ANNESS I
Definizzjonijiet applikabbli għall-Annessi
(1)“valuri dikjarati” tfisser il-valuri mogħtija mill-fornitur għall-parametri tekniċi dikjarati, ikkalkolati jew imkejla fid-dokumentazzjoni teknika, f’konformita mal-Artikolu 3(3) tar-Regolament (UE) 2017/1369 u f’konformità mal-Artikolu 3(1), il-punt (d), u mal-Anness VI ta’ dan ir-Regolament, għall-verifika tal-konformità mill-awtoritajiet tal-Istati Membri.
(2)“durabbiltà tal-batterija għal kull ċiklu” tfisser il-ħin operatorju ta’ smartphone jew slate tablet waqt xenarju ta’ ttestjar definit b’batterija inizjalment iċċarġjata għalkollox, qabel ma l-apparat jintefa awtomatikament minħabba batterija skarikata, espressa f’sigħat (h);
(3)“kapaċità nominali” tfisser l-ammont ta’ elettriku dikjarat mill-manifattur li batterija tista’ twassal tul perjodu ta’ ħames (5) sigħat meta mkejjel f’kundizzjonijiet speċifiċi, espressa f’sigħat milliamperi (mAh);
(4)“kapaċità pendenti” ta’ batterija tfisser il-kapaċità meta l-batterija żżomm prestazzjoni massima normali u mkejla meta mqabbla mal-kapaċità ta’ prodott ġdid;
(5)“durabbiltà tal-batterija f’ċikli” tfisser l-għadd ta’ ċikli ta’ ċarġ/disċarġ li batterija tiflaħ sakemm il-kapaċità elettrika użabbli tagħha tilħaq it-80% tal-kapaċità nominali tagħha, espressa f’ċikli;
(6)“ENDapparat [h]” tfisser id-durabbiltà tal-batterija għal kull ċiklu kkalkolata bħala valur ponderat abbażi tad-durabbiltà mkejla għal funzjonijiet definiti, inkluż l-istandby, espressa f’sigħat;
(7)“C” tfisser kejl tar-rata taċ-ċarġ ta’ batterija meta mqabbla mal-kapaċità tagħha, definita bħala l-kurrent taċ-ċarġ diviż bil-kapaċità, espressa f’1/h;
(8)“vultaġġ nominali” tfisser il-vultaġġ ta’ batterija mkejjel fil-punt nofsani bejn ċarġ sħiħ u disċarġ sħiħ abbażi ta’ rata ta’ disċarġ ta’ 0.2C;
(9)“vultaġġ finali għat-test tad-durabbiltà tal-batterija f’ċikli” tfisser il-vultaġġ speċifikat taċ-ċirkwit magħluq li fih l-iskariku ta’ batterija jitwaqqaf, matul it-test;
(10)“indiċi tal-effiċjenza enerġetika” tfisser il-proporzjon bejn id-durabbiltà tal-batterija għal kull ċiklu (ENDapparat) u l-vultaġġ nominali tal-batterija mmultiplikat bil-kapaċità nominali tal-batterija;
(11)“klassifikazzjoni tal-protezzjoni mill-ingress” tfisser il-firxa ta’ protezzjoni mogħtija minn qafas kontra l-ingress ta’ oġġetti solidi barranin u/jew kontra l-ingress tal-ilma, imkejla b’metodi tal-ittestjar standardizzati u espressa b’sistema tal-kodifikazzjoni li tindika l-grad ta’ din il-protezzjoni;
(12)“stat estiż għalkollox” tfisser stat tal-apparat li bih il-partijiet li jiċċaqilqu kif maħsuba għall-użu, bħall-iskrins u t-tastieri, jinfetħu jew jiġu estiżi b’mod simili b’tali mod li tiġi massimizzata l-erja projettata tat-tul immultiplikata bil-wisa’;
(13)“garanzija” tfisser impenn minn bejjiegħ bl-imnut jew minn fornitur li jagħmel xi waħda minn dawn li ġejjin:
(a)irodd lura l-prezz imħallas;
(b)jibdel, isewwi jew jimmaniġġja l-ismartphone jew l-islate tablet meta ma jkunx jissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet stipulati fid-dikjarazzjoni tal-garanzija jew fir-reklamar rilevanti;
(14)“spare part” tfisser parti separata li tista’ tieħu post xi parti bl-istess funzjoni jew funzjoni simili fi smartphone jew fi slate tablet. Il-funzjonalità tal-ismartphone jew tal-islate tablet titreġġa’ lura jew tiġi aġġornata meta l-parti tinbidel bi spare part. L-ispare parts jistgħu jkunu parts użati;
(15)“żarmar” tfisser proċess biex prodott jiġi separat f’partijiet u/jew komponenti b’tali mod li mbagħad ikun jista’ jerġa’ jintrama u jitħaddem;
(16)“element tal-irbit” tfisser apparat tal-hardware jew sustanza li jgħaqqdu jew iwaħħlu b’mod mekkaniku, manjetiku jew mod ieħor żewġ oġġetti, partijiet jew biċċiet, jew aktar. Anki l-apparat tal-hardware li jaqdi wkoll funzjoni elettrika għandu jitqies bħala element tal-irbit;
(17)“element tal-irbit riużabbli” tfisser element tal-irbit li jista’ jerġa’ jintuża kompletament fl-armar mill-ġdid bl-istess skop u li ma jagħmilx ħsara lill-prodott jew lill-element tal-irbit innifsu waqt iż-żarmar jew tal-armar mill-ġdid b’mod li l-użu mill-ġdid multiplu tiegħu jsir impossibbli;
(18)“element tal-irbit rifornut” tfisser element tal-irbit li jista’ jitneħħa u li jiġi fornut mingħajr kost addizzjonali mal-ispare part li jkun maħsub li jaqbad jew isewwi; L-adeżivi għandhom jitqiesu bħala elementi tal-irbit rifornuti meta jiġu fornuti mal-ispare part bi kwantità li tkun biżżejjed għall-armar mill-ġdid, mingħajr kost addizzjonali;
(19)“element tal-irbit li jista’ jitneħħa” tfisser element tal-irbit li mhux element tal-irbit riużabbli, iżda li t-tneħħija tiegħu ma tagħmilx ħsara lill-prodott, jew tħalli xi residwu, li ma jkunux jippermettu l-armar mill-ġdid.
(20)“pass” tfisser operazzjoni li tintemm bit-tneħħija ta’ parti (jew sett ta’ partijiet) jew b’bidla ta’ għodda; kull tqegħid ta’ xi parti ’l bogħod mill-post inizjali tagħha, anke jekk dan ikun jinvolvi skonnessjoni parzjali jew tneħħija ta’ plakek, għandu jitqies ukoll bħala tneħħija;
(21)“aġġornament tas-sigurtà” tfisser aġġornament ta’ sistema operatorja, inkluż software korrettiv tas-sigurtà, jekk ikun rilevanti għal apparat partikolari, bil-għan prinċipali li jipprovdi sigurtà mtejba lill-apparat;
(22)“aġġornamenti korrettivi” tfisser aġġornamenti tas-sistema operatorja, inkluż biċċiet korrettivi, biex jissewwew bugs, erruri jew malfunzjonijiet fis-sistema operatorja;
(23)“aġġornament tal-funzjonalità” tfisser aġġornament ta’ sistema operatorja bil-għan prinċipali li jimplimenta funzjonalitajiet ġodda;
(24)“batterija” tfisser parti li tikkonsisti minn ċellola waħda jew aktar tal-batteriji, inkluż, kif rilevanti għall-mudell tal-prodott, ċirkwiterija elettronika b’sensuri relatati mal-batteriji għall-ġestjoni tal-batteriji, qafas/oqfsa, trej tal-batterija, brakits, ilqugħ, materjali tal-interfaċċa termali, u konnessjonijiet elettriċi ma’ assemblaġġi oħra tal-apparat;
(25)“għatu ta’ wara” jew “assemblaġġ tal-għatu ta’ wara” tfisser il-qafas ewlieni ta’ wara, inkluż wieħed jew aktar mill-elementi li ġejjin, kif rilevanti għall-mudell tal-prodott: il-qafas, saff li jgħatti n-naħa ta’ wara mwaħħal mal-qafas tal-għatu ewlieni ta’ wara, l-għata tal-lenti tal-kamera li tħares lura, antenni stampati, brekits, tarki, gaskits, konnessjonijiet elettriċi ma’ assemblaġġi oħra tal-apparat, u materjali tal-interfaċċa termali;
(26)“mikrofonu awżiljarju” tfisser mikrofonu li mhux essenzjali għas-sinjali tal-vuċi tal-utent, iżda li jipprovdi funzjonijiet sekondarji, bħal, iżda mhux limitati għal, tnaqqis tal-ħsejjes ambjentali;
(27)“assemblaġġ tal-kamera ta’ quddiem” tfisser parti li tikkonsisti minn kamera waħda jew aktar orjentati lejn l-utent tal-apparat, inkluż kif rilevanti għall-mudell tal-prodott:
(a)il-komponenti tal-kamera u s-sensuri relatati;
(b)il-komponenti tal-flash;
(c)il-komponenti ottiċi;
(d)il-komponenti mekkaniċi meħtieġa għal funzjonijiet bħall-istabbilizzazzjoni u l-fokus tal-immaġni;
(e)il-qafas/oqfsa tal-modulu;
(f)il-brakits;
(g)l-ilqugħ;
(h)id-dwal tas-sinjali;
(i)il-mikrofoni awżiljarji;
(j)il-konnessjonijiet elettriċi ma’ assemblaġġi oħra tal-apparat;
(28)“assemblaġġ tal-kamera ta’ wara” tfisser parti li tikkonsisti minn kamera waħda jew aktar orjentati lejn in-naħa ta’ wara tal-apparat, inkluż, kif rilevanti għall-mudell tal-prodott:
(a)il-komponenti tal-kamera u s-sensuri relatati;
(b)il-komponenti tal-flash;
(c)il-komponenti ottiċi;
(d)il-komponenti mekkaniċi meħtieġa għal funzjonijiet bħall-istabbilizzazzjoni u l-fokus tal-immaġni;
(e)il-qafas/oqfsa tal-modulu;
(f)il-brakits;
(g)l-ilqugħ;
(h)il-mikrofoni awżiljarji;
(i)il-konnessjonijiet elettriċi ma’ assemblaġġi oħra tal-apparat;
(29)“konnettur tal-awdjo estern” tfisser konnettur biex is-sinjali tal-awdjo jiġu konnessi ma’ kuffji jew ma’ loudspeakers esterni jew ma’ apparat tal-awdjo simili, inkluż, kif rilevanti għall-mudell tal-prodott, brakits, gaskets u konnessjonijiet elettriċi ma’ assemblaġġi oħra tal-apparat;
(30)“port estern tal-iċċarġjar” tfisser port għall-iċċarġjar bil-fili tal-batterija, possibbilment jintuża wkoll għall-iskambju tad-data u għall-iċċarġjar rivers ta’ apparat ieħor, li hu magħmul minn reċipjent tal-USB-C u minn qafas relatat u, kif rilevanti għall-mudell tal-prodott, jinkludi brakits, gaskets u konnessjonijiet elettriċi ma’ assemblaġġi oħra tal-apparat;
(31)“buttuna mekkanika” tfisser swiċċ mekkaniku jew assemblaġġ ta’ swiċċijiet mekkaniċi li jistgħu jingħafsu jew buttuna li tiżżerżaq li tista’ tiġi mċaqilqa mekkanikament biex jinxtegħlu jew jintfew xi funzjonijiet bħall-volum, il-kamera, jew l-apparat u, kif rilevanti għall-mudell tal-prodott, jinkludi brakits, gaskets u konnessjonijiet elettriċi għal assemblaġġi oħra tal-apparat;
(32)“mikrofonu/i prinċipali” tfisser il-mikrofonu/i maħsuba għas-sinjali tal-vuċi tal-utent inkluż, kif rilevanti għall-mudell tal-prodott, gaskets u konnessjonijiet elettriċi għal assemblaġġi oħra tal-apparat;
(33)“speaker” tfisser il-loudspeakers u l-partijiet mekkaniċi kollha li jiġġeneraw il-ħoss inkluż, kif rilevanti għall-mudell tal-prodott, oqfsa tal-modulu, gaskets u konnessjonijiet elettriċi għal assemblaġġi oħra tal-apparat;
(34)“assemblaġġ taċ-ċappetti” tfisser part li biha apparat ikun jista’ jintewa u jibqa’ jżomm l-integrità operazzjonali tiegħu inkluż, meta rilevanti, l-oqfsa tal-moduli;
(35)“mekkaniżmu mekkaniku għat-tiwi tal-iskrin” tfisser part li biha apparat, inkluż l-iskrin tiegħu, ikun jista’ jintewa u jibqa’ jżomm l-integrità operazzjonali tiegħu;
(36)“ċarġer” tfisser provvista tal-enerġija esterna li tiċċarġja l-batterija ta’ telefown ċellulari, ta’ telefown bla fili jew ta’ slate tablet bil-batterija, jew li tipprovdihom l-enerġija elettrika.
