ANNESS I
IL-FUNZJONI TAD-DISINN TAN-NETWERK EWROPEW TAR-ROTOT
PARTI A
Għan u ambitu
1.L-għan tal-funzjoni tad-Disinn tan-Netwerk Ewropew tar-Rotot (ERND) huwa:
a)li tiżviluppa u timplimenta Pjan ta’ Titjib tan-Netwerk Ewropew tar-Rotot għall-operat sikur u effiċjenti tat-traffiku tal-ajru, li jqis kif xieraq l-impatt ambjentali;
b)li tiffaċilita, fil-qafas tal-Pjan ta’ Titjib tan-Netwerk Ewropew tar-Rotot, l-iżvilupp ta’ struttura tal-ispazju tal-ajru li toffri l-livell mitlub ta’ sikurezza, kapaċità, flessibbiltà, kapaċità ta’ reazzjoni, prestazzjoni ambjentali u forniment bla xkiel ta’ servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru fil-pront, filwaqt li jitqiesu kif xieraq il-ħtiġijiet tas-sigurtà u tad-difiża;
c)li tiżgura l-konnettività u l-interoperabbiltà reġjonali tan-Netwerk Ewropew tar-Rotot fir-reġjun EUR tal-ICAO u mar-reġjuni tal-ICAO tal-madwar.
2.Il-Pjan ta’ Titjib tan-Netwerk Ewropew tar-Rotot huwa pjan rikorrenti stabbilit mill-Maniġer tan-Netwerk f’koordinazzjoni mal-Istati Membri u mal-partijiet ikkonċernati operazzjonali. Il-pjan jinkludi r-riżultat tal-attivitajiet operazzjonali tiegħu, fil-medda l-qasira u dik medja, fuq id-disinn tan-netwerk tar-rotot, skont il-prinċipji ta’ gwida tal-Pjan Strateġiku tan-Netwerk. Għandu jirrifletti l-elementi kollha meħtieġa biex jiġi żgurat li l-ispazju tal-ajru Ewropew ikun iddisinjat bħala entità waħdanija, u għandu jilħaq il-miri ta’ prestazzjoni tal-Unjoni kollha stabbiliti għall-Maniġer tan-Netwerk fl-iskema ta’ prestazzjoni.
3.Il-Pjan ta’ Titjib tan-Netwerk Ewropew tar-Rotot għandu jkun il-parti tal-Pjan ta’ Operazzjonijiet tan-Netwerk speċifika għall-ERND, u għandu jinkludi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tal-parti tal-Pjan Strateġiku tan-Netwerk speċifika għall-ERND.
4.Il-Pjan ta’ Titjib tan-Netwerk Ewropew tar-Rotot għandu jinkludi:
a)prinċipji ġenerali komuni flimkien ma’ speċifikazzjonijiet tekniċi għad-disinn tal-ispazju tal-ajru;
b)rekwiżiti militari għall-użu tal-ispazju tal-ajru;
c)in-Netwerk Ewropew tar-Rotot, u fejn ikun vijabbli, strutturi tal-ispazju tal-ajru b’rotot liberi ddisinjati biex jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha tal-utent, b’dettalji li jkopru l-bidliet kollha fl-ispazju tal-ajru;
d)regoli tal-użu u disponibbiltà tan-netwerk tar-rotot, kif ukoll tal-ispazju tal-ajru b’rotot liberi;
e)tqassim tal-ispazju tal-ajru f’setturi ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru (ATC) b’appoġġ għall-ispazju tal-ajru tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru (ATS);
f)proċeduri għall-ġestjoni tal-ispazju tal-ajru;
g)skeda ta’ żmien iddettaljata għall-iżvilupp ta’ bidliet fid-disinn tal-ispazju tal-ajru;
h)il-kalendarju għal pubblikazzjoni u ċiklu tal-implimentazzjoni komuni tal-bidliet fl-istrutturi tal-ispazju tal-ajru u fir-regoli tal-użu tagħhom, permezz tal-Pjan ta’ Operazzjonijiet tan-Netwerk;
i)rapport fil-qosor tal-qagħda attwali u mistennija tan-netwerk, inkluż il-prestazzjoni mistennija abbażi ta’ pjanijiet attwali u miftiehma għad-disinn tal-ispazju tal-ajru.
PARTI B
Proċedura għall-iżvilupp tal-Pjan ta’ Titjib tan-Netwerk Ewropew tar-Rotot
1.Il-Maniġer tan-Netwerk, l-Istati Membri, l-utenti tal-ispazju tal-ajru, u l-fornituri ta’ servizz tan-navigazzjoni bl-ajru, sew jekk jaġixxu bħala parti minn blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali sew jekk jaġixxu individwalment, għandhom jiżviluppaw il-Pjan ta’ Titjib tan-Netwerk Ewropew tar-Rotot permezz ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet b’mod kooperattiv kif imsemmi fl-Artikolu 15. Għandhom japplikaw il-prinċipji ta’ disinn tal-ispazju tal-ajru stabbiliti fil-Parti C ta’ dan l-Anness.
