippakkja u/jew Speditur” (jew abbrevjazzjonijiet ekwivalenti). Il-marka ta’ kodiċi għandha tiġi ppreċedura mill-kodiċi ISO 3166 (alpha) tal-pajjiż/żona tal-pajjiż rikonoxxitur, jekk mhuwiex il-pajjiż tal-oriġini;
–Fil-każ partikulari tal-pakketti ppakkjati minn qabel, bl-isem u l-indirizz ta’ bejjiegħ stabbilit fl-Unjoni indikati b’rabta mill-qrib mal-avviż "Ippakkjat għal:” jew avviż ekwivalenti. F'dan il-każ, it-tikkettar għandu jinkludi wkoll kodiċi li jirrappreżenta lil min hu responsabbli għall-ippakkjar u/jew lill-ispeditur. Il-bejjiegħ għandu jagħti l-informazzjoni kollha li korp ta’ spezzjoni jikkunsidra neċessarja rigward it-tifsira ta’ dan il-kodiċi.
B.
Natura tal-prodott
–“Ħawħ” jew “Nuċiprisk”, jekk il-kontenut ma jkunx viżibbli minn barra.
–Kulur tal-laħam.
–Isem il-varjetà (fakultattiv).
C.
L-oriġini tal-prodott
Il-pajjiż tal-oriġini u, b'mod fakultattiv, id-distrett fejn ikun tkabbar, jew isem il-post nazzjonali, reġjonali jew lokali.
D.
Speċifikazzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni
–Klassi.
–Daqs (jekk imkejjel), espress f’dijametri minimi u massimi (f’mm), jew f'piż massimu u minimu (fi g) jew bħala kodiċi tad-daqs.
–Għadd ta’ unitajiet (fakultattiv).
E.
Marka ta’ kontroll uffiċjali (fakultattiva)
Il-pakketti ma għandhomx għalfejn ikollhom id-dettalji msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-punt VI, meta jkun fihom pakketti għall-bejgħ li jidhru b’mod ċar minn barra u kollha jkun fihom dawn id-dettalji. Dawn il-pakketti għandhom ikunu ħielsa minn kwalunkwe indikazzjoni li tista' tqarraq. Meta dawn il-pakketti jkunu fuq pelits, id-dettalji għandhom jingħataw f'avviż li jitpoġġa f'pożizzjoni li tidher fuq tal-anqas żewġ naħat tal-pelit.
PARTI 6: L-ISTANDARD TAL-KUMMERĊJALIZZAZZZJONI TAL-LANĠAS
I.
DEFINIZZJONI TAL-PRODOTT
Dan l-istandard japplika għal-lanġas tal-varjetajiet (kultivari) imkabbra mill-Pyrus communis L. li jitfornow friski lill-konsumatur, lanġas għall-ipproċessar industrijali eskluż.
II.
DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-KWALITÀ
L-għan tal-istandard huwa li jiddefinixxi r-rekwiżiti tal-kwalità għal-lanġas, wara t-tħejjija u l-imballaġġ tiegħu.
Madanakollu, fl-istadji wara l-konsenja, fir-rigward tar-rekwiżiti tal-istandard, il-prodotti jistgħu:
–ikunu ħarira inqas friski u weqfin,
–jiddeterjoraw xi ftit fil-każ ta' prodotti fil-kategoriji l-oħra barra “Extra”, minħabba l-iżvilupp tagħhom u l-fatt li jispiċċaw malajr.
A.
Rekwiżiti minimi
Fil-klassijiet kollha, bla preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċjali għal kull klassi u t-tolleranzi permessi, il-lanġas għandu jkun:
–intatti,
–f'kundizzjoni tajba; prodotti affettwati mit-tħassir jew li jkunu qegħdin jiddeterjoraw b'tali mod li ma jibqgħux tajbin għall-konsum jiġu esklużi,
–nodfa, prattikament ħielsa minn kwalunkwe materjal barrani viżibbli,
–prattikament ħielsa mill-pesti,
–ħielsa minn ħsara kkawżata mill-pesti li taffettwa l-laħam,
–ħielsa minn umdità esterna mhux normali,
–ħielsa minn kull tip ta’ riħa u/jew togħma barranija.
L-iżvilupp u l-kundizzjoni tal-lanġas għandhom ikunu tali li jippermettulu:
–jifilħu għat-trasport u l-immaniġġar, u
–jaslu fid-destinazzjoni f’kundizzjoni sodisfaċenti.
B.
Rekwiżiti tal-maturità
L-iżvilupp u l-istat ta' maturità tal-lanġas iridu jkunu tali li jippermettulu jkompli jsir u li jilħaq livell sodisfaċenti ta' sajran b'rabta mal-karattaristiċi tal-varjetà.
C.
Klassifikazzjoni
Il-lanġas huma kklassifikati fi tlett klassijiet iddefiniti kif ġej:
(i)
Klassi "Extra"
Il-lanġas f’din il-klassi għandu jkun ta’ kwalità superjuri. Irid ikun karatteristiku tal-varjetà partikolari.
Il-laħam għandu jkun f’kundizzjoni perfetta, u l-qoxra ħielsa minn ħmura samranija raffa.
Għandu jkun ħieles minn difetti ħlief għal difetti superfiċjali ħfief sakemm dawn ma jaffettwawx id-dehra ġenerali tal-frotta, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett.
Iz-zokk irid ikun intatt.
Il-lanġas ma għandhux ikun mrammel.
(ii)
Klassi I
Il-lanġas ta’ din il-klassi għandu jkun ta’ kwalità tajba. Irid ikun karatteristiku tal-varjetà partikolari.
Il-laħam irid ikun f’kundizzjoni tajba għalkollox.
Id-difetti żgħar li ġejjin, madankollu, jistgħu jiġu permessi, sakemm dawn ma jaffettwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett:
–difett żgħir fil-forma,
–difett żgħir fl-iżvilupp,
–difetti żgħar fil-lewn,
–b'qoxra kemxejn raffa, ħoxna u ħamra samranija,
–difetti żgħar fil-qoxra li ma jridux ikunu akbar minn:
–2 cm fit-tul għal difetti ta’ forma tawwalija,
–1 cm² tat-total tal-erja tal-wiċċ għal difetti oħra, ħlief l-iskabbja (Venturia pirina and V. inaequalis), li ma tridx tkun akbar, b'mod kumulattiv, minn 0.25 cm² tat-total tal-erja tal-wiċċ.
–dbabar ħfief li l-erja tagħhom ma taqbiżx 1 cm².
Iz-zokk jista’ jkollu ħsara żgħira.
Il-lanġas ma għandhux ikun mrammel.
(iii)
Klassi II
Din il-klassi tinkludi l-lanġas li ma jikkwalifikax għall-inklużjoni fil-klassijiet ogħla, iżda li jissodisfa r-rekwiżiti minimi msemmija fil-punt A.
Il-laħam għandu jkun ħieles minn difetti maġġuri.
Id-difetti li ġejjin jistgħu jiġu permessi sakemm il-lanġas iżomm il-karatteristiċi essenzjali tiegħu fir-rigward tal-kwalità, iż-żamma tal-kwalità u l-preżentazzjoni.
–difetti fil-forma,
–difetti fl-iżvilupp,
–difetti fil-kulur,
–ftit ħmura samranija raffa,
–difetti fil-qoxra ma jridux ikunu akbar minn:
–4 cm fit-tul għal difetti ta’ forma tawwalija,
–2.5 cm² tat-total tal-erja tal-wiċċ għal difetti oħra, ħlief l-iskabbja (Venturia pirina and V. inaequalis), li ma tridx tkun akbar, b'mod kumulattiv, minn 1 cm² tat-total tal-erja tal-wiċċ.
–dbabar ħfief li l-erja tagħhom ma taqbiżx 2 cm².
III.
DISPOŻIZZJONIJIET DWAR ID-DAQS
Id-daqs huwa stabbilit jew skont id-dijametru massimu tas-sezzjoni ekwatorjali jew inkella skont il-piż.
Id-daqs minimu għandu jkun:
(a)
Għall-frott imkejjel skont id-dijametru:
|
|
‘Extra’
|
Klassi I
|
Klassi II
|
|
Varjetajiet ta’ frott kbir
|
60 mm
|
55 mm
|
55 mm
|
|
Varjetajiet oħrajn
|
55 mm
|
50 mm
|
45 mm
|
(b)
Għall-frott imkejjel skont il-piż:
|
|
‘Extra’
|
Klassi I
|
Klassi II
|
|
Varjetajiet ta’ frott kbir
|
130 g
|
110 g
|
110 g
|
|
Varjetajiet oħrajn
|
110 g
|
100 g
|
75 g
|
Il-lanġas tas-sajf inkluż fl-appendiċi għal dan l-istandard ma għandux jissodisfa d-daqs minimu.
Sabiex tiġi żgurata uniformità fid-daqs, il-firxa tad-daqsijiet tal-prodotti fl-istess pakkett ma għandhiex taqbeż:
(a)
Għall-frott imkejjel skont id-dijametru:
–5 mm għall-frott tal-Klassi “Extra” u għall-frott tal-Klassijiet I u II ippakkjat f'ringieli u f'safef.
–10 mm għall-frott tal-Klassi I ippakkjat f'pakketti għall-bejgħ jew sfuż fil-pakkett.
(b)
Għall-frott imkejjel skont il-piż:
–għall-frott tal-Klassi “Extra” u għall-frott tal-Klassijiet I u II ippakkjat f'ringieli u f'saffi:
|
Firxa (g)
|
Differenza fil-piż (g)
|
|
75 - 100
|
15
|
|
100 – 200
|
35
|
|
200-250
|
50
|
|
> 250
|
80
|
–għall-frott tal-Klassi I ippakkjat f'pakketti għall-bejgħ jew sfuż fil-pakkett:
|
Firxa (g)
|
Differenza fil-piż (g)
|
|
100 – 200
|
50
|
|
> 200
|
100
|
Ma hemmx limitu dwar uniformità fid-daqsijiet għall-frott tal-Klassi II ippakkjat f'pakketti għall-bejgħ jew sfuż fil-pakkett.
IV.
DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IT-TOLLERANZI
Fl-istadji kollha tal-kummerċjalizzazzjoni, it-tolleranzi fir-rigward tal-kwalità u d-daqs għandhom jiġu permessi f’kull lott għall-prodotti li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi indikata.
A.
Tolleranzi għall-kwalità
(i)
Klassi "Extra"
Hija permessa tolleranza totali ta’ 5 %, skont l-għadd jew il-piż, tal-lanġas li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi iżda li jilħqu dawk tal-Klassi I. Fi ħdan din it-tolleranza mhux aktar minn 0,5 % mit-total jista’ jikkonsisti minn prodotti li jissodisfaw r-rekwiżiti tal-kwalità tal-Klassi II.
(ii)
Klassi I
Hija permessa tolleranza totali ta’ 10 %, skont l-għadd jew il-piż, tal-lanġas li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi iżda li jilħqu dawk tal-Klassi II. Fil-limitu ta’ din it-tolleranza, mhux aktar minn 1 % tat-total jista’ jikkonsisti fi prodotti li la jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Klassi II u lanqas ir-rekwiżiti minimi, jew tal-prodotti mħassrin.
(iii)
Klassi II
Hija permessa tolleranza totali ta’ 10 %, skont l-għadd jew il-piż, tal-lanġas li la jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-klassi u lanqas ir-rekwiżiti minimi. Fil-limitu ta' din it-tolleranza, mhux iktar minn 2 % tat-total jista' jkun affettwat mit-tħassir.
B.
Tolleranzi għad-daqs
Għall-klassijiet kollha: hija permessa tolleranza totali ta' 10 % skont l-għadd jew il-piż tal-frott tal-lanġas li ma jissodisfax ir-rekwiżiti fir-rigward tad-daqsijiet. Din it-tolleranza ma tistax tiġi estiża biex tinkludi prodotti ta' daqs ta' :
–5 mm jew iktar inqas mid-dijametru minimu,
–10 g jew iktar inqas mill-piż minimu.