(37)“assemblaġġ tal-iskrin” tfisser l-assemblaġġ ta’ unità tal-iskrin u, meta rilevanti, ta’ unità ta’ pannell diġitalizzatur ta’ quddiem inkluż, kif rilevanti għall-mudell tal-prodott:
(a)il-pjanċa ta’ wara;
(b)l-ilqugħ;
(c)il-qafas tal-iskrin;
(d)l-unitajiet tar-retroluminazzjoni;
(e)iċ-ċirkwiterija elettronika inkluż:
(i)id-driver tal-iskrin, għajr il-funzjonalità prinċipali tal-unità tal-ipproċessar tal-grafika;
(ii)il-kontrolluri tar-ringieli u tal-kolonni;
(iii)is-sistema taċ-ċirkwiterija tas-sinjali tal-kuntatt;
(iv)konnessjonijiet elettriċi ma’ assemblaġġi oħra tal-apparat;
(38)“sewwej professjonali” tfisser operatur jew impriża li twettaq tiswija u manutenzjoni professjonali ta’ smartphones jew slate tablets, bħala servizz jew bil-ħsieb ta’ bejgħ mill-ġdid sussegwenti tal-apparat imsewwi;
(39)“informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni” tfisser l-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni mill-Anness II, il-punt B 1.1 (2)e tar-Regolament (UE) 2023/XXXX [OP: please insert the number of C(2023) 3538], għall-ismartphones, u mill-Anness II, il-punt D 1.1 (2)e tar-Regolament (UE) 2023/XXXX [OP: please insert the number of C(2023) 3538], għall-islate tablets, li l-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati jeħtieġ jipprovdu aċċess għaliha b’rabta mal-prodott rilevanti;
(40)“data tat-tqegħid fis-suq” tfisser id-data tat-tqegħid fis-suq tal-ewwel unità ta’ mudell tal-prodott;
(41)“data ta’ tmiem it-tqegħid fis-suq” tfisser id-data tat-tqegħid fis-suq tal-aħħar unità ta’ mudell tal-prodott;
(42)“għodda proprjetarja” tfisser għodda li mhix disponibbli għax-xiri mill-pubbliku ġenerali jew li għaliha mhi disponibbli l-ebda privattiva applikabbli għal liċenzja b’termini ġusti, raġonevoli u nondiskriminatorji;
(43)“għodod bażiċi” tfisser tornavit ċatt, tornavit stilla, tornavit torx, allen key, combination spanner, tnaljetta kkombinata, tnaljetta kkombinata għat-tqaxxir tal-wajers u l-konnessjoni terminali, tnaljetta nofs tond, cutters dijagonali, tnaljetta multigrip, locking pliers, liver, pinzetta, lenti, spudger u pick;
(44)“għodda disponibbli kummerċjalment” tfisser għodda disponibbli għax-xiri mill-pubbliku ġenerali, u la hija għodda bażika u lanqas għodda proprjetarja;
(45)“għatu protettiv separat” tfisser għatu protettiv li jista’ jiġi fornut ma’ smartphone jew ma’ slate tablet, iżda li mhux parti meħtieġa tal-qafas u ma jitqiesx parti integrali tal-prodott.
ANNESS II
Il-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika
A. Il-klassi tal-effiċjenza enerġetika ta’ smartphone jew ta’ slate tablet għandha tiġi determinata abbażi tal-Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika (EEI) tagħha kif stipulat fit-Tabella 1 għall-ismartphones u fit-Tabella 2 għall-islate tablets. L-Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika (EEI) ta’ smartphone jew ta’ slate tablet għandu jiġi determinat f’konformità mal-Anness IV, il-punt 1.
|
Tabella 1: Klassijiet tal-effiċjenza enerġetika tal-ismartphones
|
|
Klassi tal-Effiċjenza Enerġetika
|
Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika (EEI)
|
|
A (l-aktar effiċjenti)
|
EEI > 2.70
|
|
B
|
2.30 < EEI ≤ 2.70
|
|
C
|
1.95 < EEI ≤ 2.30
|
|
D
|
1.66 < EEI ≤ 1.95
|
|
E
|
1.41 < EEI ≤ 1.66
|
|
F
|
1.20 < EEI ≤ 1.41
|
|
G (l-inqas effiċjenti)
|
EEI ≤ 1.20
|
|
Tabella 2: Klassijiet tal-effiċjenza enerġetika tal-islate tablets
|
|
Klassi tal-Effiċjenza Enerġetika
|
Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika (EEI)
|
|
A (l-aktar effiċjenti)
|
EEI > 7.90
|
|
B
|
6.32 < EEI ≤ 7.90
|
|
C
|
5.06 < EEI ≤ 6.32
|
|
D
|
4.04 < EEI ≤ 5.06
|
|
E
|
3.24 < EEI ≤ 4.04
|
|
F
|
2.59 < EEI ≤ 3.24
|
|
G (l-inqas effiċjenti)
|
EEI ≤ 2.59
|
B. Il-klassi tal-affidabbiltà wara waqgħat ripetuti ta’ smartphone jew ta’ slate tablet għandha tiġi determinata abbażi tal-għadd ta’ waqgħat mingħajr difett kif stabbilit fit-Tabella 3. L-għadd ta’ waqgħat mingħajr difett għandu jiġi determinat f’konformità mal-Anness IV, il-punt 4.
Tabella 3: Klassijiet tal-affidabbiltà wara waqgħat liberi ripetuti ta’ smartphones u ta’ slate tablets
|
|
Waqgħat mingħajr difett
|
|
Klassi tal-Affidabbiltà wara waqgħat liberi ripetuti
|
Smartphone li ma jintewiex
|
Slate tablet li ma tintewiex
|
Smartphone li jintewa
|
Slate tablet li tintewa
|
|
A (l-aktar sod)
|
n ≥ 270
|
n ≥ 208
|
n ≥ 210 (fi stat mhux estiż) u n ≥ 45 (fi stat estiż għalkollox)
|
n ≥ 182 (fi stat mhux estiż) u n ≥ 20 (fi stat estiż għalkollox)
|
|
B
|
180 ≤ n < 270
|
156 ≤ n < 208
|
140 ≤ n < 210 (fi stat mhux estiż) u 35 ≤ n < 45 (fi stat estiż għalkollox)
|
130 ≤ n < 182 (fi stat mhux estiż) u 15 ≤ n < 20 (fi stat estiż għalkollox)
|
|
C
|
90 ≤ n < 180
|
104 ≤ n < 156
|
70 ≤ n < 140 (fi stat mhux estiż) u 25 ≤ n < 35 (fi stat estiż għalkollox)
|
78 ≤ n < 130 (fi stat mhux estiż) u 10 ≤ n < 15 (fi stat estiż għalkollox)
|
|
D
|
45 ≤ n < 90
|
52 ≤ n < 104
|
35 ≤ n < 70 (fi stat mhux estiż) u 15 ≤ n < 25 (fi stat estiż għalkollox)
|
52 ≤ n < 78 (fi stat mhux estiż) u 5 ≤ n < 10 (fi stat estiż għalkollox)
|
|
E (l-inqas sod)
|
-
|
n < 52
|
-
|
n < 52 (fi stat mhux estiż) u n < 5 (fi stat estiż għalkollox)
|
C. Il-klassi tar-riparabbiltà ta’ smartphone jew ta’ slate tablet għandha tiġi determinata abbażi tal-indiċi tar-riparabbiltà kif stabbilit fit-Tabella 4. L-indiċi tar-riparabbiltà għandu jiġi determinat f’konformità mal-Anness IV, il-punt 5.
Tabella 4: Klassijiet tar-riparabbiltà tal-ismartphones u tal-islate tablets
|
Klassi tar-Riparabbiltà
|
Indiċi tar-Riparabbiltà (R)
|
|
A (l-aktar riparabbli)
|
R ≥ 4,00
|
|
B
|
4,00 > R ≥ 3,35
|
|
C
|
3,35 > R ≥ 2,55
|
|
D
|
2,55 > R ≥ 1,75
|
|
E (l-inqas riparabbli)
|
1,75 > R ≥ 1,00
|
ANNESS III
Tikketta tal-ismartphones u l-islate tablets
1.TIKKETTA TAL-ISMARTPHONES U L-ISLATE TABLETS
Tikketta:
[OP: Please add the reference of this Regulation (EU) 2023/XXXX in the bottom right corner of the label (instead of 2019/2017) or get back to us in case of problem.]
L-informazzjoni li ġejja għandha titniżżel fit-tikketta tal-ismartphones u l-islate tablets:
(I)Kodiċi QR;
(II)it-trademark;
(III)l-identifikatur tal-mudell tal-fornitur;
(IV)l-iskala tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika minn A sa G;
(V)il-klassi tal-effiċjenza enerġetika determinata f’konformità mal-Anness II;
(VI)id-durabbiltà tal-batterija għal kull ċiklu (ENDapparat), f’sigħat u minuti għal kull ċarġ sħiħ tal-batterija, f’konformità mal-Anness IV, il-punt 1;
(VII)il-klassi tal-affidabbiltà wara waqgħat liberi ripetuti determinata f’konformità mal-Anness II;
(VIII)il-klassi tar-riparabbiltà determinata skont l-Anness II;
(IX)id-durabbiltà tal-batterija f’ċikli, f’ċikli, f’konformità mal-Anness IV, il-punt 2;
(X)il-klassifikazzjoni tal-protezzjoni mill-ingress f’konformità mal-Anness IV, il-punt 3;
(XI)In-numru ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri “2023/XXXX” [OP: please insert the number of this Regulation].
2.DISINN TAT-TIKKETTA TAL-ISMARTPHONES U L-ISLATE TABLETS
2.1.Id-disinn tat-tikketta tal-ismartphones u l-islate tablets għandu jkun bħalma jidher fl-Illustrazzjoni ta’ hawn taħt.
[OP: Please add the reference of this Regulation (EU) 2023/XXXX in the bottom right corner of the label (instead of 2019/2017) or get back to us in case of problem.]