2.It-teħid ta’ deċiżjonijiet b’mod kooperattiv għandu jimxi ma’ arranġamenti ta’ ħidma ddettaljati u ma’ proċessi għal operazzjonijiet li jridu jiġu stabbiliti fil-livell tal-esperti mill-Maniġer tan-Netwerk, inkluża d-dimensjoni ċivili u militari. Dawk l-arranġamenti ta’ ħidma għandhom jiġu żviluppati wara konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati kollha. L-arranġamenti ta’ ħidma għandhom isiru f’intervalli regolari sabiex jirriflettu l-bżonnijiet tal-funzjoni tad-Disinn tal-Netwerk Ewropew tar-Rotot.
3.Sabiex tiġi żgurata l-konnettività xierqa tal-Pjan ta’ Titjib tan-Netwerk Ewropew tar-Rotot, il-Maniġer tan-Netwerk u l-Istati Membri għandhom jinkludu lill-pajjiżi terzi fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet b’mod kooperattiv, skont l-Artikolu 24. Għandha tkun żgurata kooperazzjoni xierqa bejn, fuq naħa, il-Maniġer tan-Netwerk u l-arranġamenti ta’ ħidma ddettaljati fil-livell tal-esperti li jappoġġaw l-iżvilupp tal-Pjan ta’ Titjib tan-Netwerk Ewropew tar-Rotot, u fuq in-naħa l-oħra, l-arranġamenti ta’ ħidma fil-livell tal-esperti tal-ICAO rilevanti li jkopru t-titjib fin-netwerk tar-rotot fl-interfaċċa.
4.Il-proġetti ta’ disinn tal-ispazju tal-ajru għandhom ikunu kompatibbli u konsistenti mal-Pjan ta’ Titjib tan-Netwerk Ewropew tar-Rotot. Minn tal-anqas il-bidliet li ġejjin għall-proġetti ta’ disinn tal-ispazju tal-ajru jirrikjedu verifika tal-kompatibbiltà, u jeħtieġ li jkunu nnotifikati lill-Maniġer tan-Netwerk:
a)bidliet fl-allinjament tar-rotot;
b)bidliet fid-direzzjoni tar-rotot;
c)bidliet fl-għan tar-rotot;
d)deskrizzjoni tal-ispazju tal-ajru b’rotot liberi, inkluż regoli tal-użu assoċjati;
e)regoli tal-użu u disponibbiltà tar-rotot;
f)bidliet fil-konfini settorjali vertikali jew orizzontali;
g)żieda jew tneħħija ta’ punti sinifikanti;
h)bidliet fl-użu tal-ispazju tal-ajru transfruntiera;
i)bidliet fil-koordinati ta’ punti sinifikanti;
j)bidliet li jaffettwaw it-trasferiment tad-data;
k)bidliet li jaffettwaw id-data ppubblikata f’pubblikazzjonijiet ta’ informazzjoni ajrunawtika;
l)bidliet li jaffettwaw l-ittri ta’ ftehim fir-rigward tad-disinn u l-użu tal-ispazju tal-ajru.
5.Il-Pjan ta’ Titjib tan-Netwerk Ewropew tar-Rotot għandu jiġi rieżaminat kontinwament matul l-operat tiegħu sabiex jitqiesu d-domandi ġodda jew li qed jinbidlu tal-ispazju tal-ajru. F’dak il-proċess ta’ rieżami, għandha tiġi żgurata koordinazzjoni kontinwa mal-awtoritajiet militari.
PARTI C
Prinċipji tad-disinn tal-ispazju tal-ajru
1.Meta jkunu qegħdin ifasslu l-Pjan ta’ Titjib tan-Netwerk Ewropew tar-Rotot, il-Maniġer tan-Netwerk, l-Istati Membri u l-fornituri ta’ servizz tan-navigazzjoni bl-ajru, sew jekk jaġixxu bħala parti minn blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali sew jekk jaġixxu individwalment, għandhom iżommu, permezz tat-teħid ta’ deċiżjonijiet b’mod kooperattiv, mal-prinċipji ta’ disinn tal-ispazju tal-ajru li ġejjin:
a)l-istabbiliment u l-konfigurazzjoni tal-istrutturi tal-ispazju tal-ajru għandhom jissejsu fuq rekwiżiti operazzjonali, irrispettivament mill-fruntieri nazzjonali jew tal-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali jew mill-konfini tar-Reġjuni ta’ Informazzjoni dwar it-Titjir (FIR), u ma għandhomx ikunu ristretti mil-livell ta’ tqassim bejn l-ispazju tal-ajru ta’ fuq u dak ta’ isfel;
b)id-disinn tal-istrutturi tal-ispazju tal-ajru għandu jissejjes fuq proċess trasparenti li jippermetti li ssir konsultazzjoni dwar id-deċiżjonijiet meħuda u li jkun hemm fehim tal-ġustifikazzjonijiet tagħhom, u għandu jqis ir-rekwiżiti tal-utenti kollha filwaqt li jiġu rrikonċiljati l-aspetti ta’ sikurezza, tal-kapaċità u dawk ambjentali, u filwaqt li jitqiesu kif xieraq il-ħtiġijiet militari u ta’ sigurtà nazzjonali;
c)id-domanda tat-traffiku attwali u dik imbassra, fil-livell tan-netwerk u f’dak lokali, kif ukoll il-miri ta’ prestazzjoni, għandhom ilaħħmu l-Pjan ta’ Titjib tan-Netwerk Ewropew tar-Rotot, bil-għan li jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tal-flussi tat-traffiku u tal-ajruporti ewlenin;