V.
DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-PREŻENTAZZJONI
A.
Uniformità
Il-kontentut ta' kull pakkett irid ikun uniformi u jkun fih biss lanġas tal-istess oriġini, varjetà, kwalità, u daqs (jekk ikun skont id-daqs) u l-istess livell ta' sajran.
Fil-każ tal-Klassi “Extra”, l-uniformità tapplika wkoll għall-kulur.
Madankollu, taħlita ta’ lanġas ta' varjetajiet distintivament differenti tista’ tkun ippakkjata flimkien f'pakkett għall-bejgħ, sakemm dawn ikunu uniformi fil-kwalità u, għal kull varjetà kkonċernata, fl-oriġini. L-uniformità fid-daqs mhijiex meħtieġa.
Il-parti tal-kontenut li tidher tal-pakkett għandha tkun rappreżentattiva tal-kontenut kollu.
B.
Imballaġġ
Il-lanġas għandu jkun ippakkjat b’tali mod li l-prodotti jkunu protetti sew.
Il-materjali użati ġewwa l-pakkett għandhom ikunu nodfa u ta’ kwalità tali li jiġi evitat li ssir ħsara kemm fuq barra kif ukoll fuq ġewwa tal-prodotti. L-użu ta’ materjali, speċjalment karti jew timbri, li jkollhom l-ispeċifikazzjonijiet kummerċjali huwa permess biss jekk l-istampar jew it‑tikkettar ikun sar b’linka jew kolla li mhumiex tossiċi.
It-tikketti mwaħħlin individwalment mal-prodott għandhom ikunu tali li meta jitneħħew, la jħallu traċċi viżibbli ta’ kolla u lanqas jikkaġunaw difetti fil-qoxra. Informazzjoni mnaqqxa bil-laser fuq frotta waħda ma għandhiex twassal għal difetti fil-laħam jew fil-qoxra.
Il-pakketti ma jridx ikun fihom materjal estranju ieħor.
VI.
DISPOŻIZZJONIJIET DWAR L-IMMARKAR
Kull pakkett irid juri d-dettalji li ġejjin b’ittri ragruppati fuq l-istess naħa, immarkati b’mod li jinqara u li ma jitħassarx, u viżibbli minn barra.
A.
Identifikazzjoni
Isem u indirizz ta’ min hu responsabbli mill-ippakkjar u/jew mill-bgħit (pereżempju: it-triq/il-belt/ir-reġjun/il-kodiċi postali u jekk differenti mill-pajjiż tal-oriġini, il-pajjiż).
Dan it-tagħrif jista’ jiġi sostitwit:
–għall-pakketti kollha bl-eċċezzjoni ta’ pakketti ppakkjati minn qabel, permezz tal-marka ta’ kodiċi maħruġa jew aċċettata uffiċjalment li tirrappreżenta lil min jippakkjahom u/jew lill-ispeditur, indikata b’rabta mill-qrib mar-referenza “Min jippakkja u/jew Speditur” (jew abbrevjazzjonijiet ekwivalenti). Il-marka ta’ kodiċi għandha tiġi ppreċedura mill-kodiċi ISO 3166 (alpha) tal-pajjiż/żona tal-pajjiż rikonoxxitur, jekk mhuwiex il-pajjiż tal-oriġini;
–fil-każ partikulari tal-pakketti ppakkjati minn qabel, bl-isem u l-indirizz ta’ bejjiegħ stabbilit fl-Unjoni indikati b’rabta mill-qrib mal-avviż "Ippakkjat għal:” jew avviż ekwivalenti. F'dan il-każ, it-tikkettar għandu jinkludi wkoll kodiċi li jirrappreżenta lil min hu responsabbli għall-ippakkjar u/jew lill-ispeditur. Il-bejjiegħ għandu jagħti l-informazzjoni kollha li korp ta’ spezzjoni jikkunsidra neċessarja rigward it-tifsira ta’ dan il-kodiċi.
B.
Natura tal-prodott
–“Lanġas” jekk il-kontenut tal-pakkett ma jkunx viżibbli minn barra.
–Isem il-varjetà. Fil-każ ta' taħlita ta' lanġas ta' varjetajiet distintivament differenti, l-ismijiet tal-varjetajiet differenti.
–L-isem tal-varjetà jista' jinbidel b'sinonimu. Marka kummerċjali tista’ tingħata biss bħala żieda mal-varjetà jew mas-sinonimu.
C.
L-oriġini tal-prodott
Il-pajjiż tal-oriġini u, b'mod fakultattiv, id-distrett fejn ikun tkabbar, jew isem il-post nazzjonali, reġjonali jew lokali.
Fil-każ ta’ taħlita ta’ varjetajiet distintament differenti ta’ lanġas minn oriġini differenti, l-indikazzjoni ta’ kull pajjiż tal-oriġini għandha tidher biswit isem l-varjetà inkwistjoni.
D.
Speċifikazzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni
–Klassi.
–Daqs jew l-għadd ta’ unitajiet għall-frott ippakkjat f’ringieli u saffi.
–Jekk l-identifikazzjoni hija skont id-daqs, din għandha tiġi espressa:
(a)
għall-prodotti soġġetti għar-regoli tal-uniformità, bħala dijametri minimi u massimi jew piż minimu u massimu,
(b)
b’mod fakultattiv, għal prodotti li mhumiex soġġetti għar-regoli tal-uniformità, skont id-dijametru jew il-piż tal-iżgħar frotta fil-pakkett segwit bi "u aktar" jew denominazzjoni ekwivalenti jew, fejn xieraq, id-dijametru jew il-piż tal-akbar frotta fil-pakkett.
E.
Marka ta’ kontroll uffiċjali (fakultattiva)
Il-pakketti ma għandhomx għalfejn ikollhom id-dettalji msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-punt VI, meta jkun fihom pakketti għall-bejgħ li jidhru b’mod ċar minn barra u kollha jkun fihom dawn id-dettalji. Dawn il-pakketti għandhom ikunu ħielsa minn kwalunkwe indikazzjoni li tista' tqarraq. Meta dawn il-pakketti jkunu fuq pelits, id-dettalji għandhom jingħataw f'avviż li jitpoġġa f'pożizzjoni li tidher fuq tal-anqas żewġ naħat tal-pelit.
Appendiċi
Lista mhux eżawrjenti ta’ varjetajiet ta’ lanġas ta’ frotta kbira u tas-sajf
Frott żgħir u varjetajiet oħra li ma jidhrux fit-tabella jistgħu jiġu kkummerċjalizzati sakemm jissodisfaw ir-rekwiżiti tad-daqs għal varjetajiet oħrajn kif deskritt fit-Taqsima III tal-istandard.
Xi varjetajiet elenkati fit-tabella li ġejja jistgħu jiġu kkummerċjalizzati taħt ismijiet li għalihom intalbet jew inkisbet il-protezzjoni tal-marka kummerċjali f'wieħed mill-pajjiżi jew aktar. L-ewwel u t-tieni kolonni tat-tabella ma għandhomx l-iskop li jinkludu tali marki kummerċjali. Ir-referenzi għal marki kummerċjali magħrufa li ġew inklużi fit-tielet kolonna huma għal skop ta' informazzjoni biss.
Didaskalija:
|
L =
|
Varjetà ta' frott kbir
|
|
SP =
|
Lanġas tas-sajf, li għalih ma huwa meħtieġ ebda daqs minimu.
|
Varjetà
|
Sinonimi
|
Marki kummerċjali
|
Daqs
|
|
Abbé Fétel
|
Abate Fetel
|
|
L
|
|
Abugo o Siete en Boca
|
|
|
SP
|
|
Akςa
|
|
|
SP
|
|
Alka
|
|
|
L
|
|
Alsa
|
|
|
L
|
|
Amfora
|
|
|
L
|
|
Alexandrine Douillard
|
|
|
L
|
|
Bambinella
|
|
|
SP
|
|
Bergamotten
|
|
|
SP
|
|
Beurré Alexandre Lucas
|
Lucas
|
|
L
|
|
Beurré Bosc
|
Bosc, Beurré d’Apremont, Empereur Alexandre, Kaiser Alexander
|
|
L
|
|
Beurré Clairgeau
|
|
|
L
|
|
Beurré d’Arenberg
|
Hardenpont
|
|
L
|
|
Beurré Giffard
|
|
|
SP
|
|
Beurré précoce Morettini
|
Morettini
|
|
SP
|
|
Blanca de Aranjuez
|
Agua de Aranjuez, Espadona, Blanquilla
|
|
SP
|
|
Carusella
|
|
|
SP
|
|
Castell
|
Castell de Verano
|
|
SP
|
|
Colorée de Juillet
|
Bunte Juli
|
|
SP
|
|
Comice rouge
|
|
|
L
|
|
Concorde
|
|
|
L
|
|
Condoula
|
|
|
SP
|
|
Coscia
|
Ercolini
|
|
SP
|
Curé
|
Curato, Pastoren, Del cura de Ouro, Espadon de invierno, Bella de Berry, Lombardia de Rioja, Batall de Campana
|
|
L
|
|
D’Anjou
|
|
|
L
|
|
Dita
|
|
|
L
|
|
D. Joaquina
|
Doyenné de Juillet
|
|
SP
|
|
Doyenné d’hiver
|
Winterdechant
|
|
L
|
|
Doyenné du Comice
|
Comice, Vereinsdechant
|
|
L
|
|
Erika
|
|
|
L
|
|
Etrusca
|
|
|
SP
|
|
Flamingo
|
|
|
L
|
|
Forelle
|
|
|
L
|
|
Général Leclerc
|
|
Amber Grace™
|
L
|
|
Gentile
|
|
|
SP
|
|
Golden Russet Bosc
|
|
|
L
|
|
Grand champion
|
|
|
L
|
|
Harrow Delight
|
|
|
L
|
|
Jeanne d’Arc
|
|
|
L
|
|
Joséphine
|
|
|
L
|
|
Kieffer
|
|
|
L
|
|
Klapa Mīlule
|
|
|
L
|
|
Leonardeta
|
Mosqueruela, Margallon, Colorada de Alcanadre, Leonarda de Magallon
|
|
SP
|
|
Lombacad
|
|
Cascade ®
|
L
|
|
Moscatella
|
|
|
SP
|
|
Mramornaja
|
|
|
L
|
|
Mustafabey
|
|
|
SP
|
|
Packham’s Triumph
|
Williams d’Automne
|
|
L
|
|
Passe Crassane
|
Passa Crassana
|
|
L
|
|
Perita de San Juan
|
|
|
SP
|
|
Pérola
|
|
|
SP
|
|
Pitmaston
|
Williams Duchesse
|
|
L
|
|
Précoce de Trévoux
|
Trévoux
|
|
SP
|
|
Président Drouard
|
|
|
L
|
|
Rosemarie
|
|
|
L
|
|
Santa Maria
|
Santa Maria Morettini
|
|
SP
|
|
Spadoncina
|
Agua de Verano, Agua de Agosto
|
|
SP
|
|
Suvenirs
|
|
|
L
|
|
Taylors Gold
|
|
|
L
|
|
Triomphe de Vienne
|
|
|
L
|
|
Vasarine Sviestine
|
|
|
L
|
|
Williams Bon Chrétien
|
Bon Chrétien, Bartlett, Williams, Summer Bartlett
|
|
L
|
PARTI 7: L-ISTANDARD TAL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI TAL-FRAWLI
I.
DEFINIZZJONI TAL-PRODOTT
Dan l-istandard japplika għall-frawli ta' varjetajiet (kultivari) li jkun tkabbar mill-ġenus Fragaria L., li jkun se jiġi fornut frisk lill-konsumatur; il-frawli għall-ipproċessar industrijali huwa eskluż.
II.
DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-KWALITÀ
L-għan tal-istandard huwa li jiddefinixxi r-rekwiżiti tal-kwalità tal-frawli, wara t-tħejjija u l-imballaġġ tiegħu.
Madanakollu, fl-istadji wara l-konsenja, fir-rigward tar-rekwiżiti tal-istandard, il-prodotti jistgħu:
–ikunu ħarira inqas friski u weqfin,
–jiddeterjoraw xi ftit fil-każ ta' prodotti fil-kategoriji l-oħra barra “Extra”, minħabba l-iżvilupp tagħhom u l-fatt li jispiċċaw malajr.
A.
Rekwiżiti minimi
Fil-klassijiet kollha, bla preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċjali għal kull klassi u t-tolleranzi permessi, il-frawli jrid ikun:
–intatt, bla ħsara,
–f'kundizzjoni tajba; prodotti affettwati mit-tħassir jew li jkunu qegħdin jiddeterjoraw b'tali mod li ma jibqgħux tajbin għall-konsum jiġu esklużi,
–nodfa, prattikament ħielsa minn kwalunkwe materjal barrani viżibbli,
–friski fid-dehra, iżda mhux maħsula,
–prattikament ħielsa mill-pesti,
–prattikament ħielsa minn ħsara kkawżata mill-pesti,
–bil-berkun (ħlief fil-każ ta' frawli selvaġġ); il-berkun u z-zokk (jekk ikunu hemm) iridu jkunu friski,
–ħielsa minn umdità esterna mhux normali,
–ħielsa minn kull tip ta’ riħa u/jew togħma barranija.
Il-frawli jrid ikun żviluppat biżżejjed u jidher li sar b’mod sodisfaċenti. L-iżvilupp u l-kundizzjoni jridu jkunu tali li jippermettulu:
–jifilħu għat-trasport u l-immaniġġar, u
–jaslu fid-destinazzjoni f’kundizzjoni sodisfaċenti.
B.
Klassifikazzjoni
Il-frawli jiġi kklassifikat fi tliet klassijiet kif iddefiniti hawn taħt:
(i)
Klassi "Extra"
Il-frawli f’din il-klassi jrid ikun ta' kwalità superjuri. Irid ikun karatteristiku tal-varjetà partikolari.
Irid ikun ukoll:
-
ileqq fl-apparenza, u jippermetti l-karatteristiċi tal-varjetà,
-
ħieles mill-ħamrija.
Irid ikun ħieles mid-difetti bl-eċċezzjoni ta' difetti superfiċjali tassew żgħar, sakemm dawn ma jaffetwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett:
(ii)
Klassi I
Il-frawli f'din il-klassi jrid ikun ta' kwalità tajba. Irid ikun karatteristiku tal-varjetà partikolari.
Id-difetti żgħar li ġejjin, madankollu, jistgħu jiġu permessi, sakemm dawn ma jaffettwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett:
–difett żgħir fil-forma,
–preżenza ta' roqgħa bajda żgħira, li ma taqbiżx parti waħda minn għaxra tat-total tal-erja tal-wiċċ tal-frotta,
–marki ħfief ta' pressjoni fuq il-wiċċ.
Irid ikun prattikament ħieles mill-ħamrija.
(iii)
Klassi II
Din il-klassi tinkludi l-frawli li ma jikkwalifikax għall-inklużjoni fil-klassijiet ogħla, iżda li jissodisfa r-rekwiżiti minimi msemmija fil-punt A.
Id-difetti li ġejjin jistgħu jiġu permessi sakemm il-frawli jżomm il-karatteristiċi essenzjali tiegħu fir-rigward tal-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni:
–difetti fil-forma,
–roqgħa bajda li ma taqbiżx parti waħda minn ħamsa tat-total tal-erja tal-wiċċ tal-frotta,
–dbabar ħfief u xotti li x’aktarx ma jinfirxux,
–traċċi żgħar ta' ħamrija.
III.
DISPOŻIZZJONIJIET DWAR ID-DAQS
Id-daqs jiġi stabbilit skont id-dijametru massimu tat-taqsima ekwatorjali.
Id-daqs minimu għandu jkun:
–25 mm fil-Klassi “Extra”,
–18 mm fil-Klassijiet I u II.
Ma hemmx daqs minimu għall-frawli selvaġġ.
IV.
DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IT-TOLLERANZI
Fl-istadji kollha tal-kummerċjalizzazzjoni, it-tolleranzi fir-rigward tal-kwalità u d-daqs għandhom jiġu permessi f’kull lott għall-prodotti li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi indikata.
A.
Tolleranzi għall-kwalità
(i)
Klassi "Extra"
Hija permessa tolleranza totali ta’ 5 %, skont l-għadd jew il-piż, tal-frawli li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi iżda li jilħqu dawk tal-Klassi I. Fi ħdan din it-tolleranza mhux aktar minn 0,5 % mit-total jista’ jikkonsisti minn prodotti li jissodisfaw r-rekwiżiti tal-kwalità tal-Klassi II.
(ii)
Klassi I
Hija permessa tolleranza totali ta’ 10 %, skont l-għadd jew il-piż, tal-frawli li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi iżda li jilħqu dawk tal-Klassi II. Fil-limitu ta’ din it-tolleranza, mhux aktar minn 2 % tat-total jista’ jikkonsisti fi prodotti li la jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Klassi II u lanqas ir-rekwiżiti minimi, jew tal-prodotti mħassrin.
(iii)
Klassi II
Hija permessa tolleranza totali ta’ 10 %, skont l-għadd jew il-piż, tal-frawli li la jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-klassi u lanqas ir-rekwiżiti minimi. Fil-limitu ta' din it-tolleranza, mhux iktar minn 2 % tat-total jista' jkun affettwat mit-tħassir.
B.
Tolleranzi għad-daqs
Għall-klassijiet kollha: hija permessa tolleranza totali ta' 10 %, skont l-għadd jew il-piż tal-frawli li ma jissodisfax ir-rekwiżiti fir-rigward tad-daqs minimu.
V.
DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-PREŻENTAZZJONI
A.
Uniformità
Il-kontenut ta' kull pakkett irid ikun uniformi u jkun fih biss frawli tal-istess oriġini, varjetà u kwalità.
Fil-każ tal-Klassi 'Extra', il-frawli, bl-eċċezzjoni tal-frawli selvaġġ, irid ikun partikolarment uniformi u regolari fir-rigward tal-grad tas-sajran, kulur u daqs. Fil-Klassi I, il-frawli jista' jkun anqas uniformi fid-daqs.
Il-parti tal-kontenut li tidher tal-pakkett għandha tkun rappreżentattiva tal-kontenut kollu.
B.
Imballaġġ
Il-frawli jrid ikun ippakkjat b'tali mod li l-prodott ikun protett kif xieraq.
Il-materjali użati ġewwa l-pakkett għandhom ikunu nodfa u ta’ kwalità tali li jiġi evitat li ssir ħsara kemm fuq barra kif ukoll fuq ġewwa tal-prodotti. L-użu ta' materjali, speċjalment karti jew timbri li juru l-ispeċifikazzjonijiet kummerċjali huwa permess biss jekk l-istampar jew it-tikkettar ikun sar b'linka jew kolla li mhumiex tossiċi.
Il-pakketti ma jridx ikun fihom materjal estranju ieħor.
VI.
DISPOŻIZZJONIJIET DWAR L-IMMARKAR
Kull pakkett irid juri d-dettalji li ġejjin b’ittri ragruppati fuq l-istess naħa, immarkati b’mod li jinqara u li ma jitħassarx, u viżibbli minn barra.
A.
Identifikazzjoni
Isem u indirizz ta’ min hu responsabbli mill-ippakkjar u/jew mill-bgħit (pereżempju: it-triq/il-belt/ir-reġjun/il-kodiċi postali u jekk differenti mill-pajjiż tal-oriġini, il-pajjiż).
Dan it-tagħrif jista’ jiġi sostitwit:
–għall-pakketti kollha bl-eċċezzjoni ta’ pakketti ppakkjati minn qabel, permezz tal-marka ta’ kodiċi maħruġa jew aċċettata uffiċjalment li tirrappreżenta lil min jippakkjahom u/jew lill-ispeditur, indikata b’rabta mill-qrib mar-referenza “Min jippakkja u/jew Speditur” (jew abbrevjazzjonijiet ekwivalenti). Il-marka ta’ kodiċi għandha tiġi ppreċedura mill-kodiċi ISO 3166 (alpha) tal-pajjiż/żona tal-pajjiż rikonoxxitur, jekk mhuwiex il-pajjiż tal-oriġini;
–Fil-każ partikulari tal-pakketti ppakkjati minn qabel, bl-isem u l-indirizz ta’ bejjiegħ stabbilit fl-Unjoni indikati b’rabta mill-qrib mal-avviż "Ippakkjat għal:” jew avviż ekwivalenti. F'dan il-każ, it-tikkettar għandu jinkludi wkoll kodiċi li jirrappreżenta lil min hu responsabbli għall-ippakkjar u/jew lill-ispeditur. Il-bejjiegħ għandu jagħti l-informazzjoni kollha li korp ta’ spezzjoni jikkunsidra neċessarja rigward it-tifsira ta’ dan il-kodiċi.
B.
Natura tal-prodott
–“Frawli” jekk il-kontenut tal-pakkett ma jkunx viżibbli minn barra.
–Isem il-varjetà (fakultattiv).
C.
L-oriġini tal-prodott
Il-pajjiż tal-oriġini u, b'mod fakultattiv, id-distrett fejn ikun tkabbar, jew isem il-post nazzjonali, reġjonali jew lokali.
D.
Speċifikazzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni
–Klassi.
E.
Marka ta’ kontroll uffiċjali (fakultattiva)
Il-pakketti ma għandhomx għalfejn ikollhom id-dettalji msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-punt IV, meta jkun fihom pakketti għall-bejgħ li jidhru b’mod ċar minn barra u kollha jkun fihom dawn id-dettalji. Dawn il-pakketti għandhom ikunu ħielsa minn kwalunkwe indikazzjoni li tista' tqarraq. Meta dawn il-pakketti jkunu fuq pelits, id-dettalji għandhom jingħataw f'avviż li jitpoġġa f'pożizzjoni li tidher fuq tal-anqas żewġ naħat tal-pelit.
PARTI 8: L-ISTANDARD TAL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI TAL-BŻAR ĦELU
I.
DEFINIZZJONI TAL-PRODOTT
Dan l-istandard japplika għall-bżar ħelu ta’ varjetajiet (kultivari) li jkunu tkabbru mill-Capsicum annuum L., li jkun se jiġi fornut frisk lill-konsumatur, bżar ħelu għall-ipproċessar industrijali eskluż.
II.
DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-KWALITÀ
L-għan tal-istandard huwa li jiddefinixxi r-rekwiżiti tal-kwalità tal-bżar ħelu, wara t-tħejjija u l-imballaġġ tiegħu.
Madanakollu, fl-istadji wara l-konsenja, fir-rigward tar-rekwiżiti tal-istandard, il-prodotti jistgħu:
–ikunu ħarira inqas friski u weqfin,
–jiddeterjoraw xi ftit fil-każ ta' prodotti fil-kategoriji l-oħra barra “Extra”, minħabba l-iżvilupp tagħhom u l-fatt li jispiċċaw malajr.
A.
Rekwiżiti minimi
Fil-klassijiet kollha, bla preġudizzju għad-disposizzjonijiet speċjali għal kull klassi u għat-tolleranza permessa, il-bżar ħelu jrid ikun:
–intatti,
–f'kundizzjoni tajba; prodotti affettwati mit-tħassir jew li jkunu qegħdin jiddeterjoraw b'tali mod li ma jibqgħux tajbin għall-konsum jiġu esklużi,
–nadif, prattikament ħieles minn kwalunkwe materjal barrani viżibbli,
–jidhru friski,
–sodi,
–prattikament ħieles mill-pesti,
–ħieles minn ħsara kkawżata mill-pesti li taffettwa l-laħam,
–ħieles minn ħsara kkawżata minn temperatura baxxa jew ġlata,
–bil-pedunkuli mwaħħla; il-pedunkulu jrid ikun maqtugħ pulit u bil-berkun intatt,
–ħieles minn umdità esterna mhux normali,
–ħieles minn kull tip ta’ riħa u/jew togħma barranija.