2.2.It-tikketta tal-ismartphones u l-islate tablets għandha tissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet li ġejjin:
(a)It-tikketta għandha tkun wiesgħa mill-inqas 68 mm u għolja mill-inqas 136 mm. Jekk it-tikketta tiġi stampata b’format akbar, il-kontenut tagħha xorta waħda għandu jibqa’ proporzjonat għall-ispeċifikazzjonijiet imsemmija hawn fuq. Jekk ikun meħtieġ li t-tikketta titwaħħal fuq l-imballaġġ tal-prodott, it-tikketta tista’ tiġi stampata bi tnaqqis fid-daqs sa mhux inqas 70% tal-wisa’ u l-għoli speċifikati hawn fuq; il-kontenut tagħha xorta għandu jkun proporzjonat għall-ispeċifikazzjonijiet ta’ hawn fuq u l-kodiċi QR jibqa’ leġibbli minn qarrej QR disponibbli b’mod komuni, bħal dawk integrati fi smartphone;
(b)L-isfond tat-tikketta għandu jkun 100% abjad;
(c)It-tipa għandha tkun Verdana;
(d)Id-dimensjonijiet u l-ispeċifikazzjonijiet tal-elementi li jikkostitwixxu t-tikketta għandhom ikunu kif indikat fid-disinn tat-tikketta;
(e)Il-kuluri għandhom ikunu CMYK – cyan, maġenta, isfar u iswed – bħal dan l-eżempju: 0,70,100,0: 0% cyan, 70% maġenta, 100% isfar, 0% iswed;
(f)It-tikketta għandha tissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin (in-numri jirreferu għall-Illustrazzjoni ta’ hawn fuq):
il-kuluri tal-logo tal-UE għandhom ikunu kif ġej:
–l-isfond: 100,80,0,0;
–l-istilel: 0,0,100,0;
il-kulur tal-logo tal-enerġija għandu jkun: 100,80,0,0;
il-kodiċi QR għandu jkun 100% iswed;
it-trademark għandha tkun 100% sewda u b’tipa grassa 7pt;
l-identifikatur tal-mudell għandu jkun 100% iswed u b’tipa regolari 7pt;
il-klassifikazzjoni A sa G għandha tkun kif ġej:
–l-ittri tal-iskala tal-effiċjenza enerġetika għandhom ikunu 100% bojod u b’tipa grassa 11pt; l-ittri għandhom jiġu ċċentrati fuq assi ta’ 4 mm mix-xellug tal-vleġeġ;
–il-kuluri tal-vleġeġ tal-iskala minn A sa G għandhom ikunu kif ġej:
·Klassi-A: 100,0,100,0;
·Klassi-B: 70,0,100,0;
·Klassi-C: 30,0,100,0;
·Klassi-D: 0,0,100,0;
·Klassi-E: 0,30,100,0;
·Klassi-F: 0,70,100,0;
·Klassi-G: 0,100,100,0 ;
id-diviżuri interni għandu jkollhom ħxuna ta’ 0,5 pt u l-kulur għandu jkun 100% iswed;
l-ittra tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika għandha tkun 100% bajda u b’tipa grassa 20pt. Il-vleġġa tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika u l-vleġġa korrispondenti fl-iskala minn A sa G għandhom ikunu ppożizzjonati b’mod li t-truf tagħhom ikunu allinjati. L-ittra fil-vleġġa tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika għandha tiġi pożizzjonata fiċ-ċentru tal-parti rettangolari tal-vleġġa li għandha tkun 100% sewda;
❾l-għadd ta’ sigħat tal-valur tad-durabbiltà tal-batterija għal kull ċiklu għandu jkun b’tipa grassa 20pt; “h” għandha tkun b’tipa regolari 13pt; l-għadd ta’ minuti tal-valur tad-durabbiltà tal-batterija għal kull ċiklu għandu jkun b’tipa grassa 13pt; “min” għandha tkun b’tipa regolari 9pt; il-kliem għandu jiġi ċċentrat u 100% iswed;
il-pittogrammi għandhom ikunu kif indikat fid-disinn tat-tikketta u kif ġej:
–il-linji tal-pittogrammi għandu jkollhom ħxuna ta’ 1 pt u huma u t-testi (numri u unitajiet) għandhom ikunu 100% suwed;
–il-pittogramma tal-klassi tal-affidabbiltà wara waqgħat ripetuti: il-firxa ta’ klassijiet tal-affidabbiltà wara waqgħat liberi ripetuti (A sa E għall-islate tablets, A sa D għall-ismartphones) għandha tiġi allinjata fuq assi vertikati fuq ix-xellug tal-ikona, l-ittra tal-klassi tal-affidabbiltà wara waqgħat ripetuti applikabbli tkun b’tipa grassa 12pt u l-ittri l-oħra tal-klassijiet tal-affidabbiltà wara waqgħat liberi ripetuti jkunu b’tipa regolari 8pt;
–pittogramma tal-klassi tar-riparabbiltà: il-firxa tal-klassijiet tar-riparabbiltà (A sa E) għandha tiġi allinjata fuq assi vertikali fuq ix-xellug tal-ikona, l-ittra tal-klassi tar-riparabbiltà applikabbli tkun b’tipa grassa 12pt u l-ittri l-oħra tal-klassijiet tar-riparabbiltà jkunu b’tipa regolari 8pt;
–il-pittogramma tad-durabbiltà tal-batterija f’ċikli: il-valur tad-durabbiltà tal-batterija f’ċikli għandu jkun b’tipa grassa 12pt; “x” għandha tkun b’tipa regolari 10pt; il-kliem għandu jiġi ċċentrat taħt il-pittogramma;
–il-pittogramma tal-klassifikazzjoni tal-protezzjoni mill-ingress: il-kliem taħt il-pittogramma għandu jkun b’tipa grassa 12pt u għandu jiġi ċċentrat taħt il-pittogramma;
in-numru tar-Regolament għandu jkun 100% iswed u b’tipa regolari 5pt.
ANNESS IV
Metodi tal-kejl u tal-kalkolu
Għall-finijiet ta’ konformità u verifika tal-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, il-kejl u l-kalkoli għandhom isiru bi standards armonizzati, li n-numri ta’ referenza tagħhom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew b’metodi affidabbli, preċiżi u riproduċibbli oħra, li jqisu l-metodi avvanzati ġeneralment rikonoxxuti u li huma konformi mad-dispożizzjonijiet stabbiliti hawn taħt.
Fin-nuqqas ta’ standards rilevanti u sal-pubblikazzjoni tar-referenzi tal-istandards armonizzati rilevanti f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom jintużaw il-metodi tal-ittestjar tranżizzjonali stabbiliti fl-Anness IVa, jew metodi affidabbli, preċiżi u riproduċibbli oħra, li jqisu l-metodi avvanzati ġeneralment rikonoxxuti.
Meta parametru jiġi dikjarat skont l-Artikolu 3(3) tar-Regolament (UE) 2017/1369 u f’konformità mat-Tabella 9 tal-Anness VI ta’ dan ir-Regolament, il-valur dikjarat tiegħu għandu jintuża mill-fornitur għall-kalkoli f’dan l-Anness.
1.KALKOLU TAL-INDIĊI TAL-EFFIĊJENZA ENERĠETIKA
L-ismartphones u l-islate tablets għandhom jiġu ttestjati għad-durabbiltà tal-batterija għal kull ċiklu bil-konfigurazzjonijiet tat-test li ġejjin, u t-test jibda b’batterija ċċarġjata għalkollox:
1.1.Konfigurazzjonijiet ġenerali tal-apparat
–għandha tiġi installata applikazzjoni fuq l-apparat biex tinkorpora x-xenarju tat-test u l-kontenut meħtieġ użat fl-ittestjar;
–l-applikazzjonijiet kollha għandhom jingħalqu (għajr l-applikazzjonijiet meħtieġa tas-sistema);
–l-ebda kont speċifiku tal-utent (eż. Google jew Apple ID) ma għandu jkun meħtieġ biex isir it-test;
–il-browser tal-web użat fl-ittestjar għandu jkun il-browser tal-OS nattiv tal-apparat;
–il-karatteristiċi tal-iffrankar enerġetiku għandhom jiġu diżattivati qabel jibda l-ittestjar;
–l-ebda aċċessorju ma għandu jkun konness mal-apparat;
–għall-apparati b’żewġ SIMs, għandha tiddaħħal biss SIM card waħda; għall-apparati b’żewġ SIMs, l-eSIM għandha tkun mitfija; għall-apparati b’eSIM biss, għandha tintuża l-eSIM;
–il-luminożità għandha tiġi ssettjata għal 200cd/m² b’tagħmir estern li jiżgura din il-konfigurazzjoni;
–il-luminożità awtomatika għandha tintefa u r-rata tal-aġġornament għandha tiġi ssettjata skont il-valur prestabbilit;
–id-darkmode għandu jiġi diżattivat;
–il-volumi kollha tal-awdjo (telefonati u midja) għandhom jiġu stabbiliti għal 75 dBa f’distanza definita b’tagħmir estern li jiżgura din il-konfigurazzjoni. Il-volum tal-awdjo għandu jiġi ssettjat permerzz ta’ fonometru f’distanza ta’ 20 cm min-naħa (tal-iskrin) ta’ quddiem tal-apparat;
–l-ispeaker li għandu jintuża waqt il-vidjo għandu jkun dak stabbilit bil-konfigurazzjoni prestabbilita tal-apparat;
–tul it-telefonata, l-applikazzjoni għandha tiżgura li l-iskrin ikun mitfi, ma għandha tkun meħtieġa l-ebda simulazzjoni speċifika tas-sensur tal-prossimità;
–jista’ jintuża simulatur tan-network, jekk dan ikun kapaċi jappoġġa l-konfigurazzjonijiet meħtieġa; il-kontenut speċifiku (vidjo, paġni web, fajls) għandu jittella’ fuq is-simulatur.
1.2.Sekwenza tat-test
1.2.1.Sekwenza tat-test għall-ismartphones:
Minn ċarġ sħiħ (100%) tal-batterija sa mitfi: irrepeti ċiklu ta’:
–Telefonata (4 min);
–Wieqaf (30 min);
–Web browsing (9 min);
–Wieqaf (30 min);
–Streaming ta’ videos (4 min);
–Logħob (1 min).
–Wieqaf (30 min);
–Trasferiment tad-data: Applowdjar u dawnlowdjar fuq l-internet (8 min);
–Wieqaf (30 min);
–Playback ta’ videos (4 min);
Meta l-apparat jintefa: Waqqaf it-test.
1.2.2.Sekwenza tat-test għall-islate tablets:
Minn ċarġ sħiħ (100%) tal-batterija sa mitfi: irrepeti ċiklu ta’:
–Logħob (5 min).
–Wieqaf (66 min);
–Web browsing (11 min);
–Wieqaf (66 min);
–Streaming ta’ videos (6 min);
–Wieqaf (66 min);
–Trasferiment tad-data: Applowdjar u dawnlowdjar fuq l-internet (2 min);
–Wieqaf (66 min);
–Playback ta’ videos (6 min);
–Wieqaf (66 min);
Meta l-apparat jintefa: Waqqaf it-test.
1.3.Kalkolu
Id-durabbiltà tal-batterija (ENDapparat) f’sigħat hu daqs il-ħin tal-eżekuzzjoni ta’ sekwenza tat-test speċifikata: ENDapparat = ENDtest
fejn l-ENDtest hu l-ħin operatorju tat-test f’sigħat, imqarreb b’żewġ postijiet deċimali.
L-indiċi tal-effiċjenza enerġetika (EEI) ta’ smartphone jew ta’ slate tablet għandu jiġi kkalkolat bl-ekwazzjoni li ġejja u mqarreb b’żewġ postijiet deċimali.
EEI =
Fejn:
–EEI huwa l-Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika f’1/W;
–Unom huwa l-vultaġġ nominali f’V;
–Cnom hija l-kapaċità nominali tal-batterija f’mAh.
L-EEI għandu jiġi kkalkolat bil-verżjoni tas-sistema operatorja installata fuq il-mudell tal-prodott fid-data tat-tqegħid fis-suq.
2.KEJL TAD-DURABBILTÀ TAL-BATTERIJA F’ĊIKLI
Il-batteriji tal-ismartphones u tal-islate tablets għandhom jiġu ttestjati għad-durabbiltà tal-batterija f’ċikli sakemm il-kapaċità pendenti ta’ batterija ċċarġjata għalkollox tkun mill-anqas 80% tal-kapaċità nominali; il-batterija għandha tiġi ttestjata skont l-algoritmi tal-iċċarġjar prestabbiliti implimentati mill-manifattur.
In-numru ta’ ċikli riżultanti għandu jitqarreb ’l isfel għal mijiet sħaħ bħala “≥ x00” u jiġi dikjarat fil-firxiet bħala ≥800, ≥900, ≥1000, ≥1100, ≥1200, ≥1300, ≥1400.
Id-durabbiltà tal-batterija f’ċikli għandu jiġi kkalkulat bil-verżjoni tas-sistema operatorja installata fuq il-mudell tal-prodott fid-data tat-tqegħid fis-suq.
3.KEJL TAL-PROTEZZJONI MILL-INGRESS
Il-protezzjoni mill-ingress tal-partikoli u tal-umdità għandha tiġi dikjarata bħala kodiċi IP, li jikkorrispondi għal-livelli elenkati fit-Tabella 5. It-testijiet għandhom isiru mingħajr għatu protettiv.