d)l-iżgurar tal-konnettività vertikali u orizzontali, inkluż l-ispazju tal-ajru tat-terminal u l-istruttura tal-ispazju tal-ajru fl-interfaċċa;
e)il-possibbiltà li t-titjiriet joperaw tul ir-rotot u l-profili tat-titjiriet mitluba mill-utent, jew kemm jista’ jkun fil-qrib tagħhom, fil-fażi tat-titjir ta’ waqt ir-rotta;
f)l-aċċettazzjoni għall-valutazzjoni u l-iżvilupp possibbli tal-proposti kollha dwar l-istrutturi tal-ispazju tal-ajru, inkluż l-Ispazju tal-Ajru b’Rotot Liberi, l-għażliet ta’ rotot multipli u r-Rotot Kundizzjonali (CDRs), li jaslu mingħand il-partijiet ikkonċernati b’rekwiżit operazzjonali f’dik iż-żona;
g)id-disinn tal-istrutturi tal-ispazju tal-ajru, inkluż l-Ispazju tal-Ajru b’Rotot Liberi u s-setturi tal-ATC, għandu jqis l-istrutturi tal-ispazju tal-ajru eżistenti jew proposti li jkunu maħsubin għal attivitajiet li jeżiġu prenotazzjoni tal-ispazju tal-ajru jew restrizzjoni fuqu. Għal dak il-għan, għandhom jiġu stabbiliti biss tali strutturi li huma konformi mal-applikazzjoni tal-Użu Flessibbli tal-Ispazju tal-Ajru (FUA). Tali strutturi għandhom ikunu armonizzati u konsistenti bl-akbar mod possibbli fin-netwerk Ewropew kollu;
h)l-iżvilupp tad-disinn tas-settur tal-ATC għandu jibda bl-allinjamenti meħtieġa tar-rotta jew tal-fluss tat-traffiku fi ħdan proċess iterattiv li jiżgura l-kompatibbiltà bejn ir-rotot jew il-flussi u s-setturi;
i)is-setturi tal-ATC għandhom ikunu ddisinjati b’mod li jippermettu l-bini ta’ konfigurazzjonijiet tas-setturi li jissodisfaw il-flussi tat-traffiku, u li jkunu proporzjonati għad-domanda tat-traffiku varjabbli u jkunu jistgħu jiġu adattati għaliha;
j)f’każijiet fejn, għal raġunijiet operazzjonali, is-setturi tal-ATC jirrikjedu li jkunu ddisinjati b’mod transfruntiera jew b’mod li jaqsam il-konfini tal-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali jew tal-FIR, għandhom jiġu stabbiliti ftehimiet dwar il-forniment tas-servizzi fost il-partijiet ikkonċernati operazzjonali inkwistjoni.
2.Il-Maniġer tan-Netwerk, l-Istati Membri, il-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali u l-fornituri ta’ servizz tan-navigazzjoni bl-ajru (b’dawn tal-aħħar jaġixxu sew bħala parti minn blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali sew individwalment) għandhom jiżguraw, permezz tat-teħid ta’ deċiżjonijiet b’mod kooperattiv, li l-prinċipji li ġejjin japplikaw għall-użu tal-ispazju tal-ajru u għall-ġestjoni tal-kapaċità:
a)l-istrutturi tal-ispazju tal-ajru għandhom ikunu ppjanati b’mod li jiffaċilitaw użu u ġestjoni flessibbli f’waqthom tal-ispazju tal-ajru f’dak li għandu x’jaqsam mal-possibbiltajiet tar-rotot, mal-flussi tat-traffiku, mal-iskemi ta’ konfigurazzjoni tas-setturi u mal-konfigurazzjoni ta’ strutturi oħra tal-ispazju tal-ajru;
b)l-istrutturi tal-ispazju tal-ajru għandhom jakkomodaw l-istabbiliment ta’ għażliet ta’ rotot addizzjonali, filwaqt li tiġi żgurata l-kompatibbiltà tagħhom mal-kunsiderazzjonijiet dwar il-kapaċità eżistenti u mal-limitazzjonijiet tad-disinn tas-setturi.
PARTI D
Monitoraġġ kontinwu tal-kisbiet tal-prestazzjoni fil-livell tan-netwerk
1.Sabiex jiġi żgurat it-titjib regolari tal-prestazzjoni, il-Maniġer tan-Netwerk għandu jwettaq rieżami regolari wara l-operazzjonijiet tal-effettività tal-istrutturi tal-ispazju tal-ajru implimentati, permezz tat-teħid ta’ deċiżjonijiet b’mod kooperattiv.
2.Dan ir-rieżami għandu jinkludi, b’mod partikulari:
a)l-evoluzzjoni fid-domanda tat-traffiku;
b)il-prestazzjoni u l-limiti marbutin mal-kapaċità u mal-effiċjenza tat-titjiriet fil-livell tal-Istat, tal-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali, jew tan-netwerk;
c)l-evalwazzjoni tal-aspetti tal-użu tal-ispazju tal-ajru kemm mil-lat ċivili kif ukoll mil-lat militari;
d)l-evalwazzjoni tat-tqassim f’setturi u tal-konfigurazzjonijiet tas-setturi użati;
e)l-evalwazzjoni tal-integrità u tal-kontinwità tal-istrutturi tal-ispazju tal-ajru.