L-iżvilupp u l-kundizzjoni tal-bżar ħelu jridu jkunu tali li jippermettulu:
–jiflaħ għat-trasport u l-immaniġġar, u
–jasal fid-destinazzjoni f’kundizzjoni sodisfaċenti.
B.
Klassifikazzjoni
Il-bżar ħelu jiġi kklassifikat fi tliet klassijiet kif iddefiniti hawn taħt:
(i)
Klassi "Extra"
Il-bżar ħelu f’din il-klassi jrid ikun ta’ kwalità superjuri. Għandu jkun karatteristiku tal-varjetà u/jew tip kummerċjali.
Irid ikun ħieles mid-difetti, bl-eċċezzjoni ta’ difetti superfiċjali tasssew żgħar, sakemm dawn ma jaffettwawx id-dehra ġenerali, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni tal-prodott fil-pakkett.
(ii)
Klassi I
Il-bżar ħelu f'din il-klassi jrid ikun ta' kwalità tajba. Għandu jkun karatteristiku tal-varjetà u/jew tip kummerċjali.
Id-difetti żgħar li ġejjin, madankollu, jistgħu jiġu permessi, sakemm dawn ma jaffettwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett:
–difett żgħir fil-forma,
–tibdil fil-kulur li jsir donnu fidda jew ħsara li ma taqbiżx 1/3 tat-total tal-erja tal-wiċċ,
–difetti żgħar fil-qoxra, bħal:
–ħofor, brix, ħruq tax-xemx, marki ta' pressjoni li b'kollox ma jkoprux aktar minn 2 cm għal diffetti ta' forma tawwalija, u 1cm² għal difetti oħra; jew
–qsim xott superfiċjali fil-wiċċ li b’kollox ma jkoprix aktar minn 1/8 tat-total tal-erja tal-wiċċ,
–pedunkulu kemxejn imħassar.
(iii)
Klassi II
Din il-klassi tinkludi l-bżar ħelu li ma jikkwalifikax għall-inklużjoni fil-klassijiet ogħla, iżda li jissodisfa r-rekwiżiti minimi msemmija fil-punt A.
Id-difetti li ġejjin jistgħu jiġu permessi d-difetti sakemm il-bżar ħelu jżomm il-karatteristiċi essenzjali tiegħu rigward il-kwalità, iż-żamma tal-kwalità u l-preżentazzjoni:
–difetti fil-forma,
–tibdil fil-kulur li jsir donnu fidda jew ħsara li ma taqbiżx 2/3 tat-total tal-erja tal-wiċċ,
–difetti fil-qoxra, bħal:
–ħofor, brix, ħruq tax-xemx, dbabar u ħsarat li fiequ li b'kollox ma jkoprux aktar minn 4 cm għal diffetti ta' forma tawwalija, u 2,5 cm² tat-total tal-erja għal difetti oħra; jew
–qsim xott fil-wiċċ li b'kollox ma jkoprix iktar minn 1/4 tat-total tal-erja tal-wiċċ
–deterjorament tat-tarf taż-żahra li ma jaqbiżx 1 cm²,
–tikmix li ma jaqbiżx 1/3 tal-wiċċ,
–pedunkulu u berkun imħassrin, sakemm il-laħam tal-madwar jibqa' intatt.
III.
DISPOŻIZZJONIJIET DWAR ID-DAQS
Id-daqs huwa stabbilit jew skont id-dijametru massimu tas-sezzjoni ekwatorjali jew inkella skont il-piż. Sabiex tiġi żgurata uniformità fid-daqs, il-firxa tad-daqsijiet tal-prodotti fl-istess pakkett ma għandhiex taqbeż:
(a)
Għall-bżar ħelu mkejjel skont id-dijametru:
–20 mm
(b)
Għall-bżar ħelu mkejjel skont il-piż:
–30 g fil-każ li l-itqal wieħed ikun jiżen 180 g jew anqas,
–80 g fil-każ li l-eħfef wieħed ikun jiżen bejn 180 g u 260,
–Ebda limitu fejn l-eħfef biċċa tkun tiżen 260 g jew aktar.
Bżar ħelu li huwa tawwali għandu jkun uniformi biżżejjed fit-tul.
L-uniformità fid-daqs mhijiex obbligatorja għall-Klassi II.
IV.
DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IT-TOLLERANZI
Fl-istadji kollha tal-kummerċjalizzazzjoni, it-tolleranzi fir-rigward tal-kwalità u d-daqs għandhom jiġu permessi f’kull lott għall-prodotti li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi indikata.
A.
Tolleranzi għall-kwalità
(i)
Klassi "Extra"
Hija permessa tolleranza totali ta’ 5 %, skont l-għadd jew il-piż, tal-bżar ħelu li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi iżda li jilħqu dawk tal-Klassi I. Fi ħdan din it-tolleranza mhux aktar minn 0,5 % mit-total jista’ jikkonsisti minn prodotti li jissodisfaw r-rekwiżiti tal-kwalità tal-Klassi II.
(ii)
Klassi I
Hija permessa tolleranza totali ta’ 10 %, skont l-għadd jew il-piż, tal-bżar ħelu li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi iżda li jilħqu dawk tal-Klassi I. Fil-limitu ta’ din it-tolleranza, mhux aktar minn 1 % tat-total jista’ jikkonsisti fi prodotti li la jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Klassi II u lanqas ir-rekwiżiti minimi, jew tal-prodotti mħassrin.
(iii)
Klassi II
Hija permessa tolleranza totali ta’ 10 %, skont l-għadd jew il-piż, tal-bżar ħelu li la jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-klassi u lanqas ir-rekwiżiti minimi. Fil-limitu ta' din it-tolleranza, mhux iktar minn 2 % tat-total jista' jkun affettwat mit-tħassir.
B.
Tolleranzi għad-daqs
Għall-klassijiet kollha (jekk jiġu mkejla): hija permessa tolleranza totali ta' 10 % skont l-għadd jew il-piż tal-frott tal-bżar ħelu li ma jissodisfax ir-rekwiżiti fir-rigward tad-daqsijiet.
V.
DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-PREŻENTAZZJONI
A.
Uniformità
Il-kontenut ta' kull pakkett irid ikun uniformi u jkun fih biss bżar ħelu tal-istess oriġini, varjetà jew tip kummerċjali, kwalità, daqs (jekk jiġi mkejjel) u, fil-każ tal-Klassi "Extra" u l-Klassi I, b'mod apprezzabbli tal-istess grad ta' sajran u kulur.
Madankollu, taħlita ta' bżar ħelu ta' tipi kummerċjali u/jew kuluri distintivament differenti tista’ tkun ippakkjata flimkien f’pakkett, sakemm dawn ikunu uniformi fil-kwalità u, għal kull tip kummerċjali u/jew kulur ikkonċernat, fl-oriġini. L-uniformità fid-daqs mhijiex meħtieġa.
Il-parti tal-kontenut li tidher tal-pakkett għandha tkun rappreżentattiva tal-kontenut kollu.
B.
Imballaġġ
Il-bżar ħelu jrid ikun ippakkjat b'tali mod li l-prodott ikun protett kif xieraq.
Il-materjali użati ġewwa l-pakkett għandhom ikunu nodfa u ta’ kwalità tali li jiġi evitat li ssir ħsara kemm fuq barra kif ukoll fuq ġewwa tal-prodotti. L-użu ta’ materjali, speċjalment karti jew timbri, li jkollhom l-ispeċifikazzjonijiet kummerċjali huwa permess biss jekk l-istampar jew it-tikkettar ikun sar b’linka jew kolla li mhumiex tossiċi.
It-tikketti mwaħħlin individwalment mal-prodott għandhom ikunu tali li meta jitneħħew, la jħallu traċċi viżibbli ta’ kolla u lanqas jikkaġunaw difetti fil-qoxra. Informazzjoni mnaqqxa bil-laser fuq frotta waħda ma għandhiex twassal għal difetti fil-laħam jew fil-qoxra.
Il-pakketti ma jridx ikun fihom materjal estranju ieħor.
VI.
DISPOŻIZZJONIJIET DWAR L-IMMARKAR
Kull pakkett irid juri d-dettalji li ġejjin b’ittri ragruppati fuq l-istess naħa, immarkati b’mod li jinqara u li ma jitħassarx, u viżibbli minn barra.
A.
Identifikazzjoni
Isem u indirizz ta’ min hu responsabbli mill-ippakkjar u/jew mill-bgħit (pereżempju: it-triq/il-belt/ir-reġjun/il-kodiċi postali u jekk differenti mill-pajjiż tal-oriġini, il-pajjiż).
Dan it-tagħrif jista’ jiġi sostitwit:
–għall-pakketti kollha bl-eċċezzjoni ta’ pakketti ppakkjati minn qabel, permezz tal-marka ta’ kodiċi maħruġa jew aċċettata uffiċjalment li tirrappreżenta lil min jippakkjahom u/jew lill-ispeditur, indikata b’rabta mill-qrib mar-referenza “Min jippakkja u/jew Speditur” (jew abbrevjazzjonijiet ekwivalenti). Il-marka ta’ kodiċi għandha tiġi ppreċedura mill-kodiċi ISO 3166 (alpha) tal-pajjiż/żona tal-pajjiż rikonoxxitur, jekk mhuwiex il-pajjiż tal-oriġini;
–Fil-każ partikulari tal-pakketti ppakkjati minn qabel, bl-isem u l-indirizz ta’ bejjiegħ stabbilit fl-Unjoni indikati b’rabta mill-qrib mal-avviż "Ippakkjat għal:” jew avviż ekwivalenti. F'dan il-każ, it-tikkettar għandu jinkludi wkoll kodiċi li jirrappreżenta lil min hu responsabbli għall-ippakkjar u/jew lill-ispeditur. Il-bejjiegħ għandu jagħti l-informazzjoni kollha li korp ta’ spezzjoni jikkunsidra neċessarja rigward it-tifsira ta’ dan il-kodiċi.
B.
Natura tal-prodott
–“Bżar ħelu” jekk il-kontenut ma jkunx viżibbli minn barra.
–"Taħlita ta' bżar ħelu", jew denominazzjoni ekwivalenti, fil-każ ta' unitajiet għall-bejgħ li jkun fihom taħlita ta’ tipi kummerċjali u/jew kuluri ta' bżar ħelu distintivament differenti. Jekk il-prodotti ma jkunux viżibbli minn barra, it-tipi kummerċjali u/jew il-kuluri u l-kwantità ta' kull pakkett iridu jkunu indikati.
C.
L-oriġini tal-prodott
Il-pajjiż tal-oriġini u, b'mod fakultattiv, id-distrett fejn ikun tkabbar, jew isem il-post nazzjonali, reġjonali jew lokali.
Fil-każ ta' taħlita ta' bżar ħelu ta' tipi kummerċjali u/jew kuluri distintivament differenti u ta' oriġini differenti, l-indikazzjoni ta' kull pajjiż tal-oriġini għandha tidher ħdejn l-isem tat-tip kummerċjali u/jew tal-kulur ikkonċernat.
D.
Speċifikazzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni
–Klassi.
–Daqs (jekk imkejjel), espress f’dijametri minimi u massimi, jew f'piżijiet massimu u minimu.
–Għadd ta’ unitajiet (fakultattiv).
–“Jaħraq” jew denominazjoni ekwivalenti fejn xieraq.
E.