Tabella 5: Livelli ta’ klassifikazzjoni tal-protezzjoni mill-ingress
|
Livell ta’ klassifikazzjoni
|
Ingress ta’ oġġetti barranin solidi
|
Ingress tal-ilma b’effetti dannużi
|
|
|
Daqs tal-oġġett
|
Protezzjoni kontra
|
|
0
|
bla protezzjoni
|
bla protezzjoni
|
|
1
|
≥50 mm
|
taqtir vertikali tal-ilma
|
|
2
|
protett mill-mess bis-swaba’ u ≥12 mm
|
raxx tal-ilma f’inqas minn 15 grad mill-vertikali
|
|
3
|
≥2.5 mm
|
raxx tal-ilma f’inqas minn 60 grad mill-vertikali
|
|
4
|
≥1 mm
|
titjir tal-ilma
|
|
5
|
protett mit-trab
|
sparar tal-ilma
|
|
6
|
magħluq għat-trab
|
sparar b’saħħtu tal-ilma
|
|
7
|
mhux applikabbli
|
immersjoni temporanja, metru fond
|
|
8
|
mhux applikabbli
|
immersjoni kontinwa, iżjed minn metru fond
|
4.REŻISTENZA GĦALL-WAQGĦAT INĊIDENTALI JEW AFFIDABBILTÀ WARA WAQGĦAT LIBERI RIPETUTI
Ir-reżistenza għall-waqgħat inċidentali jew l-affidabbiltà wara waqgħat liberi ripetuti titkejjel bl-għadd ta’ waqgħat mingħajr difett fit-test tal-waqgħat liberi ripetuti. It-testijiet tal-waqgħat liberi ripetuti għandhom isiru b’ħames unitajiet ta’ kull mudell għal kull każ tat-test applikabbli. Ir-reżistenza għall-waqgħat inċidentali hi l-għadd ta’ waqgħat ta’ suċċess f’mill-anqas erbgħa minn kull ħames unitajiet li jkunu qed jiġu ttestjati. L-għadd ta’ waqgħat għal kull unità għandu jiġi determinat bil-kundizzjonijiet tat-test li ġejjin:
(a)mingħajr fojls protettivi u għatu protettiv separat, jekk ikun hemm, għall-apparati li ma jintwewx;
(b)b’fojl protettiv fuq l-iskrin għall-apparati li jintwew, l-ewwel fl-istat mhux estiż u mbagħad fl-istat estiż kollu fuq l-istess unità li qed tiġi ttestjata skont it-Tabelli 6 u 7;
(c)għoli tal-waqgħa ta’ metru (1m);
(d)wara għadd definit ta’ waqgħat li jikkorrispondu għall-intervalli speċifikati fit-Tabelli 6 u 7, l-unità ttestjata trid tkun tiffunzjona mingħajr difett, b’referenza partikolari għall-funzjonalitajiet li ġejjin, meta applikabbli:
(i)l-integrità tal-iskrin;
(ii)skrin b’inqas minn 10 difetti fil-pixels jew malfunzjonijiet simili;
(iii)il-kameras kollha, ittestjati għal immaġnijiet u vidjos;
(iv)il-komunikazzjoni mobbli;
(v)il-konnettività bil-Bluetooth;
(vi)il-konnettività bil-WiFi;
(vii)l-iċċarġjar tal-batterija: bil-fili u mingħajr fili;
(viii)is-sensittività tal-iskrin tattili;
(ix)il-buttuni u s-swiċċijiet huma risponsivi;
(x)l-allarm bil-vibrazzjoni;
(xi)il-mikrofonu/i prinċipali;
(xii)il-loudspeaker;
(xiii)il-kuffja.
(e)ix-xquq fil-qafas jew fuq wara ma għandhomx jitqiesu bħala difett sakemm ikun hemm funzjonalità sħiħa u użu sikur tal-unità li tkun qed tiġi ttestjata;
(f)ix-xquq fl-iskrin tattili u f’xi saff ieħor tal-iskrin ma għandhomx jitqiesu bħala difett sakemm ikun hemm funzjonalità sħiħa u użu sikur tal-unità li tkun qed tiġi ttestjata;
(g)jekk ma jinstab l-ebda difett, it-test għandu jitkompla;
(h)jekk jinstab xi difett u fi kwalunkwe każ wara l-għadd massimu ta’ waqgħat speċifikat fit-Tabelli 6 u 7, it-test tal-unità għandu jitwaqqaf.
Tabella 6: Intervalli tat-test biex jiġi determinat jekk l-unità tal-ismartphone hix difettuża
|
Waqgħat għal kull unità
|
Apparat li ma jintewiex
|
Apparat li jintewa
|
|
45
|
l-ewwel verifika tad-difetti
|
mhux applikabbli
|
|
35 waqgħa fi stat mhux estiż
+ 15-il waqgħa oħra fi stat estiż għalkollox
|
mhux applikabbli
|
l-ewwel verifika tad-difetti
|
|
90
|
it-tieni verifika tad-difetti
|
mhux applikabbli
|
|
70 waqgħa fi stat mhux estiż
+ 25 waqgħa oħra fi stat estiż għalkollox
|
mhux applikabbli
|
it-tieni verifika tad-difetti
|
|
180
|
it-tielet verifika tad-difetti
|
mhux applikabbli
|
|
140 waqgħa fi stat mhux estiż
+ 35 waqgħa oħra fi stat estiż għalkollox
|
mhux applikabbli
|
it-tielet verifika tad-difetti
|
|
270
|
ir-raba’ verifika tad-difetti
|
mhux applikabbli
|
|
210 waqgħa fi stat mhux estiż
+ 45 waqgħa oħra fi stat estiż għalkollox
|
mhux applikabbli
|
ir-raba’ verifika tad-difetti
|
Tabella 7: Intervalli tat-test biex jiġi determinat jekk l-unità tal-islate tablet hix difettuża
|
Waqgħat għal kull unità
|
Apparat li ma jintewiex
|
Apparat li jintewa
|
|
52
|
l-ewwel verifika ta’ difetti
|
mhux applikabbli
|
|
52 waqgħa fi stat mhux estiż
+ 5 waqgħat oħra fi stat estiż għalkollox
|
mhux applikabbli
|
l-ewwel verifika ta’ difetti
|
|
104
|
it-tieni verifika ta’ difetti
|
mhux applikabbli
|
|
78 waqgħa fi stat mhux estiż
+ 10 waqgħat oħra fi stat estiż għalkollox
|
mhux applikabbli
|
it-tieni verifika tad-difetti
|
|
156
|
it-tielet verifika tad-difetti
|
mhux applikabbli
|
|
130 waqgħa fi stat mhux estiż
+ 15-il waqgħa oħra fi stat estiż għalkollox
|
mhux applikabbli
|
it-tielet verifika tad-difetti
|
|
208
|
ir-raba’ verifika tad-difetti
|
mhux applikabbli
|
|
182 waqgħa fi stat mhux estiż
+ 20 waqgħa oħra fi stat estiż għalkollox
|
mhux applikabbli
|
ir-raba’ verifika tad-difetti
|
5.METODU GĦALL-KALKOLU TAL-INDIĊI TAR-RIPARABBILTÀ TAL-ISMARTPHONES U TAL-ISLATE TABLETS
L-Indiċi tar-Riparabbiltà hu punteġġ aggregat u normalizzat, bħala valur ikkalkolat u derivat minn sitt parametri ta’ punteġġ fejn:
–SDD hu l-punteġġ “Profondità taż-Żarmar”.
–SF hu l-punteġġ “(tip ta’) Element tal-irbit”.
–ST hu l-punteġġ “(tip ta’) Għodod”.
–SSP hu l-punteġġ “Spare Parts”.
–SSU hu l-punteġġ “Aġġornamenti tas-Software (durata)”.
–SRI hu l-punteġġ “Informazzjoni dwar it-tiswija”.
Għall-ismartphones u l-islate tablets għandha tiġi applikata l-istess metodoloġija tal-punteġġi. L-Indiċi tar-Riparabbiltà (R) għandu jiġi kkalkolat kif ġej:
R = (SDD*0,25)+(SF*0,15)+ (ST*0,15)+ (SSP*0,15)+(SSU*0,15)+(SRI*0,15)
Il-punteġġi “Profondità taż-Żarmar” (SDD), “(tip ta’) Element tal-irbit” (SF) u “(tip ta’) Għodod” (ST) huma bbażati fuq l-aggregazzjoni ta’ dawn il-punteġġi fil-livell tal-partijiet prijoritarji:
–BAT hi l-batterija.
–DA hi l-assemblaġġ tal-iskrin.
–BC hi l-għatu ta’ wara jew l-assemblaġġ tiegħu.
–FFC hi l-assemblaġġ tal-kamera ta’ quddiem.
–RFC hi l-assemblaġġ tal-kamera ta’ wara.
–EC hi l-port estern tal-iċċarġjar.
–BUT hi l-buttuna mekkanika.
–MIC hi l-mikrofonu/i prinċipali.
–SPK hi l-ispeaker.
–FM hi l-assemblaġġ taċ-ċappetti jew tal-mekkaniżmu mekkaniku għat-tiwi tal-iskrin.
Jekk xi waħda mill-partijiet prijoritarji elenkati hawn fuq tkun preżenti aktar minn darba fi prodott, fil-kalkolu tal-punteġġi “Profondità taż-Żarmar” (SDD), “(tip ta’) Element tal-irbit” (SF) u “(tip ta’) Għodod” (ST) għandha tiġi kkunsidrata biss dik li tagħti l-inqas punteġġ. Jekk parti prijoritarja ma tkunx preżenti fil-prodott, għal din il-parti għandu jiġi kkunsidrat l-ogħla livell tal-punt għal kull punteġġ.
Il-punteġġ “Profondità taż-Żarmar” (SDD) għandu jiġi kkalkolat kif ġej:
(a)jekk l-assemblaġġ taċ-ċappetti jew il-mekkaniżmu mekkaniku għat-tiwi tal-iskrin ma jkunx preżenti fil-prodott, għandha tintuża l-formula li ġejja:
SDD = (DDBAT*0,30)+ (DDDA*0,30)+ (DDBC*0,10)+( DDFFC*0,05)+( DDRFC*0,05)+( DDEC *0,05)+( DDBUT*0,05)+( DDMIC*0,05)+(DDSPK *0,05)
(b)jekk l-assemblaġġ taċ-ċappetti jew il-mekkaniżmu mekkaniku għat-tiwi tal-iskrin ikun preżenti, għandha tintuża l-formula li ġejja:
SDD = (DDBAT*0,25)+ (DDDA*0,25)+ (DDBC*0,09)+( DDFFC*0,04)+( DDRFC*0,04)+( DDEC *0,04)+( DDBUT*0,04)+( DDMIC*0,04)+(DDSPK *0,04)+ (DDFM*0,17).
Valutazzjoni tal-Profondità taż-Żarmar (DD) fil-livell tal-partijiet
Il-punteġġ tal-Profondità taż-Żarmar (DDi) għal kull parti prijoritarja i (DDBAT; DDDA, DDBC, DDFFC, DDRFC, DDEC, DDBUT, DDMIC, DDSPK, DDFM) għandu jiġi kkalkolat abbażi tal-għadd ta’ passi meħtieġa biex parti titneħħa minn prodott, mingħajr ma ssir ħsara lill-prodott. L-għadd tal-passi għal kull parti jibda mill-prodott armat kompletament, biċ-ċarġer skonnettjat u b’xi SIM card installata. Il-punti li jvarjaw minn 1 sa 5 huma assenjati kif ġej:
–DDi ≤ 2 passi = 5pt.
–5 passi ≥ DDi > 2 passi = 4pt.
–10 passi ≥ DDi > 5 passi = 3pt.
–15-il pass ≥ DDi > 10 passi = 2pt.
–DDi > 15-il pass = 1pt.
Ir-regoli li ġejjin għandhom japplikaw għall-kalkolu tal-passi taż-żarmar:
–l-għadd ta’ “Profondità taż-Żarmar” jitlesta meta l-parti fil-mira tkun separata u aċċessibbli individwalment.
–meta jkun hemm bżonn jintużaw diversi għodod fl-istess ħin, l-użu ta’ kull għodda jgħodd bħala pass separat.
–l-operazzjonijiet relatati mat-tindif, mat-tneħħija tat-traċċi jew mat-tisħin jingħaddu bħala passi.