ANNESS II
IL-FUNZJONI TAL-ĠESTJONI TAL-FLUSS TAT-TRAFFIKU TAL-AJRU
PARTI A
Għan u ambitu
1.L-għan tal-funzjoni tal-Ġestjoni tal-Fluss tat-Traffiku tal-Ajru (ATFM) huwa:
a)li tiżgura l-kisba ta’ użu effiċjenti tal-kapaċità disponibbli tan-netwerk Ewropew tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (EATMN);
b)li tiffaċilita l-ippjanar, il-koordinazzjoni u t-twettiq tal-miżuri tal-AFTM meħudin mill-partijiet ikkonċernati operazzjonali kollha;
c)li tiffaċilita l-akkomodazzjoni ta’ ħtiġijiet militari u ta’ risposti ta’ ġestjoni ta’ kriżi;
d)li tiżgura l-konnettività u l-interoperabbiltà reġjonali tan-netwerk Ewropew fir-Reġjun EUR tal-ICAO u mar-reġjuni tal-ICAO tal-madwar.
2.Il-proċeduri tal-ATFM u ta’ kontinġenza msemmija fil-punt 15 tal-Parti B ta’ dan l-Anness għandhom jiżguraw prevedibbiltà aħjar tat-traffiku, u jottimizzaw il-kapaċità disponibbli tal-EATMN (inkluż fl-ajruporti), filwaqt li jimmiraw lejn iż-żieda tal-konsistenza bejn is-slots tal-ajruporti u l-pjanijiet tat-titjir.
3.Il-funzjoni tal-ATFM għandha timxi ma’ arranġamenti ta’ ħidma ddettaljati għall-implimentazzjoni tal-miżuri tal-ATFM. Il-partijiet ikkonċernati operazzjonali kollha involuti għandhom jirrispettaw ir-regoli u l-proċeduri li jiżguraw li l-kapaċità tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru tintuża b’mod sikur u sal-massimu possibbli;
4.Il-funzjoni tal-ATFM għandha tkopri l-fażijiet kollha tal-AFTM (il-fażijiet strateġiċi, pretattiċi, tattiċi u ta’ wara l-operazzjonijiet) kif identifikati fid-dispożizzjonijiet tal-ICAO msemmija fl-Appendiċi. Għandha tkun konformi ma’ dawn id-dispożizzjonijiet tal-ICAO.
5.Il-funzjoni tal-AFTM għandha tapplika għall-partijiet li ġejjin, jew għall-aġenti li jaġixxu f’isimhom, involuti fil-proċessi tal-ATFM:
a)l-operaturi tal-inġenji tal-ajru;
b)il-fornituri ta’ servizz tat-traffiku tal-ajru (ATS), inkluż l-unitajiet tal-ATS, l-uffiċċji ta’ rappurtar tal-ATS, u l-unitajiet ta’ servizz ta’ kontroll tal-ajrudrom;
c)il-fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni ajrunawtika;
d)l-entitajiet involuti fil-ġestjoni tal-ispazju tal-ajru;
e)l-operaturi tal-ajruporti;
f)l-unità ċentrali għall-ATFM, operata mill-Maniġer tan-Netwerk;
g)l-unitajiet lokali tal-ATFM, kif imsemmi fil-punt 6 tal-Parti A ta’ dan l-Anness;
h)il-koordinaturi tas-slots fl-ajruporti kkoordinati.
6.“Unità lokali tal-ATFM” tfisser entità ta’ ġestjoni tal-fluss li topera f’isem entità ta’ ġestjoni tal-fluss waħda jew iktar, bħala l-interfaċċa bejn l-unità ċentrali għall-ATFM u unità tal-ATS jew grupp ta’ unitajiet tal-ATS. Tista’ topera fil-livell tal-unità tal-ATS, fil-livell nazzjonali, fil-livell tal-blokka tal-ispazju tal-ajru funzjonali, jew fi kwalunkwe livell ieħor subreġjonali;
7.L-unitajiet lokali tal-ATFM u l-Maniġer tan-Netwerk, permezz tal-unità ċentrali għall-ATFM tiegħu, għandhom jappoġġaw it-twettiq tal-funzjoni tal-AFTM.
PARTI B
Prinċipji operazzjonali u ta’ ppjanar
1.Il-Maniġer tan-Netwerk u l-partijiet ikkonċernati operazzjonali għandhom jippjanaw u jwettqu l-kompiti b’appoġġ għall-funzjoni tal-AFTM:
a)għall-fażijiet kollha tat-titjiriet kollha maħsubin biex joperaw, jew li joperaw, bħala traffiku tal-ajru ġenerali, u parzjalment jew għalkollox skont ir-Regoli tat-Titjir bl-Istrumenti (IFR);
b)il-fażijiet kollha tat-titjiriet kif imsemmi fil-punt (a), u tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru.
2.Għandhom jiġu żgurati kooperazzjoni u koordinazzjoni xierqa bejn l-arranġamenti ta’ ħidma tal-Maniġer tan-Netwerk li jappoġġaw il-funzjoni tal-ATFM, u l-arranġamenti ta’ ħidma rilevanti tal-ICAO li jkopru aspetti tal-ATFM fl-interfaċċi.
3.L-inġenji tal-ajru militari li joperaw bħala traffiku tal-ajru ġenerali għandhom ikunu soġġetti għall-miżuri tal-ATFM meta joperaw jew ikunu beħsiebhom joperaw fi spazju tal-ajru jew f’ajruporti fejn japplikaw miżuri tal-ATFM.