Marka ta’ kontroll uffiċjali (fakultattiva)
Il-pakketti ma għandhomx għalfejn ikollhom id-dettalji msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-punt VI, meta jkun fihom pakketti għall-bejgħ li jidhru b’mod ċar minn barra u kollha jkun fihom dawn id-dettalji. Dawn il-pakketti għandhom ikunu ħielsa minn kwalunkwe indikazzjoni li tista' tqarraq. Meta dawn il-pakketti jkunu fuq pelits, id-dettalji għandhom jingħataw f'avviż li jitpoġġa f'pożizzjoni li tidher fuq tal-anqas żewġ naħat tal-pelit.
PARTI 9: L-ISTANDARD TAL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI GĦALL-GĦENEB TAL-MEJDA
I.
DEFINIZZJONI TAL-PRODOTT
Dan l-istandard japplika għall-għeneb tal-mejda ta’ varjetajiet (kultivari) li jkunu tkabbru mill-Vitis vinifera L., li jkun se jiġi fornut frisk lill-konsumatur, l-għeneb tal-mejda għall-ipproċessar eskluż.
II.
DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-KWALITÀ
L-għan tal-istandard huwa li jiddefinixxi r-rekwiżiti tal-kwalità tal-għeneb tal-mejda, wara t-tħejjija u l-imballaġġ tiegħu.
Madanakollu, fl-istadji wara l-konsenja, fir-rigward tar-rekwiżiti tal-istandard, il-prodotti jistgħu:
–ikunu ħarira inqas friski u weqfin,
–jiddeterjoraw xi ftit fil-każ ta' prodotti fil-kategoriji l-oħra barra “Extra”, minħabba l-iżvilupp tagħhom u l-fatt li jispiċċaw malajr.
A.
Rekwiżiti minimi
Fil-klassijiet kollha, bla preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċjali għal kull klassi u t-tolleranzi permessi, l-għenieqed u l-għenbiet iridu jkunu:
–f'kundizzjoni tajba; prodotti affettwati mit-tħassir jew li jkunu qegħdin jiddeterjoraw b'tali mod li ma jibqgħux tajbin għall-konsum jiġu esklużi,
–nodfa, prattikament ħielsa minn kwalunkwe materjal barrani viżibbli,
–prattikament ħielsa mill-pesti,
–prattikament ħielsa minn ħsara kkawżata mill-pesti,
–ħielsa minn umdità esterna mhux normali,
–ħielsa minn kull tip ta’ riħa u/jew togħma barranija.
Barra minn hekk, l-għenbiet iridu jkunu:
–intatti,
–iffurmati tajjeb,
–żviluppati b'mod normali.
It-tilwin minħabba x-xemx mhux difett.
L-iżvilupp u l-kundizzjoni tal-għeneb tal-mejda jridu jkunu tali li jippermettulu:
–jifilħu għat-trasport u l-immaniġġar, u
–jaslu fid-destinazzjoni f’kundizzjoni sodisfaċenti.
B.
Rekwiżiti tal-maturità
Il-meraq tal-frott għandu jkollu indiċi refrattometriku tal-anqas:
–12 ° Brix għall-varjetajiet Alphonse Lavallée, Cardinal u Victoria,
–13 °Brix għall-varjetajiet l-oħra kollha li għandhom iż-żerriegħa,
–14 ° Brix għall-varjetajiet kollha li ma għandhomx żerriegħa.
Barra minn hekk, il-varjetajiet kollha jrid ikollhom livelli ta' proporzjon sodisfaċenti ta' zokkor/aċidità.
C.
Klassifikazzjoni
L-għeneb tal-mejda jiġi kklassifikat fit-tliet klassijiet iddefiniti hawn taħt:
(i)
Klassi “Extra”
L-għeneb tal-mejda f'din il-klassi jrid ikun ta' kwalità superjuri. Irid ikun karatteristiku tal-varjetà b'kunsiderazzjoni għad-distrett li fih ikun tkabbar.
L-għenbiet iridu jkunu sodi, imwaħħlin sew, imqassma b'mod ugwali maz-zokk u jkollhom in-nwar tagħhom prattikament intatti.
Irid ikun ħieles mid-difetti, bl-eċċezzjoni ta’ difetti superfiċjali tasssew żgħar, sakemm dawn ma jaffettwawx id-dehra ġenerali, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni tal-prodott fil-pakkett.
(ii)
Klassi I
L-għeneb tal-mejda f'din il-klassi jrid ikun ta' kwalità tajba. Irid ikun karatteristiku tal-varjetà b'kunsiderazzjoni għad-distrett li fih ikun tkabbar.
L-għenbiet iridu jkunu sodi, imwaħħla sew u, sa fejn hu possibbli, ikollhom in-nwar tagħhom prattikament intatt. Madankollu, jistgħu jkunu inqas imqassmin indaqs maz-zokk minn dawk tal-Klassi 'Extra'.
Id-difetti żgħar li ġejjin, madankollu, jistgħu jiġu permessi sakemm ma jaffettwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett:
–difett żgħir fil-forma,
–difetti żgħar fil-lewn,
–skorċa tax-xemx ħafifa ħafna li taffettwa biss il-qoxra,
difetti żgħar fil-qoxra.
(iii)
Klassi II
Din il-klassi tinkludi l-għeneb tal-mejda li ma jikkwalifikax għall-inklużjoni fil-klassijiet ogħla, iżda li jissodisfa r-rekwiżiti minimi msemmija fil-punt A.
L-għenieqed jista' jkollhom difetti żgħar fil-forma, l-iżvilupp u l-kulur, sakemm dawn ma jaffettwawx il-karatteristiċi essenzjali tal-varjetà, b’kunsiderazzjoni tad-distrett li fih ikunu tkabbru.
L-għenbiet iridu jkunu sodi biżżejjed u mwaħħlin b'mod ferm, u, fejn possibbli, ikunu għadhom bl-għabra fuqhom. Jista' jkun li l-uniformità fit-taqsim tal-ispazji matul iz-zokk tkun inqas minn dik tal-Klassi I.
Id-difetti li ġejjin jistgħu jiġu permessi sakemm l-għeneb tal-mejda jżomm il-karatteristiċi essenzjali tiegħu rigward il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni:
–difetti fil-forma,
–difetti fil-kulur,
–skorċa tax-xemx ħafifa li taffettwa biss il-qoxra,
–tbenġil żgħir,
–difetti fil-qoxra.
III.
DISPOŻIZZJONIJIET DWAR ID-DAQS
Id-daqs huwa stabbilit skont il-piż tal-għanqud.
Il-piż minimu tal-għanqud għandu jkun ta’ 75 g għall-Klassi “Extra” u l-Klassi I. Din id-dispożizzjoni ma tapplikax għall-pakketti maħsuba għal porzjonijiet singoli fil-klassijiet kollha.
IV.
DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IT-TOLLERANZI
Fl-istadji kollha tal-kummerċjalizzazzjoni, it-tolleranzi fir-rigward tal-kwalità u d-daqs għandhom jiġu permessi f’kull lott għall-prodotti li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi indikata.
A.
Tolleranzi għall-kwalità
(i)
Klassi "Extra"
Hija permessa tolleranza totali ta' 5 %, skont il-piż, ta' għenieqed li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi, iżda li jissodisfaw dawk tal-Klassi I. Fi ħdan din it-tolleranza mhux aktar minn 0,5 % mit-total jista’ jikkonsisti minn prodotti li jissodisfaw r-rekwiżiti tal-kwalità tal-Klassi II.
(ii)
Klassi I
Hija permessa tolleranza totali ta' 10 %, skont il-piż, ta' għenieqed li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi, iżda li jissodisfaw dawk tal-Klassi II. Fil-limitu ta’ din it-tolleranza, mhux aktar minn 1 % tat-total jista’ jikkonsisti fi prodotti li la jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Klassi II u lanqas ir-rekwiżiti minimi, jew tal-prodotti mħassrin.
Minbarra dawk it-tolleranzi, massimu ta’ 10 %, skont il-piż, ta’ għenbiet mhux marbuta, i.e. għenbiet li nqalgħu minn mal-għanquda/ġabra, huwa permess sakemm l-għenbiet huma f’kundizzjoni tajba u intatti.
(iii)
Klassi II
Hija permessa tolleranza totali ta’ 10 %, skont il-piż, tal-għenieqed li ma jissodisfawx la r-rekwiżiti tal-klassi u lanqas ir-rekwiżiti minimi. Fil-limitu ta' din it-tolleranza, mhux iktar minn 2 % tat-total jista' jkun affettwat mit-tħassir.
Minbarra dawk it-tolleranzi, massimu ta’ 10 %, skont il-piż, ta’ għenbiet mhux marbuta, i.e. għenbiet li nqalgħu minn mal-għanquda/ġabra, huwa permess sakemm l-għenbiet huma f’kundizzjoni tajba u intatti.
B.
Tolleranzi għad-daqs
Għall-klassijiet kollha (jekk jiġu mkejla): hija permessa tolleranza totali ta' 10 % skont l-piż, tal-għenieqed li ma jissodisfax ir-rekwiżiti fir-rigward tad-daqsijiet. F'kull pakkett għall-bejgħ (ħlief għal porzjonijiet singoli), għanqud wieħed li jiżen anqas minn 75 g huwa permess biex jaġġusta l-piż, sakemm l-għanqud jissodisfa r-rekwiżiti l-oħra kollha tal-klassi speċifikata.
V.
DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-PREŻENTAZZJONI
A.
Uniformità
Il-kontenut ta' kull pakkett irid ikun uniformi u jkollu biss għenieqed tal-istess oriġini, varjetà, kwalità u l-istess grad ta' sajran.
Fil-każ tal-Klassi “Extra”, l-għenieqed iridu jkunu bejn wieħed u ieħor tal-istess daqs u kulur.
Madankollu, taħlita ta’ għeneb tal-mejda ta' varjetajiet distintivament differenti tista’ tkun ippakkjata flimkien f’pakkett, sakemm dawn ikunu uniformi fil-kwalità u, għal kull varjetà kkonċernata, fl-oriġini.
Il-parti tal-kontenut li tidher tal-pakkett għandha tkun rappreżentattiva tal-kontenut kollu.
B.
Imballaġġ
L-għeneb tal-mejda jrid ikun ippakkjat b'tali mod li l-prodott ikun protett kif xieraq.
Il-materjali użati ġewwa l-pakkett għandhom ikunu nodfa u ta’ kwalità tali li jiġi evitat li ssir ħsara kemm fuq barra kif ukoll fuq ġewwa tal-prodotti. L-użu ta’ materjali, speċjalment karti jew timbri, li jkollhom l-ispeċifikazzjonijiet kummerċjali huwa permess biss jekk l-istampar jew it-tikkettar ikun sar b’linka jew kolla li mhumiex tossiċi.
It-tikketti mwaħħlin individwalment mal-prodott għandhom ikunu tali li meta jitneħħew, la jħallu traċċi viżibbli ta’ kolla u lanqas jikkaġunaw difetti fil-qoxra.
Il-pakketti jridu jkunu ħielsa minn kull materjal barrani ieħor, għalkemm biċċa żarġun tad-dielja li ma jkunx itwal minn 5 cm jista' jitħalla maz-zokk tal-għanqud bħala għamla ta' preżentazzjoni speċjali.
VI.
DISPOŻIZZJONIJIET DWAR L-IMMARKAR
Kull pakkett irid juri d-dettalji li ġejjin b’ittri ragruppati fuq l-istess naħa, immarkati b’mod li jinqara u li ma jitħassarx, u viżibbli minn barra.
A.
Identifikazzjoni
Isem u indirizz ta’ min hu responsabbli mill-ippakkjar u/jew mill-bgħit (pereżempju: it-triq/il-belt/ir-reġjun/il-kodiċi postali u jekk differenti mill-pajjiż tal-oriġini, il-pajjiż).