–il-Profondità taż-Żarmar għandha tiġi kkalkulata abbażi tal-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni, u tad-deskrizzjoni tal-passi taż-żarmar għal kull parti prijoritarja mogħtija fid-dokumentazzjoni teknika;
–meta tkun meħtieġa notifika remota jew awtorizzazzjoni ta’ numri tas-serje għall-funzjonalità sħiħa tal-ispare part u tal-apparat, kull waħda minn dawn l-azzjonijiet jingħaddu bħala ħames passi addizzjonali taż-żarmar.
Il-punteġġ “(tip ta’) element tal-irbit” (SF) jiġi kkalkolat kif ġej:
(a)għall-ismartphones jew l-islate tablets, għajr dawk li jintwew, għandha tintuża l-formula li ġejja:
SF=(FBAT*0,30)+(FDA*0,30)+(FBC*0,10)+(FFFC*0,05)+(FRFC*0,05)+(FEC*0,05)+(FBUT*0,05)+(FMIC*0,05)+(FSPK*0,05)
(b) għall-ismartphones u l-islate tablets li jintwew għandha tintuża l-formula li ġejja:
SF=(FBAT*0,25)+(FDA*0,25)+(FBC*0,09)+(FFFC*0,04)+(FRFC*0,04)+(FEC*0,04)+(FBUT*0,04)+(FMIC*0,04)+(FSPK*0,04)+(FFM*0,17)
Valutazzjoni ta’ (tip ta’) Elementi tal-irbit (F) fil-livell tal-partijiet:
Il-punteġġ “(tip ta’) Elementi tal-irbit” (Fi) għal kull parti prijoritarja i (FBAT, FDA, FBC, FFFC, FRFC, FEC, FBUT, FMIC, FSPK, FFM) huma assenjati skont il-livell tal-possibbiltà ta’ tneħħija u tar-riużabbiltà tal-elementi tal-irbit użati fil-assemblaġġ tal-apparat. Il-punti li jvarjaw minn 1 sa 5 huma assenjati kif ġej:
–Elementi tal-irbit riużabbli = 5pt.
–Elementi tal-irbit rifornuti = 3pt.
–Elementi tal-irbit li jistgħu jitneħħew = 1pt.
Il-valutazzjoni tat-tip ta’ elementi tal-irbit hi bbażata fuq il-proċess taż-żarmar biex titneħħa l-parti prijoritarja speċifika, li jibda mill-parti prijoritarja preċedenti fis-sekwenza taż-żarmar diġà mneħħija.
Jekk waqt iż-żarmar ta’ parti prijoritarja jinstabu tipi differenti ta’ elementi tal-irbit, għandu jitqies l-agħar punteġġ.
Il-punteġġi Fi għandhom jiġu kkalkulati skont l-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni, u skont id-deskrizzjoni tal-elementi tal-irbit għal kull parti prijoritarja mogħtija fid-dokumentazzjoni teknika.
Il-punteġġ “(tip ta’) Għodod” (ST) għandu jiġi kkalkolat kif ġej:
(a)għall-ismartphones jew l-islate tablets, għajr dawk li jintwew, għandha tintuża l-formula li ġejja:
ST=(TBAT*0,30)+(TSCR*0,30)+(TBC*0,10)+(TFFC*0,05)+(TRFC*0,05)+(TEC*0,05)+(TBUT*0,05)+(TMIC*0,05)+(TSPK*0,05)
(b)għall-ismartphones u l-islate tablets li jintwew għandha tintuża l-formula li ġejja:
ST=(TBAT*0,25)+(TSCR*0,25)+(TBC*0,09)+(TFFC*0,04)+(TRFC*0,04)+(TEC*0,04)+(TBUT*0,04)+(TMIC*0,04)+(TSPK*0,04)+(TFM*0,17)
Valutazzjoni ta’ (tip ta’) Għodod (T) fil-livell tal-partijiet
Il-punteġġi “(tip ta’) Għodod” (Ti) għal kull parti prijoritarja i (TBAT, TDA, TBC, TFFC, TRFC, TEC, TBUT, TMIC, TSPK and TFM) huma assenjati skont il-kumplessità u d-disponibbiltà tal-għodod meħtieġa għas-sostituzzjoni tal-parti. Il-punti li jvarjaw minn 1 sa 5 huma assenjati kif ġej:
–L-ebda għodda = 5 pt;
–Għodod bażiċi = 4 pt.
–Sett ta’ għodod li jiġi fornut (jew offrut li jiġi fornut mingħajr kost addizzjonali) mal-ispare part = 3 pt.
–Sett ta’ għodod li jiġi fornut (jew offrut li jiġi fornut mingħajr kost addizzjonali) mal-prodott = 2 pt.
–Għodod disponibbli kummerċjalment = 1 pt.
Il-valutazzjoni tat-tip ta’ għodod hi bbażata fuq il-proċess taż-żarmar biex titneħħa l-parti prijoritarja speċifika, li jibda mill-parti prijoritarja preċedenti fis-sekwenza taż-żarmar diġà mneħħija.
Meta għaż-żarmar ta’ parti prijoritarja jkunu meħtieġa tipi differenti ta’ għodod, għandu jiġi kkunsidrat l-iżgħar punteġġ.
Il-punteġġi Ti għandhom jiġu kkalkulati skont l-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni, u skont id-deskrizzjoni tal-għodod għal kull parti prijoritarja mogħtija fid-dokumentazzjoni teknika.
Spare parts
Il-punteġġ “Spare Parts” (SSP) għandu jiġi kkalkolat fil-livell tal-prodott kif ġej:
–L-ispare parts tal-partijiet prijoritarji kollha huma disponibbli għall-utenti finali u għas-sewwejja professjonali = 5 pt;
–L-ispare parts tal-assemblaġġ tal-iskrin, tal-batterija, tal-għatu ta’ wara (jew tal-assemblaġġ tal-għatu ta’ wara) u tal-kameras huma disponibbli għall-utenti finali u għas-sewwejja professjonali; l-ispare parts tal-partijiet l-oħra kollha huma disponibbli għas-sewwejja professjonali = 4pt;
–L-ispare parts tal-assemblaġġ tal-iskrin, tal-batterija, tal-għatu ta’ wara (jew tal-assemblaġġ tal-għatu ta’ wara) huma disponibbli għall-utenti finali u għas-sewwejja professjonali; l-ispare parts tal-partijiet l-oħra kollha huma disponibbli għas-sewwejja professjonali = 3pt;
–L-ispare parts tal-assemblaġġ tal-iskrin u tal-batterija huma disponibbli għall-utenti finali u għas-sewwejja professjonali; l-ispare parts tal-partijiet l-oħra kollha huma disponibbli għas-sewwejja professjonali = 2pt;
–L-ispare parts għall-assemblaġġ tal-iskrin huma disponibbli għall-utenti finali u għas-sewwejja professjonali; l-ispare parts għall-partijiet l-oħra kollha huma disponibbli għas-sewwejja professjonali = 1pt;
–L-ispare parts għall-assemblaġġ taċ-ċappetti u għall-mekkaniżmu mekkaniku għat-tiwi tal-iskrin iridu jkunu disponibbli biss fil-każ tal-ismartphones li jintwew.
Aġġornamenti tas-Software (durata)
Il-punteġġ “Aġġornamenti tas-Software (durata)” (SSU) għandu jiġi kkalkolat fil-livell tal-prodott kif ġej:
–Disponibbiltà garantita minima tal-aġġornamenti tas-sigurtà, tal-aġġornamenti korrettivi u tal-aġġornamenti tal-funzjonalità tas-sistema operatorja għal mill-anqas 7 snin = 5pt.
–Disponibbiltà garantita minima tal-aġġornamenti tas-sigurtà, tal-aġġornamenti korrettivi u tal-aġġornamenti tal-funzjonalità tas-sistema operatorja għal 6 snin = 3pt.
–Disponibbiltà garantita minima tal-aġġornamenti tas-sigurtà, tal-aġġornamenti korrettivi u tal-aġġornamenti tal-funzjonalità tas-sistema operatorja għal 5 snin = 1pt.
–Il-perjodi ta’ hawn fuq jirreferu għas-snin mid-data ta’ tmiem it-tqegħid fis-suq tal-mudell tal-prodott.
Informazzjoni dwar it-Tiswija
Il-punteġġ “Informazzjoni dwar it-Tiswija” (SRI) għandu jiġi kkalkolat fil-livell tal-prodott kif ġej:
–Id-disponibbiltà pubblika ta’ informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni, għajr id-dijagrammi tal-bords elettroniċi, mingħajr kost għall-utenti finali u d-disponibbiltà ta’ informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni, inkluż id-dijagrammi tal-bords elettroniċi, mingħajr kost għas-sewwejja professjonali = 5 pt.
–Id-disponibbiltà ta’ informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni mingħajr kost għas-sewwejja professjonali = 3 pt.
–Id-disponibbiltà ta’ informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni b’tariffa raġonevoli u proporzjonata għas-sewwejja professjonali = 1 pt.
–Tariffa għandha titqies raġonevoli jekk ma tkunx tiskoraġġixxi l-aċċess billi tonqos milli tqis xi kemm l-informazzjoni qed tintuża mis-sewwejja professjonali.
ANNESS IVa
Metodi Tranżizzjonali
Referenzi u noti kwalifikanti għall-ismartphones u l-islate tablets
|
Parametru
|
Sors
|
Metodu / Titlu tat-Test ta’ Referenza
|
Noti
|
|
Punteġġ “(tip ta’) Elementi tal-irbit” (SF) u punteġġ “(tip ta’) Għodod” (ST)
|
CEN
|
EN 45554:2020
|
Elementi tal-irbit u konnetturi: irreferi għat-Tabella A.1 tal-istandard, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor f’dan ir-Regolament.
Għodod: irreferi għat-Tabella A.2 tal-istandard, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor f’dan ir-Regolament.
|
|
EEI
|
Il-Kummissjoni Ewropea
|
Speċifikazzjonijiet tat-test tal-EEI
|
https://ec.europa.eu/docsroom/documents/50214
|
|
Protezzjoni mill-partikoli u l-ilma
|
IEC
|
IEC 60529:1989/
AMD2:2013/COR1:2019
|
Protezzjoni mit-trab u protezzjoni minn immersjoni fl-ilma sa metru (1m) fond: IP67; protezzjoni mill-ingress ta’ oġġetti barranin solidi akbar minn millimetru (1mm) u mit-titjir tal-ilma: IP44.
|
|
Kapaċità nominali u durabbiltà tal-batterija f’ċikli
|
CENELEC
|
IEC EN 61960-3:2017
|
Id-durabbiltà tal-batterija f’ċikli għandha titkejjel b'din is-sekwenza tat-test:
1) ċiklu wieħed b’rata ta’ disċarġ ta’ 0.2C u titkejjel il-kapaċità;
2) iċ-ċikli 2-499 b’rata ta’ disċarġ ta’ 0.5C;
3) irrepeti l-pass 1.
Biex jiġi determinat l-għadd ta’ ċikli wara l-500 ċiklu, wieħed jenħtieġ li mbagħad ikompli bil-pass 4
4) 99 ċiklu b’rata ta’ disċarġ ta’ 0.5C
5) irrepeti l-pass 1
6) irrepeti l-passi 4 u 5 sakemm il-kapaċità mkejla tkun inqas minn 80%.