4.Il-funzjoni tal-ATFM għandha tkun irregolata mill-prinċipji li ġejjin:
a)il-miżuri tal-ATFM għandhom:
(I)jappoġġaw operazzjonijiet sikuri u jipprevjenu domanda eċċessiva tat-traffiku tal-ajru meta mqabbel mal-kapaċità ddikjarata tal-ATC tas-setturi u tal-ajrudromi, inkluż ir-runways;
(II)jużaw il-kapaċità tal-EATMN sal-massimu possibbli sabiex tiġi ottimizzata l-effiċjenza tal-EATMN u jitnaqqsu kemm jista’ jkun l-effetti negattivi fuq l-operaturi;
(III)jottimizzaw il-kapaċità tal-EATMN li ssir disponibbli bl-iżvilupp u bl-applikazzjoni ta’ miżuri ta’ tisħiħ tal-kapaċità min-naħa tal-unitajiet tal-ATS;
(IV)jappoġġaw il-ġestjoni ta’ avvenimenti kritiċi;
b)l-allokazzjoni tas-slots tat-tluq tal-ATFM għandha tagħti prijorità lit-titjiriet skont l-ordni tad-dħul ippjanat tagħhom fil-post fejn tkun se tapplika l-miżura tal-ATFM, għajr jekk ċirkustanzi speċifiċi, bħal dawk li jitnisslu minn ħtiġijiet ta’ sigurtà u ta’ difiża, ikunu jeħtieġu l-applikazzjoni ta’ regola ta’ prijorità differenti, li tkun maqbula u li tkun ta’ ġid għall-EATMN;
c)il-ħinijiet tat-trajettorja fil-fażijiet ta’ ppjanar u ta’ twettiq għandhom ikunu konsistenti ma’ kwalunkwe miżura tal-ATFM li tiġi applikata, u l-Maniġer tan-Netwerk għandu jikkomunikahom lill-operaturi tal-inġenji tal-ajru, lill-unitajiet tal-ATS u lill-unitajiet lokali tal-ATFM;
d)it-titjiriet li jitilqu miż-żona ġeografika fejn jiġu applikati miżuri tal-ATFM u minn Reġjuni ta’ Informazzjoni dwar it-Titjir tal-madwar kif deskritt fid-dokumentazzjoni rilevanti tal-ICAO għandhom ikunu soġġetti għall-allokazzjoni ta’ slots mill-ATFM. It-titjiriet li jitilqu minn żoni oħra għandhom ikunu eżentati mill-allokazzjoni ta’ slots mill-ATFM, iżda għandhom ikunu soġġetti għal limiti fir-rotot, fl-iskemi ta’ orjentazzjonijiet tat-traffiku u fil-ħinijiet tat-trajettorja.
5.L-Istati Membri għandhom jiżguraw:
a)li l-funzjoni tal-ATFM tkun disponibbli għall-partijiet inkwistjoni 24 siegħa kuljum, u li l-unità lokali tal-ATFM, b’mod esklużiv, tkopri żona deżinjata fir-rigward tal-ispazju tal-ajru taħt ir-responsabbiltà tagħhom fiż-żona ġeografika fejn jiġu applikati l-miżuri tal-ATFM;
b)li jiġu stabbiliti proċeduri konsistenti għall-kooperazzjoni fost il-partijiet involuti fil-funzjoni tal-ATFM, l-unitajiet tal-ATS u l-entitajiet involuti fil-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru, sabiex jiġu żgurati l-allokazzjoni effiċjenti tal-ippjanar tal-ispazju tal-ajru u l-użu effiċjenti tiegħu, kif ukoll ir-rabtiet diretti bejn il-ġestjoni tal-ispazju tal-ajru u l-ATFM;
c)li l-proċeduri komuni biex tintalab eżenzjoni minn slot tat-tluq tal-ATFM ikunu skont id-dispożizzjonijiet tal-ICAO msemmija fl-Appendiċi. Dawk il-proċeduri għandhom jiġu kkoordinati mal-Maniġer tan-Netwerk permezz tal-unità ċentrali tiegħu għall-ATFM, u għandhom jiġu ppubblikati fil-pubblikazzjonijiet nazzjonali ta’ informazzjoni ajrunawtika.