Dan it-tagħrif jista’ jiġi sostitwit:
–għall-pakketti kollha bl-eċċezzjoni ta’ pakketti ppakkjati minn qabel, permezz tal-marka ta’ kodiċi maħruġa jew aċċettata uffiċjalment li tirrappreżenta lil min jippakkjahom u/jew lill-ispeditur, indikata b’rabta mill-qrib mar-referenza “Min jippakkja u/jew Speditur” (jew abbrevjazzjonijiet ekwivalenti). Il-marka ta’ kodiċi għandha tiġi ppreċedura mill-kodiċi ISO 3166 (alpha) tal-pajjiż/żona tal-pajjiż rikonoxxitur, jekk mhuwiex il-pajjiż tal-oriġini;
–Fil-każ partikulari tal-pakketti ppakkjati minn qabel, bl-isem u l-indirizz ta’ bejjiegħ stabbilit fl-Unjoni indikati b’rabta mill-qrib mal-avviż "Ippakkjat għal:” jew avviż ekwivalenti. F'dan il-każ, it-tikkettar għandu jinkludi wkoll kodiċi li jirrappreżenta lil min hu responsabbli għall-ippakkjar u/jew lill-ispeditur. Il-bejjiegħ għandu jagħti l-informazzjoni kollha li korp ta’ spezzjoni jikkunsidra neċessarja rigward it-tifsira ta’ dan il-kodiċi.
B.
Natura tal-prodott
–"Għeneb tal-mejda" jekk il-kontenut ma jkunx viżibbli minn barra.
–Isem il-varjetà. Fil-każ ta' taħlita ta' għeneb tal-mejda ta' varjetajiet distintivament differenti, l-ismijiet tal-varjetajiet differenti.
L-isem tal-varjetà jista' jinbidel b'sinonimu. Marka kummerċjali4 tista’ tingħata biss bħala żieda mal-varjetà jew mas-sinonimu.
C.
L-oriġini tal-prodott
–Il-pajjiż tal-oriġini u, b'mod fakultattiv, id-distrett fejn ikun tkabbar, jew isem il-post nazzjonali, reġjonali jew lokali.
–Fil-każ ta’ taħlita ta’ għeneb tal-mejda minn varjetajiet distintivament differenti ta’ oriġini differenti, l-indikazzjoni ta’ kull pajjiż tal-oriġini għandha tidher ħdejn isem il-varjetà kkonċernata.
D.
Speċifikazzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni
–Klassi.
“Għenieqed ta' inqas minn 75 g intiżi għall-porzjon wieħed” jew denominazzjoijiet ekwivalenti, jekk ikun il-każ.
E.
Marka ta’ kontroll uffiċjali (fakultattiva)
Il-pakketti ma għandhomx għalfejn ikollhom id-dettalji msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-punt VI, meta jkun fihom pakketti għall-bejgħ li jidhru b’mod ċar minn barra u kollha jkun fihom dawn id-dettalji. Dawn il-pakketti għandhom ikunu ħielsa minn kwalunkwe indikazzjoni li tista' tqarraq. Meta dawn il-pakketti jkunu fuq pelits, id-dettalji għandhom jingħataw f'avviż li jitpoġġa f'pożizzjoni li tidher fuq tal-anqas żewġ naħat tal-pelit.
PARTI 10: L-ISTANDARD TAL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI TAT-TADAM
I.
DEFINIZZJONI TAL-PRODOTT
Dan l-istandard japplika għal tadam ta' varjetajiet (kultivari) li jkun tkabbar mis-Solanum lycopersicum L. li jkun se jiġi fornut frisk lill-konsumatur; tadam għall-ipproċessar industrijali huwa eskluż.
It-tadam jista’ jiġi kklassifikat f’erba’ tipi kummerċjali:
–“tond”,
–“ċatt (imfellel)”,
–“żenguli” jew “tawwali”,
–“tadam miż-żgħir” (“cherry/cocktail”) ta’ kull forma.
II.
DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-KWALITÀ
L-għan tal-istandard huwa li jiddefinixxi r-rekwiżiti tal-kwalità tat-tadam, wara t-tħejjija u l-imballaġġ tiegħu.
Madanakollu, fl-istadji wara l-konsenja, fir-rigward tar-rekwiżiti tal-istandard, il-prodotti jistgħu:
–ikunu ħarira inqas friski u weqfin,
–jiddeterjoraw xi ftit fil-każ ta' prodotti fil-kategoriji l-oħra barra “Extra”, minħabba l-iżvilupp tagħhom u l-fatt li jispiċċaw malajr.
A.
Rekwiżiti minimi
Fil-klassijiet kollha, bla preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċjali għal kull klassi u t-tolleranzi permessi, it-tadamiet għandhom ikunu:
–intatti,
–f'kundizzjoni tajba, il-prodotti li qed jitħassru jew jiddeterjoraw b'mod li ma jibqgħux tajbin għall-konsum għandhom jiġu esklużi,
–nodfa, prattikament ħielsa minn kwalunkwe materjal barrani viżibbli,
–jidhru friski,
–prattikament ħielsa mill-pesti,
–ħielsa minn ħsara kkawżata mill-pesti li taffettwa l-laħam,
–ħielsa minn umdità esterna mhux normali,
–ħielsa minn kull tip ta’ riħa u/jew togħma barranija.
Fil-każ ta’ tadam fl-għenieqed, iz-zkuk iridu jkunu friski, b'saħħithom, nodfa u ħielsa mill-weraq kollu u minn kull materjal barrani viżibbli.
L-iżvilupp u l-kundizzjoni tat-tadam għandhom ikunu tali li jippermettulu:
–jifilħu għat-trasport u l-immaniġġar, u
–jaslu fid-destinazzjoni f’kundizzjoni sodisfaċenti.
B.
Rekwiżiti tal-maturità
L-iżvilupp u l-istat ta' maturità tat-tadam jridu jkunu tali li jippermettulhom ikomplu jsiru u jilħqu livell sodisfaċenti ta' sajran.
C.
Klassifikazzjoni
It-tadamiet huma kklassifikati fi tlett klassijiet iddefiniti kif ġej:
(i)
Klassi "Extra"
It-tadam ta’ din il-klassi għandu jkun ta’ kwalità superjuri. Għandu jkun sod u karatteristiku tal-varjetà.
Għandu jkun ħieles mid-dwawar ħodor u difetti oħrajn, għajr difetti superfiċjali ħfief ħafna, sakemm dawn ma jaffettwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett.
(ii)
Klassi I
It-tadam ta’ din il-klassi għandu jkun ta’ kwalità tajba. Irid ikun raġjonevolment sod u karatteristiku tal-varjetà
Għandu jkun ħieles minn qsim u dwawar ħodor viżibbli.
Id-difetti żgħar li ġejjin, madankollu, jistgħu jiġu permessi, sakemm dawn ma jaffettwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett:
–difett żgħir fil-forma u fl-iżvilupp,
–difetti żgħar fil-lewn,
–difetti żgħar fil-qoxra,
–brix ħafif ħafna.
Barra minn hekk, it-tadam "ċatt (imfellel)" jista’ jkollu:
–xquq li fiequ u mhux itwal minn 1 cm,
–mingħajr protuberanzi eċċessivi,
–żokra żgħira iżda mingħajr tapp (niexef bħal sufra),
–tapp (nixfa bħal sufra) mal-istigma sa 1 cm²,
–barxa fina taż-żahra f’għamla tawwalija (bħal ħjata), iżda mhux itwal minn tnejn minn tlieta tal-akbar dijametru tal-frotta.
(iii)
Klassi II
Din il-klassi tinkludi t-tadam li ma jikkwalifikax għall-inklużjoni fil-klassijiet ogħla, iżda li jissodisfa r-rekwiżiti minimi msemmija fil-punt A.
Irid jkun raġjonevolment sod (iżda jista’ jkun kemxejn anqas sod minn tal-Klassi I) u ma għandux juri xquq li ma fiqux.
Jistgħu jitħallew id-difetti segwenti, sakemm it-tadam iżomm il-karatteristiċi essenzjali tiegħu rigward il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni:
–difetti fil-forma u fl-iżvilupp,
–difetti fil-kulur,
–difetti jew brix fil-qoxra, sakemm il-frott ma jkunx affettwat b'mod serju,
–xquq niexfa ta’ mhux aktar minn 3 cm tul għat-tadam tond, ċatt jew żenguli.
Barra minn hekk, it-tadam "ċatt (imfellel)" jista’ jkollu:
–protuberanzi iktar qawwija minn dawk permessi fil-Klassi I, imma mingħajr ma’ jitilfu l-forma tagħhom,
–żokra,
–it-tapp (nixfa bħal sufra) mal-istigma sa 2 cm²,
–barxa fina taż-żahra f’għamla tawwalija (bħal ħjata).
III.
DISPOŻIZZJONIJIET DWAR ID-DAQS
Id-daqs jiġi ddeterminat skont id-dijametru massimu tat-taqsima ekwatorjali, skont il-piż, jew skont l-għadd.
Id-dispożizzjonijiet li ġejjin ma għandhomx japplikaw għat-tadam fl-għenieqed, u huma fakultattivi għal:
–“tadam miż-żgħir” (“cherry” u “cocktail”) b’dijametru anqas minn 40 mm;
–tadam ċatt (imfellel) ta’ forma irregolari; kif ukoll
–Klassi II.
Sabiex tiġi żgurata uniformità fid-daqs, il-firxa tad-daqsijiet tal-prodotti fl-istess pakkett ma għandhiex taqbeż:
(a)
Għat-tadam imkejjel skont id-dijametru:
–10 mm, jekk id-dijametru tal-iżgħar frotta (kif indikat fuq il-pakkett) ikun inqas minn 50 mm,
–15 mm, jekk id-dijametru tal-iżgħar frotta (kif indikat fuq il-pakkett) ikun ta' 50 mm u aktar iżda inqas minn 70 mm,
–20 mm, jekk id-dijametru tal-iżgħar frotta (kif indikat fuq il-pakkett) ikun ta' 70 mm u aktar iżda inqas minn 100 mm,
–m’hemmx limitu għad-differenza fid-dijametru għall-frott ta’ 100 mm jew aktar.
Fil-każ li jkunu applikati kodiċijiet għad-daqs, għandhom jintużaw il-kodiċijiet u l-firxiet fit-tabella li ġejja:
|
Kodiċi tad-daqs
|
Dijametru (mm)
|
|
0
|
≤ 20
|
|
1
|
> 20 ≤ 25
|
|
2
|
> 25 ≤ 30
|
|
3
|
> 30 ≤ 35
|
|
4
|
> 35 ≤ 40
|
|
5
|
> 40 ≤ 47
|
|
6
|
> 47 ≤ 57
|
|
7
|
> 57 ≤ 67
|
|
8
|
> 67 ≤ 82
|
|
9
|
> 82 ≤ 102
|
|
10
|
> 102
|
(b)
Għal tadam imkejjel skont il-piż jew l-għadd, id-differenza fid-daqs għandha tkun konsistenti ma’ kif indikat fil-punt (a).
IV.
DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IT-TOLLERANZI
Fl-istadji kollha tal-kummerċjalizzazzjoni, it-tolleranzi fir-rigward tal-kwalità u d-daqs għandhom jiġu permessi f’kull lott għall-prodotti li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi indikata.
A.
Tolleranzi għall-kwalità
(i)
Klassi "Extra"
Hija permessa tolleranza totali ta’ 5 %, skont l-għadd jew il-piż, ta’ tadam li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi iżda li jilħaq dawk tal-Klassi I. Fi ħdan din it-tolleranza mhux aktar minn 0,5 % mit-total jista’ jikkonsisti minn prodotti li jissodisfaw r-rekwiżiti tal-kwalità tal-Klassi II.
(ii)
Klassi I
Hija permessa tolleranza totali ta’ 10 %, skont l-għadd jew il-piż, ta’ tadam li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi iżda li jilħaq dawk tal-Klassi II. Fil-limitu ta’ din it-tolleranza, mhux aktar minn 1 % tat-total jista’ jikkonsisti fi prodotti li la jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Klassi II u lanqas ir-rekwiżiti minimi, jew tal-prodotti mħassrin.