It-testijiet għandhom isiru b’sors tal-enerġija estern, li ma jillimitax l-ġbid tal-enerġija tal-batterija u li ma jħallix lill-algoritmu tal-iċċarġjar prestabbilit speċifikat jirregola r-rata taċ-ċarġ.
|
|
Reżistenza għall-grif
|
CEN
|
EN 15771:2010
|
Ir-reżistenza għall-grif għandha tiġi ttestjata fuq iż-żona viżibbli tal-iskrin, mingħajr għatu protettiv fuq l-iskrin
|
|
Kundizzjonijiet ambjentali tat-test tad-durabbiltà tal-batterija
|
ECMA
|
ECMA 383
|
Temperatura ambjentali (23±5) °C, umdità relattiva ta’ 10% sa 80%, dawl ambjentali (250±50) Lux
|
|
Reżistenza għall-waqgħat inċidentali jew l-affidabbiltà wara waqgħat liberi ripetuti
|
IEC
|
IEC 60068-2-31, Waqgħat liberi ripetuti – Proċedura 2
|
L-ismartphones għandhom jiġu ttestjati għar-reżistenza waqt waqgħat inċidentali, minn metru (1m) għoli; it-test irid isir b’5 unitajiet b’mod konsekuttiv u jkun suċċess jekk mit-test jgħaddu mill-inqas 4 unitajiet. It-test tal-waqgħat liberi għandu jitwaqqaf kif stabbilit fit-Tabella 6 biex jiġi verifikat jekk għadx hemm funzjonalità sħiħa tal-apparat. Jekk ma jinstab l-ebda difett, it-test għandu jitkompla u l-unità ttestjata - fil-każ tal-ismartphones - titqiegħed fit-tumble tester bl-istess orjentazzjoni kif ikun instab l-apparat meta twaqqaf it-test. L-għadd ta’ waqgħat ta’ suċċess għal mill-inqas tlieta mill-ħames unitajiet hu l-valur li jrid jiġi dikjarat fil-folju tal-informazzjoni dwar il-prodott kif stabbilit fl-Anness V.
|
|
|
|
IEC 60068-2-31, Waqgħa libera – Proċedura 1
|
L-islate tablets għandhom jiġu ttestjati għar-reżistenza waqt waqgħat inċidentali, minn metru (1m) għoli fuq pjanċa tal-azzar ta’ 3mm b’bażi tal-injam iebes u oħxon 10-19mm (devjazzjoni mill-proċedura 1); 26 orjentazzjoni kkontrollata b’waqgħa fuq kull wiċċ, tarf u ponta, kif speċifikat fis-sekwenza tat-test ta’ hawn taħt; it-test irid isir b’5 unitajiet b’mod konsekuttiv u jkun suċċess jekk mit-test jgħaddu mill-inqas 4 unitajiet. Fi stat estiż għalkollox, waqqa’ l-islate tablet b’mod konsekuttiv f’dawn l-orjentazzjonijiet li ġejjin, sakemm jintlaħaq l-għadd meħtieġ ta’ waqgħat. Id-deżinjazzjonijiet tat-truf, tal-ponot u tal-uċuħ huma definiti bl-akbar viżwalizzazzjoni tħares lejn in-naħa ta’ quddiem, b’orjentazzjoni mimduna, bil-kamera ta’ quddiem ħdejn it-tarf ta’ fuq jew, jekk dan ma jiddefinixxix id-deżinjazzjoni mingħajr ambigwità, bil-kamera ta’ quddiem ħdejn it-tarf tax-xellug, li tqarreb l-apparat b’ġeometrija kubika. Waqgħa fuq:
1)il-wiċċ tal-iskrin
2)il-ponta xellugija t’isfel tan-naħa ta’ quddiem
3)it-tarf xellugi tan-naħa ta’ wara
4)it-tarf lemini tan-naħa ta’ quddiem
5)ix-xellug tal-wiċċ
6)il-ponta leminija t’isfel tan-naħa ta’ wara
7)il-ponta leminija t’isfel tan-naħa ta’ quddiem
8)in-naħa t’tisfel tal-wiċċ
9)in-naħa ta’ wara tal-wiċċ
10)it-tarf xellugi tan-naħa ta’ quddiem
11)il-ponta xellugija ta’ fuq tan-naħa ta’ wara
12)it-tarf lemini tan-naħa ta’ wara
13)il-ponta leminija ta’ fuq tan-naħa ta’ quddiem
14)it-tarf xellugi t’isfel
15)it-tarf lemini ta’ fuq
16)il-ponta xellugija ta’ fuq tan-naħa ta’ quddiem
17)it-tarf lemini t’isfel
18)in-naħa ta’ fuq tal-wiċċ
19)it-tarf t’isfel tan-naħa ta’ quddiem
20)il-ponta xellugija t’isfel tan-naħa ta’ wara
21)it-tarf xellugi ta’ fuq
22)it-tarf ta’ fuq tan-naħa ta’ quddiem
23)il-ponta leminija ta’ fuq tan-naħa ta’ wara
24)it-tarf xellugi tan-naħa ta’ wara
25)il-lemin tal-wiċċ
26)it-tarf ta’ fuq tan-naħa ta’ wara.
Wara għadd ta’ waqgħat kif stabbilit fit-Tabella 7, għandha tiġi vverifikata l-funzjonalità sħiħa tal-apparat. Jekk ma jinstab l-ebda difett, it-test għandu jitkompla:
i. b’testijiet tal-waqgħat liberi fil-każ tal-islate tablets li ma jintwewx f’kull waħda mis-26 orjentazzjonijiet kollha, darbtejn;
ii. b’testijiet tal-waqgħat liberi fil-każ tal-islate tablets li jintwew:
(1) wara l-ewwel verifika tad-difetti, l-ewwel f’kull waħda mis-26 orjentazzjoni, darba fi stat mhux estiż, imbagħad kompli bil-waqgħat fi stat estiż għalkollox fl-orjentazzjonijiet nru 6 sa 10;
(2) wara t-tieni verifika għad-difetti, l-ewwel f’kull waħda mis-26 orjentazzjoni, darbtejn fi stat mhux estiż, imbagħad kompli bil-waqgħat fi stat estiż għalkollox fl-orjentazzjonijiet nru 11 sa 15;
(3) wara t-tielet verifika għad-difetti, l-ewwel f’kull waħda mis-26 orjentazzjoni, darbtejn fi stat mhux estiż, imbagħad kompli bil-waqgħat fi stat estiż għalkollox fl-orjentazzjonijiet nru 16 sa 20.
L-għadd ta’ waqgħat ta’ suċċess għal mill-inqas tlieta mill-ħames unitajiet hu l-valur li jrid jiġi dikjarat fil-folju tal-informazzjoni dwar il-prodott kif stabbilit fl-Anness V.
|
ANNESS V
Folju tal-informazzjoni dwar il-prodott
Skont l-Artikolu 3(1), il-punt (b), il-fornitur għandu jdaħħal l-informazzjoni fil-bażi tad-data tal-prodotti kif stabbilit fit-Tabella 8.
Il-manwal tal-utent jew materjal ieħor għall-qari fornut mal-prodott għandhom jindikaw b’mod ċar il-link għall-mudell fil-bażi tad-data tal-prodotti bħala URL li jista’ jinqara mill-bniedem jew bħala kodiċi QR jew billi jagħtu n-numru tar-reġistrazzjoni tal-prodott.
Tabella 8: Folju tal-informazzjoni dwar il-prodott
|
1. Trademark (a) (b)
|
|
2. Identifikatur tal-mudell (b)
|
|
3. Parametri ġenerali tal-prodott:
|
|
Parametru
|
Valur
|
|
4. Tip ta’ apparat
|
[smartphone/tablet]
|
|
5. Sistema operatorja
|
[Android/iOS/oħra]
|
|
6. Klassi tal-effiċjenza enerġetika
|
[A/B/C/D/E/F/G]b
|
|
7. Batterija tista’ tinbidel mill-utent (c)
|
[iva/le]
|
|
8. Durabbiltà tal-batterija għal kull ċiklu (ENDapparat [h])
|
x
|
|
9. Durabbiltà tal-batterija f’ċikli – konfigurazzjonijiet prestabbiliti [ċikli]
|
≥x00
|
|
10. Kapaċità nominali tal-batterija (Cnom [mAh])
|
x
|
|
11. Fornut b’għatu protettiv
|
[iva/le]
|
|
12. Test tal-affidabbiltà wara waqgħat liberi ripetuti – waqgħat mingħajr difett [n]
|
[≥ x]
|
|
13. Test tal-affidabbiltà wara waqgħat liberi ripetuti – waqgħat mingħajr difett, ittestjat fi stat estiż għalkollox [n]
|
[≥ x/mhux applikabbli]
|
|
14. Klassi tal-affidabbiltà wara waqgħat liberi ripetuti
|
[A/B/C/D/E]b
|
|
15. Klassifikazzjoni tal-Protezzjoni mill-Ingress
|
IPxx
|
|
16. Profondità ta’ immersjoni speċifikata fl-ilma, fil-każ ta’ IPx8 [m]
|
[x,xx/mhux applikabbli]
|
|
17. Reżistenza tal-iskrin għall-grif bl-iskala tar-reżistenza Mohs
|
x
|
|
18. Ċarġer
|
Potenza ta’ output meħtieġa [W]
|
x
|
|
|
Tip ta’ reċipjent (fi tmiem l-apparat)
|
[USB-A/USB-Mikro B/USB-C/oħrajn]
|
|
Informazzjoni dwar ir-riparabbiltà:
|
|
19. Disponibbiltà garantita minima tal-aġġornamenti tas-sigurtà, tal-aġġornamenti korrettivi u tal-aġġornamenti tal-funzjonalità tas-sistema operatorja (a) (b) (snin)
|
x
|
|
20. Klassi tar-Riparabbiltà (abbażi tal-indiċi ta’ hawn taħt)
|
[A/B/C/D/E]b
|
|
21. Indiċi tar-Riparabbiltà (b)
|
x,xx/5
|
|
21a. Punteġġ tal-Profondità taż-Żarmar (SDD) (b)
|
x,xx/5
|
|
21b. Punteġġ ta’ (tip ta’) Elementi tal-irbit (SF) (b)
|
x,xx/5
|
|
21c. Punteġġ ta’ (tip ta’) Għodod (ST) (b)
|
x,xx/5
|
|
21d. Punteġġ ta’ Spare Parts (SSP) (b)
|
x,xx/5
|
|
21e. Punteġġ ta’ (tul ta’) Aġġornamenti tas-Software (SSU) (b)
|
x,xx/5
|
|
21f. Punteġġ ta’ Informazzjoni dwar it-Tiswija (SRI) (b)
|
x,xx/5
|
|
22. Link web għall-informazzjoni dwar id-disponibbiltà tal-ispare parts għas-sewwejja professjonali u l-utenti finali (a) (b) (d)
|
https://xxx
|
|
23. Link web għall-istruzzjonijiet tat-tiswija għall-utenti finali (a) (b) (e)
|
https://xxx
|
|
24. Link web għall-prezzijiet indikattivi ta’ qabel it-taxxa (a) (b) (f)
|
https://xxx
|
|
Informazzjoni addizzjonali:
|
|
25. Perjodu tal-garanzija minima offruta mill-fornitur (a) (b) [xhur]
|
x
|
|
Indirizz tal-fornitur (a) (b) (g)
|
|
a Bidliet għal dawn l-entrati ma għandhomx jitqiesu rilevanti għall-finijiet tal-Artikolu 4(4) tar-Regolament (UE) 2017/1369.
b Din l-entrata ma għandhiex titqies rilevanti għall-finijiet tal-Artikolu 2(6) tar-Regolament (UE) 2017/1369.
c Il-proċess għas-sostituzzjoni tal-batterija jissodisfa l-kriterji li ġejjin:
–
l-elementi tal-irbit għandhom ikunu jistgħu jiġu rifornuti jew jerġgħu jintużaw;
–
il-proċess għas-sostituzzjoni għandu jkun fattibbli mingħajr għodda, b’għodda jew b’sett ta’ għodod mogħtija mal-prodott jew mal-ispare part, jew b’għodod bażiċi;
–
il-proċess għas-sostituzzjoni għandu jkun jista’ jsir fl-ambjent tal-użu;
–
il-proċess għas-sostituzzjoni għandu jkun jista’ jsir minn persuna mhux esperta.
d Il-fornituri obbligati jinkludu l-link għas-sit web fejn se tkun disponibbli l-informazzjoni rilevanti. Madankollu xorta jrid jingħata aċċess effettiv għas-sit web f’konformità mal-iskeda u d-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Anness II, il-punt B 1.1 (1)d tar-Regolament (UE) 2023/XXXX [OP: please insert the number of C(2023) 3538], għall-ismartphones, u fl-Anness II, il-punt D 1.1 (1)d tar-Regolament (UE) 2023/XXXX [OP: please insert the number of C(2023) 3538], għall-islate tablets.
e Il-fornituri obbligati jinkludu l-link għas-sit web fejn se tkun disponibbli l-informazzjoni rilevanti. Madankollu xorta jrid jingħata aċċess effettiv għas-sit web f’konformità mal-iskeda u d-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-aħħar paragrafu tal-Anness II, il-punt B 1.1 (2) tar-Regolament (UE) 2023/XXXX [OP: please insert the number of C(2023) 3538], għall-ismartphones, u fl-aħħar paragrafu tal-Anness II, il-punt D 1.1 (2) tar-Regolament (UE) 2023/XXXX [OP: please insert the number of C(2023) 3538], għall-islate tablets.
f Il-fornituri obbligati jinkludu l-link għas-sit web fejn se tkun disponibbli l-informazzjoni rilevanti. Madankollu xorta jrid jingħata aċċess effettiv għas-sit web f’konformità mal-iskeda u d-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Anness II, il-punt B 1.1 (4) tar-Regolament (UE) 2023/XXXX [OP: please insert the number of C(2023) 3538], għall-ismartphones, u fl-Anness II, il-punt D 1.1 (4) tar-Regolament (UE) 2023/XXXX [OP: please insert the number of C(2023) 3538], għall-islate tablets.
g Il-fornituri ma għandhomx idaħħlu din id-data għal kull mudell jekk il-bażi tad-data tkun tipprovdiha b’mod awtomatiku.