6.Il-Maniġer tan-Netwerk għandu:
a)jottimizza l-prestazzjoni ġenerali tal-EATMN permezz tal-ippjanar, il-koordinazzjoni u l-implimentazzjoni tal-miżuri tal-ATFM miftiehma, inkluż għal pjanijiet ta’ tranżizzjoni għad-dħul fis-servizz ta’ titjib importanti fis-sistemi tal-ispazju tal-ajru jew tal-ATM, kif ukoll għall-maltemp, permezz tat-teħid ta’ deċiżjonijiet b’mod kooperattiv;
b)jikkonsulta mal-operaturi dwar id-definizzjoni tal-miżuri tal-ATFM;
c)jikkonkludi arranġamenti ta’ ħidma mal-unitajiet lokali tal-ATFM;
d)jiżgura l-iżvilupp, id-disponibbiltà u l-implimentazzjoni effettiva tal-miżuri tal-ATFM (għall-fażijiet kollha tal-ATFM), flimkien mal-unitajiet lokali tal-ATFM; fejn tali miżuri tal-ATFM ikollhom impatt usa’ fuq in-netwerk, il-Maniġer tan-Netwerk għandu jistabbilixxi, permezz tat-teħid ta’ deċiżjonijiet b’mod kooperattiv, in-natura tal-miżuri tal-ATFM li jridu jiġu implimentati;
e)f’koordinazzjoni mal-unitajiet lokali tal-ATFM, jidentifika rotot alternattivi biex jiġu evitati jew imtaffija żoni konġestjonati, filwaqt li titqies il-prestazzjoni ġenerali tal-EATMN;
f)joffri rotta alternattiva lil dawk it-titjiriet li tottimizza l-effett tal-punt (e);
g)f’koordinazzjoni mal-unitajiet tal-ATS u mal-unitajiet lokali tal-ATFM, jiddetermina, jikkoordina u jiżgura l-implimentazzjoni ta’ miżuri xierqa bil-għan li jipprovdu l-kapaċità meħtieġa biex takkomoda d-domanda tat-traffiku f’porzjonijiet rilevanti taż-żona taħt ir-responsabbiltà tagħhom;
h)jipprovdi informazzjoni f’waqtha dwar l-operazzjonijiet tal-ATFM lill-operaturi tal-inġenji tal-ajru, lill-unitajiet lokali tal-ATFM u lill-unitajiet tal-ATS, inkluż:
(I)miżuri ppjanati tal-ATFM;
(II)l-impatt tal-miżuri tal-ATFM fuq il-ħin tat-tlugħ u l-profil tat-titjir ta’ titjiriet individwali;
i)jimmonitorja l-okkorrenzi ta’ pjanijiet tat-titjir neqsin, kif ukoll ta’ pjanijiet tat-titjir multipli li jiġu rreġistrati;
j)jissospendi pjan tat-titjir fejn, fid-dawl tat-tolleranza tal-ħin, is-slot tat-tluq tal-ATFM ma jkunx jista’ jintlaħaq, u ħin stmat tat-tluq ġdid ma jkunx magħruf;
k)jimmonitorja l-għadd ta’ eżenzjonijiet mill-miżuri tal-ATFM li jkunu ngħataw;
l)jiżviluppa, jaġġorna u jippubblika pjanijiet ta’ kontinġenza li jiddefinixxu l-azzjonijiet li jridu jittieħdu mill-partijiet ikkonċernati operazzjonali rilevanti f’każ ta’ ħsara kbira ta’ komponent tal-funzjoni tal-ATFM fil-livell tan-netwerk li jkun jirriżulta fi tnaqqis sinifikanti fil-kapaċità jew tħarbit kbir fil-flussi tat-traffiku, jew it-tnejn li huma;
m)jaqsam mal-partijiet ikkonċernati operazzjonali kollha l-analiżijiet u l-evalwazzjonijiet kollha ta’ wara l-operazzjonijiet;
n)jippermetti t-tħejjija xierqa u l-prevedibbiltà tal-EATMN, jiżgura arranġamenti ta’ ħidma biex tinġabar informazzjoni f’waqtha u aġġornata dwar id-domanda tat-traffiku għall-fażijiet kollha tal-ATFM mill-utenti tal-ispazju tal-ajru, u jaqsam din l-informazzjoni mal-unitajiet lokali tal-ATFM.
7.L-unitajiet tal-ATS għandhom:
a)jikkoordinaw il-miżuri tal-ATFM, permezz tal-unità/unitajiet lokali tal-ATFM, flimkien mal-Maniġer tan-Netwerk sabiex jiġi żgurat li l-miżuri magħżula jimmiraw lejn l-ottimizzazzjoni tal-prestazzjoni ġenerali tal-EATMN;
b)jiżguraw li l-miżuri tal-ATFM applikati għall-ajruporti jiġu kkoordinati mal-operatur tal-ajruporti kkonċernat, sabiex tiġi żgurata l-effiċjenza fl-ippjanar u fl-użu tal-ajruport għall-ġid tal-partijiet ikkonċernati operazzjonali kollha inkwistjoni;
c)jinnotifikaw lill-Maniġer tan-Netwerk, permezz tal-unità lokali tal-ATFM, b’kull avveniment, inkluż il-pjanijiet ta’ tranżizzjoni għad-dħul fis-servizz ta’ titjib importanti fis-sistema tal-ispazju tal-ajru jew tal-ATM, kif ukoll sitwazzjonijiet ta’ maltemp, li kapaċi jolqtu ħażin il-kapaċità tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru, jew id-domanda tat-traffiku tal-ajru u miżuri proposti ta’ taffija;
d)jipprovdu lill-Maniġer tan-Netwerk u lill-unitajiet lokali tal-ATFM bid-data li ġejja u bl-aġġornamenti sussegwenti, sa fejn ikun teknikament vijabbli, f’waqthom u b’garanzija ta’ kwalità:
(I)l-istrutturi tal-ispazju tal-ajru u tar-rotot;
(II)id-disponibbiltà tal-ispazju tal-ajru u tar-rotot, inkluż id-disponibbiltà permezz tal-applikazzjoni ta’ użu flessibbli tal-ispazju tal-ajru skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2150/2005;
(III)il-konfigurazzjonijiet tas-setturi tal-unitajiet tal-ATS u l-attivazzjonijiet tagħhom;
(IV)il-ħinijiet tat-taxi fl-ajrudrom u l-konfigurazzjonijiet tar-runway;
(V)il-kapaċitajiet tas-setturi tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru, kif ukoll tal-ajrudromi, inkluż ir-runways;
(VI)il-pożizzjonijiet tat-titjir aġġornati;
(VII)id-devjazzjonijiet mill-pjanijiet tat-titjir;
(VIII)il-ħinijiet reali tat-tlugħ tat-titjiriet;
(IX)l-informazzjoni dwar id-disponibbiltà operazzjonali tal-infrastruttura ta’ Komunikazzjoni, Navigazzjoni u Sorveljanza (CNS) / ATM.