Fil-każ tal-għenieqed tat-tadam, huwa permess 5 %, skont l-għadd jew il-piż, ta' tadam maqtugħ miz-zokk.
(iii)
Klassi II
Hija permessa tolleranza totali ta’ 10 %, skont l-għadd jew il-piż, ta’ tadam li la jissodisfa ir-rekwiżiti tal-klassi u lanqas ir-rekwiżiti minimi. Fil-limitu ta' din it-tolleranza, mhux iktar minn 2 % tat-total jista' jkun affettwat mit-tħassir.
Fil-każ tal-għenieqed tat-tadam, huwa permess 10 %, skont l-għadd jew il-piż, ta' tadam maqtugħ miz-zokk.
B.
Tolleranzi għad-daqs
Għall-klassijiet kollha: hija permessa tolleranza totali ta' 10 % skont l-għadd jew il-piż tat-tadam li ma jissodisfax ir-rekwiżiti fir-rigward tad-daqsijiet.
V.
DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-PREŻENTAZZJONI
A.
Uniformità
Il-kontenut ta’ kull pakkett irid ikun uniformi u jkollu fih biss tadam tal-istess oriġini, varjetà, jew tip kummerċjali, kwalità, u daqs (jekk ikun tkejjel).
Is-sajran u l-kulur tat-tadam fil-Klassi “Extra” u l-Klassi I jridu jkunu prattikament uniformi. Barra minn hekk, it-tul tat-tadam żenguli jrid ikun uniformi biżżejjed.
Madankollu, taħlita ta' tadam ta' kuluri, varjetajiet u/jew tipi kummerċjali distintivament differenti tista’ tkun ippakkjata flimkien f'pakkett, sakemm dawn ikunu uniformi fil-kwalità u, għal kull kulur, varjetà u/jew tip kummerċjali kkonċernati, fl-oriġini. L-uniformità fid-daqs mhijiex meħtieġa.
Il-parti tal-kontenut li tidher tal-pakkett għandha tkun rappreżentattiva tal-kontenut kollu.
B.
Imballaġġ
It-tadam irid ikun ippakkjat b’tali mod li l-prodotti jkunu protetti sew.
Il-materjali użati ġewwa l-pakkett għandhom ikunu nodfa u ta’ kwalità tali li jiġi evitat li ssir ħsara kemm fuq barra kif ukoll fuq ġewwa tal-prodotti. L-użu ta’ materjali, speċjalment karti jew timbri, li jkollhom l-ispeċifikazzjonijiet kummerċjali huwa permess biss jekk l-istampar jew it-tikkettar ikun sar b’linka jew kolla li mhumiex tossiċi.
It-tikketti mwaħħlin individwalment mal-prodott għandhom ikunu tali li meta jitneħħew, la jħallu traċċi viżibbli ta' kolla u lanqas jikkaġunaw difetti fil-qoxra. Informazzjoni mnaqqxa bil-laser fuq frotta waħda ma għandhiex twassal għal difetti fil-laħam jew fil-qoxra.
Il-pakketti ma jridx ikun fihom materjal estranju ieħor.
VI.
DISPOŻIZZJONIJIET DWAR L-IMMARKAR
Kull pakkett irid juri d-dettalji li ġejjin b’ittri ragruppati fuq l-istess naħa, immarkati b’mod li jinqara u li ma jitħassarx, u viżibbli minn barra.
A.
Identifikazzjoni
Isem u indirizz ta’ min hu responsabbli mill-ippakkjar u/jew mill-bgħit (pereżempju: it-triq/il-belt/ir-reġjun/il-kodiċi postali u jekk differenti mill-pajjiż tal-oriġini, il-pajjiż).
Dan it-tagħrif jista’ jiġi sostitwit:
–għall-pakketti kollha bl-eċċezzjoni ta’ pakketti ppakkjati minn qabel, permezz tal-marka ta’ kodiċi maħruġa jew aċċettata uffiċjalment li tirrappreżenta lil min jippakkjahom u/jew lill-ispeditur, indikata b’rabta mill-qrib mar-referenza “Min jippakkja u/jew Speditur” (jew abbrevjazzjonijiet ekwivalenti). Il-marka ta’ kodiċi għandha tiġi ppreċedura mill-kodiċi ISO 3166 (alpha) tal-pajjiż/żona tal-pajjiż rikonoxxitur, jekk mhuwiex il-pajjiż tal-oriġini;
–fil-każ partikulari tal-pakketti ppakkjati minn qabel, bl-isem u l-indirizz ta’ bejjiegħ stabbilit fl-Unjoni indikati b’rabta mill-qrib mal-avviż "Ippakkjat għal:” jew avviż ekwivalenti. F'dan il-każ, it-tikkettar għandu jinkludi wkoll kodiċi li jirrappreżenta lil min hu responsabbli għall-ippakkjar u/jew lill-ispeditur. Il-bejjiegħ għandu jagħti l-informazzjoni kollha li korp ta’ spezzjoni jikkunsidra neċessarja rigward it-tifsira ta’ dan il-kodiċi.
B.
Natura tal-prodott
–“Tadam” jew “għenieqed tat-tadam” u t-tip kummerċjali, jew tadam miż-żgħir (“cherry/cocktail”) jew “għenieqed ta’ tadam miż-żgħir” jew denominazzjoni ekwivalenti għal varjetajiet żgħar oħra jekk il-kontenut ma jkunx viżibbli minn barra.
–“Taħlita ta' tadam”, jew denominazzjoni ekwivalenti, fil-każ ta' taħlita ta' varjetajiet, tipi kummerċjali u/jew kuluri ta' tadam distintivament differenti. Jekk il-prodotti ma jkunux viżibbli minn barra, il-kuluri, il-varjetajiet u t-tipi kummerċjali u l-kwantità ta' kull pakkett iridu jkunu indikati.
–Isem il-varjetà (fakultattiv).
C.
L-oriġini tal-prodott
Il-pajjiż tal-oriġini u, b'mod fakultattiv, id-distrett fejn ikun tkabbar, jew isem il-post nazzjonali, reġjonali jew lokali.
Fil-każ ta’ taħlita ta’ lwien, varjetajiet u/jew tipi kummerċjali distintament differenti ta’ tadam minn oriġini differenti, l-indikazzjoni ta’ kull pajjiż tal-oriġini għandha tidher biswit l-isem tal-kulur, il-varjetà u/jew it-tip kummerċjali inkwistjoni.
D.
Speċifikazzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni
–Klassi.
–Daqs (jekk mogħti) espress bħala
–dijametri minimi u massimi; jew
–piż minimu u massimu; jew
–kodiċi tad-daqs kif speċifikat f’Taqsima III; jew
–l-għadd segwit mid-daqsijiet minimi u massimi.
E.
Marka ta’ kontroll uffiċjali (fakultattiva)
Il-pakketti ma għandhomx għalfejn ikollhom id-dettalji msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-punt IV, meta jkun fihom pakketti għall-bejgħ li jidhru b’mod ċar minn barra u kollha jkun fihom dawn id-dettalji. Dawn il-pakketti għandhom ikunu ħielsa minn kwalunkwe indikazzjoni li tista' tqarraq. Meta dawn il-pakketti jkunu fuq pelits, id-dettalji għandhom jingħataw f'avviż li jitpoġġa f'pożizzjoni li tidher fuq tal-anqas żewġ naħat tal-pelit.
PARTI 11: STANDARDS TAL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI TAL-BANANA
I.
DEFINIZZJONI TAL-PRODOTTI
Dan l-istandard japplika għal banana tal-varjetajiet (kultivari) Musa spp., kif ukoll ibridi tagħhom, intiżi li jiġu fornuti friski lill-konsumatur, wara preparazzjoni u imballaġġ, fl-istadji definiti fl-Artikolu 4(2). Il-banana intiża għat-tisjir biss (plantains) jew għall-ipproċessar industrijali hija eskluża. Il-varjetajiet koperti minn dan l-istandard huma inklużi fl-Appendiċi.
II.
DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-KWALITÀ
Dan l-istandard jiddefinixxi r-rekwiżiti ta’ kwalità li għandhom jintlaħqu mill-banana kif definita fit-taqsima I.
A.
Rekwiżiti minimi
Fil-klassijiet kollha, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet speċjali ta’ kull klassi u għat-tolleranzi permissibli, il-bananas iridu jkunu:
–ħodor u mhux misjurin,
–intatti,
–sodi,
–f'kundizzjoni tajba, il-prodotti li qed jitħassru jew jiddeterjoraw b'mod li ma jibqgħux tajbin għall-konsum għandhom jiġu esklużi,
–nodfa, prattikament ħielsa minn kwalunkwe materjal barrani viżibbli,
–jidhru friski,
–prattikament ħielsa mill-pesti,
–prattikament ħielsa minn ħsara kkawżata mill-pesti,
–biz-zokk intatt, mingħajr liwi, ħsara mill-fungali jew dessikazzjoni,
–bil-pistilli mneħħijja,
–ħielsa minn malformazzjoni jew kurvatura annormali tal-mazz,
–prattikament ħielsa mill-brix,
–pratikament ħielsa minn danni minħabba temperaturi baxxi,
–ħielsa minn umdità annormali esterna,
–ħielsa minn ħsara kkawżata mill-pesti li taffettwa l-laħam,
–ħielsa minn kull tip ta’ riħa u/jew togħma barranija.
B'żieda ma dan, il-mazzi u l-għenieqed (partijiet mill-mazzi) iridu jinkludu:
–porzjon suffiċjenti tal-kulur normali tal-qoxra, b'saħitha u ħielsa minn kontaminazzjoni fungali,
–qoxra maqtugħa pulita, li mhijiex taqta' jew imqatta bl-ebda fragmenti taz-zokk.
L-iżvilupp fiżiku u s-sejran tal-banana irid tkun tali li tagħmilhom kapaċi:
–jifilħu għat-trasport u l-immaniġġar, u
–li jaslu f'kondizzjoni sodisfaċenti fil-post tad-destinazzjoni biex jilħqu livell xieraq ta’ maturità wara li jsiru.
B.
Klassifikazzjoni
Il-bananas huma kklassifikati fi tlett klassijiet iddefiniti kif ġej:
(i)
Klassi "Extra"
Banana f'din il-klassi jridu jkunu ta’ kwalità superjuri. Huma jridu jkollhom il-karattteristika tipika tal-varjetà u/jew tat-tip kummerċjali.
Il-mazz irid ikun ħieles minn difetti, apparti minn xi ftit tħassir superfiċjali li ma jagħttux it-total ta’ aktar minn 1 cm² tal-wiċċ tal-frotta, liema ma jħassarx l-apparenza ġererali tal-mazz jew ta’ l-għanqud, il-kwalità tiegħu, iż-żamma tiegħu jew il-preservazzjoni tal-pakkett.
(ii)
Klassi I
Banana f'din il-klassi jridu jkunu ta’ kwalità tajba. Għandhom juru l-karattteristiċi tipiċi tal-varjetà u/jew tat-tip kummerċjali.
B'danakollu, id-difetti żgħar tal-mazzi li ġejjin huma permissibbli, dejjem jekk ma jfixklux l-apparenza ġenerali ta’ kull mazz jew għanqud, il-kwalità tiegħu, iż-żamma tiegħu jew il-preżentazzjoni tal-pakkett:
–difetti ħfief fil-forma,
–diffetti żgħar tal-qoxra minħabba l-ħakk jew tħassir żgħir superfiċjali ieħor li ma jiksix it-total ta’ iżjed minn 2 cm² tal-wiċċ tal-frotta.
Taħt l-ebda ċirkustanzi diffetti żgħar ma jistgħu jaffettwaw il-qalba tal-frotta.