ANNESS VI
Dokumentazzjoni teknika
1.Id-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Artikolu 3(1)(d), għandha tinkludi:
(a)deskrizzjoni ġenerali tal-mudell li tippermetti l-identifikazzjoni ċara u faċli tiegħu;
(b)referenzi għall-istandards armonizzati applikati jew għal standards tal-kejl oħrajn użati;
(c)deskrizzjoni tal-passi taż-żarmar għal kull parti prijoritarja tal-Anness IV, il-punt 5, inkluż l-għodda u l-elementi tal-irbit meħtieġa f’kull pass, jekk ikun hemm;
(d)prekawzjonijiet speċifiċi li jridu jittieħdu waqt l-armar, l-installazzjoni, il-manutenzjoni jew l-ittestjar tal-mudell;
(e)il-valuri għall-parametri tekniċi huma stabbiliti fit-Tabella 9; dawk il-valuri jitqiesu l-valuri dikjarati għall-fini tal-proċedura ta’ verifika stabbilita fl-Anness IX;
(f)id-dettalji u r-riżultati tal-kalkoli mwettqa f’konformità mal-Anness IV;
(g)il-kundizzjonijiet tal-kejl jew tal-ittestjar jekk ma jkunux deskritti biżżejjed fil-punt (b), inkluż l-algoritmi tal-iċċarġjar tal-batterija għall-proċedura tal-iċċarġjar awtomatiku, jekk applikabbli;
(h)il-parametri tal-proċedura tat-test inizjali għall-indiċi tal-effiċjenza enerġetika, jekk ma jkunux ġew deskritti biżżejjed fil-konfigurazzjoniiet fl-Anness IV, il-punt 1, u fl-Anness IVa.
2.Dawn l-elementi għandhom jikkostitwixxu wkoll il-partijiet speċifiċi obbligatorji tad-dokumentazzjoni teknika li l-fornitur għandu jdaħħal fil-bażi tad-data, skont l-Artikolu 12(5) tar-Regolament (UE) 2017/1369.
Tabella 9: Parametri tekniċi tal-mudell u l-valuri dikjarati tagħhom
|
|
Parametru
|
Valur tal-parametru u preċiżjoni
|
Unità
|
|
1
|
Trademark
|
|
TEST
|
|
2
|
Identifikatur tal-mudell
|
|
TEST
|
|
3
|
id-durabbiltà tal-batterija għal kull ċiklu (ENDapparat)
|
x,xx
|
[h]
|
|
4
|
id-durabbiltà tal-batterija f’ċikli – konfigurazzjonijiet prestabbiliti
|
≥x00
|
[mijiet ta’ ċikli]
|
|
5
|
il-kapaċità nominali tal-batterija (Cnom)
|
x
|
[mAh]
|
|
6
|
vultaġġ nominali
|
x,xx
|
[V]
|
|
7
|
vultaġġ finali għat-test tad-durabbiltà tal-batterija f’ċikli [V]
|
x,xx
|
[V]
|
|
8
|
Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika (EEI)
|
x,xx
|
[n]
|
|
9
|
fornut b’għatu protettiv
|
[iva/le]
|
-
|
|
10
|
test tal-affidabbiltà wara waqgħat liberi ripetuti – waqgħat mingħajr difett
|
[≥ x/mhux applikabbli]
|
[n]
|
|
11
|
test tal-affidabbiltà wara waqgħat liberi ripetuti – waqgħat mingħajr difett, ittestjat fi stat estiż għalkollox
|
[≥ x/mhux applikabbli]
|
[n]
|
|
12
|
il-klassifikazzjoni tal-protezzjoni mill-ingress
|
IPxx
|
|
|
13
|
il-profondità ta’ immersjoni speċifikata fl-ilma, fil-każ ta’ IPx8
|
[x,x/mhux applikabbli]
|
[m]
|
|
14
|
ir-reżistenza tal-iskrin għall-grif
|
x
|
l-iskala tar-reżistenza Mohs
|
|
15
|
Disponibbiltà garantita minima tal-aġġornamenti tas-sigurtà, tal-aġġornamenti korrettivi u tal-aġġornamenti tal-funzjonalità tas-sistema operatorja
|
x
|
[snin]
|
|
16
|
Klassi tar-Riparabbiltà
|
[A/B/C/D/E]
|
[A/B/C/D/E]
|
|
17
|
Indiċi tar-riparabbiltà (kif ikkalkulata mill-valuri ta’ hawn taħt)
|
x,xx
|
[n]
|
|
18
|
Profondità taż-Żarmar (SDD)
|
x,xx
|
[n]
|
|
19
|
Punteġġ ta’ (tip ta’) Elementi tal-irbit (SF)
|
x,xx
|
[n]
|
|
20
|
Punteġġ ta’ (tip ta’) Għodod (ST)
|
x,xx
|
[n]
|
|
21
|
Punteġġ ta’ Spare Parts (SSP)
|
x,xx
|
[n]
|
|
22
|
Punteġġ ta’ (tul ta’) Aġġornamenti tas-Software (SSU)
|
x,xx
|
[n]
|
|
23
|
Punteġġ ta’ Informazzjoni dwar it-Tiswija (SRI)
|
x,xx
|
[n]
|
|
24
|
Sistema operatorja
|
[Android/iOS/oħra]
|
-
|
|
25
|
Verżjoni tas-sistema operatorja
|
|
TEST
|
3.Meta l-informazzjoni inkluża fid-dokumentazzjoni teknika ta’ mudell partikolari ta’ smartphone jew slate tablet tkun inkisbet b’xi wieħed mill-metodi li ġejjin, jew bit-tnejn li huma:
(a)minn mudell li jkollu l-istess karatteristiċi tekniċi rilevanti għall-informazzjoni teknika li trid tingħata, iżda li jkun ġie prodott minn fornitur differenti,
(b)b’kalkolu abbażi tad-disinn jew tal-estrapolazzjoni minn mudell ieħor tal-istess fornitur jew ta’ fornitur differenti,
id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi d-dettalji ta’ dak il-kalkolu, il-valutazzjoni mwettqa mill-fornituri biex tiġi vverifikata l-akkuratezza tal-kalkolu u, meta xieraq, id-dikjarazzjoni tal-identità bejn il-mudelli ta’ fornituri differenti.
ANNESS VII
Informazzjoni li trid tingħata fir-riklami viżivi, fil-materjal promozzjonali tekniku u fil-bejgħ mill-bogħod, ħlief fil-bejgħ mill-bogħod fuq l-internet
1.Fil-każ tar-reklami viżivi, għall-finijiet biex tkun żgurata konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 3(1), il-punt (e), u fl-Artikolu 4(1), il-punt (c), il-klassi tal-effiċjenza enerġetika u l-firxa tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika disponibbli fuq it-tikketta għandhom jintwerew kif stabbilit fil-punt 4 ta’ dan l-Anness.
2.Fil-każ tal-materjal tekniku promozzjonali, għall-finijiet biex tkun żgurata l-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 3(1), il-punt (f), u fl-Artikolu 4(1), il-punt (d), il-klassi tal-effiċjenza enerġetika u l-firxa tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika disponibbli fuq it-tikketta għandhom jintwerew kif stabbilit fil-punt 4 ta’ dan l-Anness.
3.Fil-każ tal-bejgħ mill-bogħod ibbażat fuq il-karta, il-klassi tal-effiċjenza enerġetika u l-firxa tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika disponibbli fuq it-tikketta għandhom jintwerew kif stabbilit fil-punt 4 ta’ dan l-Anness.
4.Fil-każijiet imsemmija fil-punti 1, 2 u 3, il-klassi tal-effiċjenza enerġetika u l-firxa tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika għandhom jintwerew kif indikat fl-Illustrazzjoni 1, f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet li ġejjin:
(a)għandha tintuża vleġġa, bl-ittra tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika ġo fiha, 100% bajda, Calibri Bold u d-daqs tat-tipa jkun mill-inqas bħall-prezz, meta jintwera l-prezz;
(b)il-kulur tal-vleġġa għandu jaqbel mal-klassi tal-effiċjenza enerġetika;
(c)il-firxa tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika disponibbli għandha tkun 100% sewda;
(d)id-daqs għandu jkun tali li l-vleġġa tkun viżibbli u leġibbli b’mod ċar. L-ittra fil-vleġġa tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika għandha titqiegħed fiċ-ċentru tal-parti rettangolari tal-vleġġa, b’burdura ta’ 0,5 pt 100% sewda madwar il-vleġġa u l-ittra tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika.
B’deroga, jekk ir-reklam viżiv, il-materjal promozzjonali tekniku jew il-bejgħ mill-bogħod ibbażat fuq il-karta jkunu stampati b’kulur wieħed, il-vleġġa f’dak ir-reklam viżiv, il-materjal promozzjonali jew il-bejgħ mill-bogħod ibbażat fuq il-karta, jista’ jkollha kulur wieħed.
Illustrazzjoni 1: Vleġġa lejn ix-xellug bil-kulur/b’kulur wieħed, bil-firxa tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika indikata
5.Il-bejgħ mill-bogħod ibbażat fuq it-telepromozzjoni għandu jinforma b’mod speċifiku lill-konsumatur dwar il-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-prodott u dwar il-firxa tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika disponibbli fuq it-tikketta, u l-konsumatur għandu jingħata l-possibbiltà ta’ aċċess għat-tikketta sħiħa u għall-folju tal-informazzjoni dwar il-prodott fuq sit web b’aċċess bla ħlas, jew billi jitlob kopja stampata.
6.Għas-sitwazzjonijiet kollha msemmija fil-punti 1, 2, 3 u 5, il-konsumatur għandu jkollu l-possibbiltà li jitlob u jikseb kopja stampata tat-tikketta u tal-folju tal-informazzjoni dwar il-prodott.
ANNESS VIII
Informazzjoni li trid tingħata fil-każ tal-bejgħ mill-bogħod fuq l-internet
1.It-tikketta xierqa li l-fornituri jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku f’konformità mal-Artikolu 3(1), il-punt (g), għandha tintwera fuq il-mekkaniżmu tal-iskrin viċin il-prezz tal-prodott. Id-daqs għandu jkun tali li t-tikketta tidher u tinqara sew u għandu jkun proporzjonat għad-daqs speċifikat fl-Anness III. It-tikketta tista’ tintwera bi skrin ġo skrin u f’dak il-każ, l-immaġni użata biex tiġi aċċessata t-tikketta għandha tkun konformi mal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fil-punt 2 ta’ dan l-Anness. Jekk jintuża skrin ġo skrin, it-tikketta għandha tidher mal-ewwel għafsa tal-maws, meta jiċċaqlaq il-maws jew meta l-immaġni titkabbar fuq l-iskrin tattili.