8.Id-data msemmija fil-paragrafu 7(d) għandha tkun disponibbli għall-Maniġer tan-Netwerk u għall-partijiet ikkonċernati operazzjonali u mingħandhom.
9.Biex tiġi żgurata l-prevedibbiltà tan-netwerk, l-unità tal-ATS fl-ajruport tat-tluq għandha tiżgura li t-titjiriet li ma jżommux mal-ħin stmat tat-tluq tagħhom ma jingħatawx approvazzjoni għat-tlugħ, fid-dawl tat-tolleranza tal-ħin stabbilita jew fid-dawl tal-pjan tat-titjir li jkun ġie miċħud jew sospiż.
10.L-unitajiet lokali tal-ATFM għandhom:
a)jaġixxu bħala punt ta’ kuntatt u interfaċċa bejn il-Maniġer tan-Netwerk li jipprovdi l-ATFM ċentrali, fuq naħa, u ż-żoni deżinjati u l-ajrudromi u l-unitajiet tal-ATS (militari u ċivili) assoċjati tagħhom fiż-żona taħt ir-responsabbiltà tagħhom, fuq in-naħa l-oħra, abbażi tar-rwoli u r-responsabbiltajiet miftiehma permezz ta’ arranġamenti ta’ ħidma xierqa mal-Maniġer tan-Netwerk;
b)jistabbilixxu proċeduri lokali xierqa skont mal-proċeduri stabbiliti mill-Maniġer tan-Netwerk li jipprovdi l-ATFM ċentrali, inkluż proċeduri temporanji;
c)jipprovdu, lill-Maniġer tan-Netwerk li jipprovdi l-ATFM ċentrali, bid-data lokali kollha meħtieġa għat-twettiq tal-funzjoni tal-ATFM;
d)jiżguraw, f’koordinazzjoni mal-unitajiet rilevanti tal-ATS u mal-Maniġer tan-Netwerk li jipprovdi l-ATFM ċentrali, l-implimentazzjoni xierqa ta’ miżuri tal-ATFM għal fluss ottimali tat-traffiku u għal bilanċ fid-domanda u fil-kapaċità, bil-koordinazzjoni tal-użu effiċjenti tal-kapaċità disponibbli. Fejn dawk il-miżuri jkollhom impatt usa’ fuq in-netwerk, għandha tiġi żgurata l-koordinazzjoni reġjonali taħt il-patroċinju tal-Maniġer tan-Netwerk;
e)jinnotifikaw lill-Maniġer tan-Netwerk bl-avvenimenti kollha, inkluż il-pjanijiet ta’ tranżizzjoni għad-dħul fis-servizz ta’ titjib importanti tas-sistemi tal-ispazju tal-ajru jew tal-ATM kif ukoll għall-maltemp, li jistgħu jolqtu l-kapaċità tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru jew id-domanda tat-traffiku tal-ajru u l-proposti għat-taffija;
f)jiżguraw, f’koordinazzjoni mal-unitajiet tal-ATS rilevanti u mal-Maniġer tan-Netwerk, analiżijiet ta’ wara l-operazzjonijiet sabiex jidentifikaw mezzi għat-titjib tal-prestazzjoni tan-netwerk;
g)ikollhom fis-seħħ pjanijiet ta’ kontinġenza ddefiniti minn qabel u dejjem aġġornati, li jiddeskrivu fid-dettall kif iż-żona taħt ir-responsabbiltà tagħhom tkun se tiġi ttrattata sabiex il-Maniġer tan-Netwerk ikun jista’ jgħin lill-unitajiet lokali tal-ATFM f’operazzjonijiet ta’ kontinġenza. Dawk il-pjanijiet lokali għandhom ikunu kondiviżi u kkoordinati mal-Maniġer tan-Netwerk.
11.Fejn ikun hemm uffiċċju tar-rappurtar tal-ATS stabbilit, dan għandu jiffaċilita l-iskambju ta’ informazzjoni bejn il-bdoti jew l-operaturi u l-unità lokali tal-ATFM jew il-Maniġer tan-Netwerk li jipprovdi l-ATFM ċentrali.
12.L-operaturi tal-inġenji tal-ajru għandhom:
a)jipprovdu pjan tat-titjir wieħed għal kull titjira li beħsiebhom jagħmlu. Il-pjan tat-titjir irreġistrat għandu jirrifletti sew il-profil tat-titjira li beħsiebhom jagħmlu;
b)jiżguraw li l-miżuri tal-ATFM kollha rilevanti, u kull bidla fihom, ikunu inkorporati fl-operazzjoni tat-titjira ppjanata;
c)jipparteċipaw fl-arranġamenti ta’ ħidma stabbiliti mill-Maniġer tan-Netwerk, billi jiffaċilitaw informazzjoni f’waqtha u aġġornata dwar id-domanda tat-traffiku tal-ajru għall-fażijiet kollha tal-ATFM.