(iii)
Klassi II
Din il-klassi tkompri l-bananas li ma jikkwalifikax għall-inklużjoni fil-klassijiet ogħla, iżda li jissodisfa r-rekwiżiti minimi msemmija fil-punt A.
Id-diffetti li ġejjin tal-mazzi huma permissibbli, dejjem jekk il-banana żżommu il-karattteristiċi essenzjali tagħhom fir-rigward tal-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni:
–difetti fil-forma,
–id-diffetti tal-qoxra minħabba brix, ħakk jew kawżi oħrajn, dejjem jekk il-parti totali affetwata ma tkoprix iżjed minn 4 cm² tal-wiċċ tal-frotta.
Taħt l-ebda ċirkustanzi ma jistgħu d-diffetti jaffetwaw il-qalba tal-frotta.
III.
DISPOŻIZZJONIJIET DWAR ID-DAQS
Għall-finijiet tad-determinazzjoni tad-daqs tal-bananas tas-sottogruppi Gros Michel u Cavendish:
–it-tul tal-mazzi jiġi ddeterminat tul il-kurva esterna minn tarf il-blanzun tal-bai tal-pediċella fejn tispiċċa l-polpa li tittiekel u d-djametru huwa definit bħala ħxunet is-sezzjoni trasversa bejn l-uċuħ laterali.
–il-grad, i.e. il-kejl, f'millimetri, tal-ħxuna tal-biċċa tranversali tal-frotta bejn l-uċuh laterali u n-nofs, perpendikulari ma’ l-assi lonġitudinali.
Il-frotta ta’ referenza għall-kejl tat-tul u l-grad hija:
–il-frotta tan-nofs mill-filliera ta’ barra tal-mazz.
–il-frotta segwenti għall-qata' sezzjonali tal-mazz, fuq il-filliera ta’ barra tal-għanqud.
It-tul minimu permissibli hu 14-il cm u l-grad minimu permissibli hu 27 mm.
Bħala eċċezzjoni mit-tielet paragrafu, il-bananas tas-sottogruppi Gros Michel u Cavendish prodotti Madejra, l-Azores, l-Algarve, il-Gżejjer Kanarji, Kreta, Lakonja u Ċipru li huma anqas minn 14 cm f’tul jistgħu jiġu kkummerċjalizzati fl-Unjoni.
Id-dispożizzjonijiet rigward id-determinazzjoni tad-daqs ma japplikawx għall-banana tina.
IV.
DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IT-TOLLERANZI
Tolleranzi fir-rigward tal-kwalità u d-daqs huma permissibbli f'kull pakkett fir-rigward tal-prodott li ma jissodisfax il-ħtiġiet tal-klassi indikata.
A.
Tolleranzi għall-kwalità
(i)
Klassi "Extra"
5 % bin-numru jew piż tal-banana li ma jissodisfawx il-ħtiġiet tal-klassi “extra” imma li jilħqu dawk għall-Klassi I, jew, eċċezzjonalment, li jkunu fit-tolleranzi għal dik il-klassi.
(ii)
Klassi I
10 % bin-numru jew bil-piż tal-banana li ma jissodifawx il-ħtiġiet tal-Klassi I imma jilħqu dawk għal Klassi II, jew, eċċezzjonalment, ikunu fit-tolleranzi ta’ dik il-klassi.
(iii)
Klassi II
10 % bin-numru jew bil-piż tal-banana li ma jissodisfawx la l-ħtiġiet għall-Klassi II u lanqas il-ħtiġiet minimi, ħlief bl-eċċezzjoni tal-prodott affetwat bl-immuffar jew kwalunkwe deterjorazzjoni oħra li tagħmlu mhux tajjeb għall-konsum.
B.
Tolleranzi għad-daqs
Fil-każijiet tal-klassijiet kollha, 10 % skont l-għadd ta’ bananas tas-sottogruppi Gros Michel u Cavendish li ma jissodisfawx il-karatteristiċi tad-daqs, sa limit ta’ 1 cm fil-każ tat-tul minimu ta’ 14 cm għajr għall-bananas prodotti Madejra, l-Azores, l-Algarve, il-Gżejjer Kanarji, Kreta, Lakonja u Ċipru.
V.
DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-PREŻENTAZZJONI
A.
Uniformità
Il-kontenut ta’ kull pakkett irid ikun uniformi u konsistenti esklussivament għall-banana ta’ l-istess oriġini, tal-varjetà u/jew it-tip kummerċjali, u l-kwalità.
Il-parti li tidher tal-kontenut ta' kull pakkett għandha tkun rappreżentattiva tal-kontenut kollu.
B.
Imballaġġ
Il-banana jridu jkunu ippakjati b'tali mod li jipproteġu l-prodott tajjeb.
Il-materjal użat ġewwa l-pakkett irid ikun ġdid, nadif u ta’ natura tali li tevita li tikkawżalu kwalunkwe deterjorazzjoni esterna jew interna tal-prodott. L-użu tal-materjal bħal ma hu, b'mod partikolari, karti tal-kisi u tikketti li jeħlu li jkollhom l-indikazzjonijiet kummerċjali hu permissibbli basta li l-istampar u l-ittikettjar ikun magħmul bl-inka jew kolla li mhijiex tossika.
Il-pakketti ma jridx ikun fihom materjal estranju ieħor.
C.
Preżentazzjoni
Il-banana tista’ tiġi ppreżentata f’mazez jew partijiet minn mazez jew bħala frottiet waħdanin.
Iz-zokk ma jkunx imqatta’ imma maqtugħ bil-galbu.
Fir-reġjuni tal-produzzjoni, banana jistgħu jkunu mibjugħa biz-zokk.
VI.
DISPOŻIZZJONIJIET DWAR L-IMMARKAR
Kull pakkett irid ikollu l-partikularitajiet li ġejjin bil-kitba, kollha fuq l-istess naħa, leġibli u mmarkati hekk li ma jitħassarx u viżibli minn barra:
A.
Identifikazzjoni
L-isem u l-indirizz jew marka konvenzjonali rikonoxxuta jew maħruġa uffiċjalment tal-imballatur u/jew l-ispedent.
B.
Natura tal-prodott
–Il-kelma “Banana” meta il-kontenuti ma’ humiex viżibbli minn barra,
–isem il-varjetà jew it-tip kummerċjali.
C.
L-oriġini tal-prodott
C. L-Oriġini tal-prodott
–żona tal-produzzjoni,
–(b'għażla) nazzjonali, reġjonali jew l-isem lokali.
D.
Speċifikazzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni
–Klassi,
–piż nett,
–daqs, espress bħala tul minimu u, b'għażla, bħala tul massimu.
E.
Marka ta’ kontroll uffiċjali (fakultattiva)
Appendiċi
Lista ta’ gruppi ewlenin, sotto-gruppi u kultivari ta’ banana bħala diżerta mibjugħa fil-Unjoni
|
Gruppi
|
Subgruppi
|
Kultivar ewlieni
(lista mhix eżawrenti)
|
|
AA
|
Bajtar ħelu
|
Bajtar ħelu, Pisang Mas, Amas Datil, Bocadillo
|
|
AB
|
Ney-Poovan
|
Ney Poovan, Safet Velchi
|
|
AAA
|
Cavendish
|
Cavendish Nanu
|
|
|
|
Cavendish Ġigantesk
|
|
|
|
Lacatan
|
|
|
|
Poyo (Robusta)
|
|
|
|
Williams
|
|
|
|
Americani
|
|
|
|
Valery
|
|
|
|
Arvis
|
|
|
Gros Michel
|
Gros Michel (“Big Mike”)
|
|
|
|
Highgate
|
|
|
Ibridi
|
Flhorban 920
|
|
|
Pink Fig
|
Figue Rose
|
|
|
|
Figue Rose Verte
|
|
|
Ibota
|
|
|
AAB
|
Fig apple
|
Fig apple, Silk
|
|
|
Pome (Prata)
|
Pacovan
|
|
|
|
Prata Ana
|
|
|
Mysore
|
Mysore, Pisang Ceylan, Gorolo
|
ANNESS II
Tabella ta’ korrelazzjoni msemmija fl-Artikolu 10
|
Ir-Regolament (UE) Nru 543/2011
|
Ir-Regolament (UE) Nru 1333/2011
|
Dan ir-Regolament
|
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/xxxx [OP: jekk jogħġbok niżżel in-numru ta’ C(2023) 5449]
|
|
L-Artikolu 1
|
-
|
L-Artikolu 1
|
L-Artikolu 1
|
|
L-Artikolu 2
|
-
|
-
|
-
|
|
L-Artikolu 3(1) u (3)
|
-
|
L-Artikolu 2
|
-
|
|
Artikolu 3(2)
|
|
L-Artikolu 4
|
|
|
L-Artikolu 4
|
-
|
L-Artikolu 5
|
-
|
|
L-Artikolu 5
|
-
|
L-Artikolu 6
|
-
|
|
L-Artikolu 6
|
-
|
L-Artikolu 7
|
-
|
|
L-Artikolu 7
|
-
|
L-Artikolu 8
|
-
|
|
L-Artikolu 8
|
-
|
-
|
-
|
|
L-Artikolu 9
|
-
|
-
|
L-Artikolu 2
|
|
L-Artikolu 10
|
-
|
-
|
L-Artikolu 3
|
|
L-Artikolu 11
|
-
|
-
|
L-Artikolu 5
|
|
L-Artikolu 12
|
-
|
-
|
L-Artikolu 4
|
|
L-Artikolu 13
|
-
|
-
|
L-Artikolu 6
|
|
L-Artikolu 14
|
-
|
-
|
L-Artikolu 7
|
|
L-Artikolu 15
|
-
|
L-Artikolu 9
|
L-Artikolu 8
|
|
L-Artikolu 16
|
-
|
-
|
L-Artikolu 9
|
|
L-Artikolu 17
|
-
|
-
|
L-Artikolu 10
|
|
L-Artikolu 18
|
-
|
-
|
L-Artikolu 11
|
|
Artikoli minn 19 sa 151
|
-
|
-
|
-
|
|
-
|
L-Artikolu 1
|
L-Artikolu 4(1)
|
-
|
|
-
|
L-Artikolu 2
|
L-Artikolu 4(2)
|
-
|
|
-
|
L-Artikolu 3
|
-
|
-
|
|
-
|
L-Artikolu 4
|
-
|
-
|
|
-
|
L-Artikolu 5
|
-
|
-
|
|
-
|
L-Artikolu 6
|
-
|
L-Artikolu 10
|
|
-
|
L-Artikolu 7
|
-
|
-
|
|
-
|
L-Artikolu 8
|
-
|
L-Artikolu 5
|
|
-
|
L-Artikolu 9
|
-
|
L-Artikolu 4
|
|
-
|
L-Artikolu 10
|
-
|
-
|
|
-
|
L-Artikolu 11
|
-
|
-
|
|
-
|
L-Artikolu 12
|
-
|
-
|
|
-
|
L-Artikolu 13
|
-
|
-
|
|
L-Anness I
|
-
|
L-Annes I, Partijiet A u B, Partijiet min 1 sa 10
|
|
|
L-Anness II
|
-
|
-
|
L-Anness I
|
|
L-Anness III
|
-
|
-
|
L-Anness III
|
|
L-Anness IV
|
|
-
|
L-Anness IV
|
|
L-Anness V
|
|
-
|
L-Anness V
|
|
L-Anness sal-Anness XX
|
-
|
-
|
-
|
|
-
|
L-Anness I
|
L-Anness I, Parti B, Parti 11
|
-
|
|
-
|
L-Anness II
|
-
|
L-Anness III
|
|
-
|
L-Anness III
|
-
|
L-Anness II
|
|
-
|
L-Anness IV
|
L-Appendiċi sal-Anness I, Parti B, Parti 11
|
|
|
-
|
L-Anness V
|
-
|
-
|
|
-
|
L-Anness VI
|
-
|
-
|