2.Fil-każ ta’ skrin ġo skrin, l-immaġni użata biex tiġi aċċessata t-tikketta, kif turi l-Illustazzjoni 2, għandha:
(a)tkun vleġġa li jkollha l-istess kulur bħal tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-prodott murija fuq it-tikketta;
(b)tindika l-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-prodott fuq il-vleġġa, 100% bajda, Calibri Bold u b’daqs tat-tipa bħall-prezz;
(c)turi l-firxa tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika disponibbli, 100% sewda;
(d)ikollha wieħed minn dawn il-formati li ġejjin, u d-daqs tagħha għandu jkun tali li l-vleġġa tkun tidher u tinqara b’mod ċar. L-ittra fil-vleġġa tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika għandha titqiegħed fiċ-ċentru tal-parti rettangolari tal-vleġġa, b’burdura viżibbli 100 % sewda madwar il-vleġġa u l-ittra tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika:
Illustrazzjoni 2: Vleġġa lejn ix-xellug bil-kulur, bil-firxa tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika indikata
3.Fil-każ ta’ skrin ġo skrin, is-sekwenza kif tintwera t-tikketta għandha tkun kif ġej:
(a)l-immaġni msemmija fil-punt 2 ta’ dan l-Anness għandha tintwera fuq il-mekkaniżmu tal-iskrin viċin il-prezz tal-prodott;
(b)l-immaġni għandha twassal għat-tikketta kif stabbilit fl-Anness III;
(c)it-tikketta għandha tintwera mal-ewwel għafsa tal-maws, meta jiċċaqlaq il-maws jew meta l-immaġni titkabbar fuq l-iskrin tattili;
(d)it-tikketta għandha tintwera billi tinfetaħ pop-up, żbarra ġdida jew paġna ġdida fuq l-iskrin, jew bi skrin ġo skrin;
(e)biex it-tikketta titkabbar fuq l-iskrins tattili, għandhom japplikaw il-konvenzjonijiet tal-apparat għat-tkabbir tattili;
(f)it-tikketta għandha tkun tista’ titneħħa b’għażla ta’ għeluq jew b’xi mekkaniżmu standard ieħor ta’ għeluq;
(g)il-kliem alternattiv tal-grafika, li jrid jidher jekk it-tikketta ma tidhirx, għandu jkun il-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-prodott, muri bl-istess daqs tat-tipa bħall-prezz.
4.Il-folju elettroniku tal-informazzjoni dwar il-prodott li l-fornituri jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku f’konformità mal-Artikolu 3(1), il-punt (h), għandu jintwera fuq il-mekkaniżmu tal-iskrin qrib il-prezz tal-prodott. Id-daqs ta’ dan il-folju tal-informazzjoni dwar il-prodott għandu jkun tali li l-informazzjoni tkun viżibbli u leġibbli b’mod ċar. Il-folju tal-informazzjoni dwar il-prodott jista’ jintwera bi skrin ġo skrin jew b’referenza għall-bażi tad-data tal-prodotti u f’dak il-każ, il-link li tintuża għall-aċċess għall-folju tal-informazzjoni dwar il-prodott għandha tindika b’mod ċar u leġibbli “Folju tal-informazzjoni dwar il-prodott”. Jekk jintuża skrin ġo skrin, il-folju tal-informazzjoni dwar il-prodott għandu jidher mal-ewwel għafsa tal-maws, meta jiċċaqlaq il-maws jew meta l-immaġni titkabbar fuq l-iskrin tattili.
ANNESS IX
Proċedura ta’ verifika għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq
It-tolleranzi tal-verifika definiti f’dan l-Anness huma marbutin biss mal-verifika tal-valuri dikjarati mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u ma għandhomx jintużaw mill-fornitur bħala tolleranza permessa biex jiġu stabbiliti l-valuri inklużi fid-dokumentazzjoni teknika jew fl-interpretazzjoni ta’ dawk il-valuri, biex tinkiseb il-konformità jew biex b’xi mod ieħor tiġi komunikata prestazzjoni aħjar. Il-valuri u l-klassijiet ippubblikati fuq it-tikketta jew fil-folju tal-informazzjoni dwar il-prodott ma għandhomx ikunu aktar favorevoli għall-fornitur mill-valuri dikjarati fid-dokumentazzjoni teknika.
Meta mudell ikun ġie disinjat biex ikun kapaċi jinduna li qied jiġi ttestjat (eż. billi jagħraf il-kundizzjonijiet tat-test jew ċiklu tat-test), u biex jirreaġixxi b’mod speċifiku billi jbiddel awtomatikament il-prestazzjoni tiegħu waqt it-test biex jintlaħaq livell aktar favorevoli għal xi wieħed mill-parametri speċifikati f’dan ir-Regolament jew inkluż fid-dokumentazzjoni teknika jew f’xi dokumentazzjoni pprovduta, il-mudell u l-mudelli ekwivalenti kollha għandhom jitqiesu li mhumiex konformi.
L-EEI, id-durabbiltà tal-batterija f’ċikli u durabbiltà tal-batterija għal kull ċiklu għall-verifika tal-konformità għandhom jiġu kkalkulati bil-verżjoni tas-sistema operatorja installata fuq l-unità(jiet) fid-data tat-tqegħid tagħhom fis-suq.
Bħala parti mill-verifika tal-konformità ta’ mudell ta’ prodott mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw din il-proċedura li ġejja:
(1)L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jivverifikaw unità waħda tal-mudell skont il-punti 2(a), (b) u (c), ħlief għat-testijiet tal-waqgħat liberi ripetuti, meta għandhom jivverifikaw ħames unitajiet ta’ mudell skont il-punt 2(d), u ħlief għad-durabbiltà tal-batterija f’ċikli, meta għandhom jivverifikaw ħames unitajiet ta’ mudell skont il-punt 2(e).
(2)Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli, jekk:
(a)il-valuri mogħtija fid-dokumentazzjoni teknika skont l-Artikolu 3(3) tar-Regolament (UE) 2017/1369 (il-valuri dikjarati), u, meta applikabbli, il-valuri użati għall-kalkolu ta’ dawk il-valuri, ma jkunux aktar favorevoli għall-fornitur mill-valuri korrispondenti mogħtija fir-rapporti tat-testijiet;
(b)il-valuri ppubblikati fuq it-tikketta jew fil-folju tal-informazzjoni dwar il-prodott ma jkunux aktar favorevoli għall-fornitur mill-valuri dikjarati, u l-klassi tal-effiċjenza enerġetika indikata, il-klassi tal-affidabbiltà wara waqgħat liberi ripetuti u l-klassi tar-riparabbiltà ma jkunux aktar favorevoli għall-fornitur mill-klassi determinata bil-valuri dikjarati;
(c)meta l-awtoritajiet tal-Istati Membri jittestjaw l-unità tal-mudell, il-valuri determinati (jiġifieri l-valuri tal-parametri rilevanti kif imkejla waqt it-testijiet u l-valuri kkalkulati minn dak il-kejl) ikunu konformi mat-tolleranzi tal-verifika rispettivi mogħtija fit-Tabella 10;
(d)meta l-awtoritajiet tal-Istati Membri jittestjaw ħames unitajiet tal-mudell għall-affidabbiltà wara waqgħat liberi ripetuti, il-valuri determinati (jiġifieri l-valuri tal-parametri rilevanti kif imkejla waqt it-testijiet u l-valuri kkalkulati minn dak il-kejl) ikunu konformi mar-rata ta’ suċċess rispettiva mogħtija fit-Tabella 9;
(e)meta l-awtoritajiet tal-Istati Membri jittestjaw ħames unitajiet tal-mudell għad-durabbiltà tal-batterija f’ċikli, il-medja aritmetika tal-valuri determinati (jiġifieri l-valuri tal-parametri rilevanti kif imkejla waqt l-ittestjar u l-valuri kkalkolati minn dak il-kejl) ikunu konformi mat-tolleranzi tal-verifika rispettivi mogħtija fit-Tabella 10.
(3)Jekk ma jinkisbux ir-riżultati msemmija fil-punti 2(a), (b) u (e), il-mudell u l-mudelli ekwivalenti kollha għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma’ dan ir-Regolament.
(4)Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 2(c), l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jagħżlu tliet unitajiet oħra tal-istess mudell biex jiġu ttestjati, ħlief għar-riżultat tal-indiċi tar-riparabbiltà. Inkella, it-tliet unitajiet l-oħra magħżula jistgħu jkunu ta’ xi wieħed jew aktar mill-mudelli ekwivalenti. Dwar l-indiċi tar-riparabbiltà, jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 2(c), l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jagħżlu unità oħra tal-istess mudell biex tiġi ttestjata.
(5)Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 2(d), l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jagħżlu ħames unitajiet oħra tal-istess mudell biex jiġu ttestjati. Inkella, il-ħames unitajiet l-oħra magħżula jistgħu jkunu ta’ xi wieħed jew aktar mill-mudelli ekwivalenti.
(6)Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk għat-tliet unitajiet ittestjati skont il-punt 4, meta applikabbli, il-medja aritmetika tal-valuri determinati tkun konformi mat-tolleranzi rispettivi mogħtija fit-Tabella 10, ħlief għar-riżultat tal-indiċi tar-riparabbiltà, meta l-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk il-valur determinat ikun konformi mat-tolleranza rispettiva mogħtija fit-Tabella 10.
(7)Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk f’dawn il-ħames unitajiet ittestjati skont il-punt 5, meta applikabbli, ir-rata ta’ suċċess tkun konformi mal-valuri rispettivi mogħtija fit-Tabella 11.
(8)Jekk ma jinkisbux ir-riżultati msemmija fil-punti 6 jew 7, il-mudell u l-mudelli ekwivalenti kollha għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma’ dan ir-Regolament, ħlief għar-riżultat tal-indiċi tar-riparabbiltà, meta l-mudell għandu jitqies li mhux konformi ma’ dan ir-Regolament.
(9)Wara li tittieħed deċiżjoni dwar in-nuqqas ta’ konformità tal-mudell skont il-punti 3 jew 8 jew it-tieni paragrafu ta’ dan l-Anness, l-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jipprovdu kull informazzjoni rilevanti lill-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.
L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw il-metodi tal-kejl u tal-kalkolu stabbiliti fl-Anness IV.
L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw biss it-tolleranzi tal-verifika stabbiliti fit-Tabella 10 u r-rata ta’ suċċess stabbilita fit-Tabella 11, u għandhom jużaw biss il-proċedura stabbilita fil-punti 1 sa 9 għar-rekwiżiti msemmija f’dan l-Anness. Għall-parametri tat-Tabella 10, ma għandha tiġi applikata l-ebda tolleranza oħra, lanqas dawk stabbiliti fi standards armonizzati jew fi xi metodu ieħor tal-kejl.
Tabella 10: Tolleranzi tal-verifika għall-parametri mkejla
|
Parametri
|
Tolleranzi tal-verifika
|
|
Durabbiltà tal-batterija għal kull ċiklu (ENDapparat [h])
|
Il-valura determinat ma għandux ikun aktar minn 3 % inqas mill-valur dikjarat.
|
|
Durabbiltà tal-batterija f’ċikli – konfigurazzjonijiet prestabbiliti [ċikli]
|
Il-valura determinat ma għandux ikun aktar minn 20 ċiklu inqas mill-valur dikjarat.
|
|
Kapaċità nominali tal-batterija (Ceom [mAh])
|
Il-valura determinat ma għandux ikun aktar minn 10% iżjed mill-valur dikjarat.
|
|
Vultaġġ nominali [V]
|
Il-valura determinat ma għandux ikun aktar minn 2% iżjed mill-valur dikjarat.
|
|
Vultaġġ finali għat-test tad-durabbiltà tal-batterija f’ċikli [V]
|
Il-valura determinat ma għandux ikun aktar minn 2% iżjed mill-valur dikjarat.
|
|
Indiċi tar-riparabbiltà (R)
|
Il-valur determinat ma għandux ikun aktar minn 4% inqas mill-valur dikjarat.
|
a fil-każ ta’ tliet unitajiet addizzjonali ttestjati kif preskritt fir-raba’ paragrafu, il-punt (4), il-valur determinat ifisser il-medja aritmetika tal-valuri dikjarati għal dawn it-tliet unitajiet addizzjonali.
Tabella 11: Rati ta’ suċċess għar-reżistenza għall-waqgħat inċidentali
|
Parametri
|
Tolleranzi tar-rata ta’ suċċess
|
|
Reżistenza għall-waqgħat inċidentali
|
Il-valur determinat li jikkorrispondi għall-valur dikjarat għandu jintlaħaq minn mill-inqas 80% tal-unitajiet ittestjati.
|