13.L-operaturi tal-ajruporti:
a)għandu jkollhom arranġamenti mal-unità lokali tal-ATS, sabiex:
(I)jiskambjaw u jikkoordinaw, mal-unitajiet lokali tal-ATFM rilevanti u mal-Maniġer tan-Netwerk, l-informazzjoni kollha dwar il-kapaċità u d-domanda tat-traffiku tal-ajru kif ukoll l-evoluzzjoni tagħhom għall-fażijiet kollha tal-ATFM, b’mod partikulari qabel il-pubblikazzjoni tal-iskeda tat-titjiriet;
(II)jinnotifikaw lill-unitajiet lokali tal-ATFM rilevanti u lill-Maniġer tan-Netwerk bl-avvenimenti kollha li jistgħu jolqtu l-kapaċità ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru jew id-domanda tat-traffiku tal-ajru;
b)jistabbilixxu proċessi biex jiġu vvalutati d-domanda u l-impatt fuq id-domanda ta’ avvenimenti speċjali, applikabbli għall-fażijiet kollha tal-ATFM.
14.Fir-rigward tal-konsistenza bejn il-pjanijiet tat-titjir u s-slots tal-ajruporti:
a)fejn mitlub minn koordinatur tas-slots ta’ ajruport jew minn operatur ta’ ajruport ikkoordinat, il-Maniġer tan-Netwerk jew l-unità lokali tal-ATFM għandhom jipprovduhom bil-pjan tat-titjir ta’ titjira li topera f’dak l-ajruport, qabel ma dik it-titjira sseħħ. Il-koordinaturi tas-slots tal-ajruporti, jew l-operaturi ta’ ajruporti kkoordinati, għandhom jipprovdu l-infrastruttura meħtieġa għat-twassil tal-pjanijiet tat-titjir ipprovduti mill-Maniġer tan-Netwerk jew mill-unità lokali tal-ATFM;
b)qabel it-titjira, l-operaturi tal-inġenji tal-ajru għandhom jipprovdu lill-ajrudromi tat-tluq u tal-wasla bl-informazzjoni meħtieġa biex tkun tista’ ssir korrelazzjoni bejn id-deżinjatur tat-titjira inkluż fil-pjan tat-titjira u dak li jkun ġie nnotifikat għas-slot tal-ajruport korrispondenti; din il-koorelazzjoni għandha tiġi pprovduta mill-Maniġer tan-Netwerk, mill-unità lokali tal-ATFM, mill-unità lokali tal-ATS jew mill-operatur tal-ajruporti, kif ikun xieraq;
c)l-operaturi tal-inġenji tal-ajru, l-operaturi tal-ajruporti u l-unitajiet tal-ATS kollha għandhom jirrappurtaw lill-koordinatur tas-slots tal-ajruporti dwar l-operat imtenni ta’ servizzi tal-ajru f’ħinijiet li jkunu ferm differenti mis-slots allokati tal-ajruporti, jew dwar l-użu ta’ slots b’mod ferm differenti minn dak indikat fil-mument tal-allokazzjoni, fejn dan ikun ta’ ħsara għall-operazzjonijiet ta’ ajruport jew tat-traffiku tal-ajru;
d)il-Maniġer tan-Netwerk għandu jirrapporta lill-koordinaturi tas-slots tal-ajruporti dwar l-operat imtenni ta’ servizzi tal-ajru f’ħinijiet ferm differenti mis-slots allokati tal-ajruporti, jew dwar l-użu ta’ slots b’mod ferm differenti minn dak indikat fil-mument tal-allokazzjoni, fejn dan ikun ta’ ħsara għall-ATFM.
15.Meta jiġu biex jimplimentaw l-informazzjoni dwar l-ippjanar tal-wasliet u tat-tluq (DPI), il-partijiet ikkonċernati operazzjonali lokali tal-ajruporti għandhom jiżguraw il-koordinazzjoni sħiħa mal-Maniġer tan-Netwerk fl-istabbiliment u fl-operat ta’ dik il-funzjonalità, kif ukoll l-iskambju tad-data assoċjat.
16.Fir-rigward ta’ avvenimenti kritiċi:
a)il-Maniġer tan-Netwerk għandu jiżviluppa, iżomm aġġornati u jippubblika proċeduri tal-ATFM għat-trattament tal-avvenimenti kritiċi fil-livell tan-netwerk. Il-proċeduri tal-ATFM għandhom jistabbilixxu l-azzjonijiet li jridu jittieħdu mill-partijiet ikkonċernati operazzjonali rilevanti f’każ ta’ tfixkil serju ta’ komponent tan-netwerk li jkun jirriżulta fi tnaqqis sinifikanti fil-kapaċità jew fi tħarbit importanti tal-flussi tat-traffiku, jew it-tnejn li huma;
b)fi tħejjija għal avvenimenti kritiċi, l-unitajiet tal-ATS u l-operaturi tal-ajruporti għandhom jikkoordinaw ir-rilevanza u l-kontenut tal-proċeduri ta’ kontinġenza mal-Maniġer tan-Netwerk u mal-unitajiet lokali tal-ATS, mal-operaturi tal-inġenji tal-ajru milqutin mill-avvenimenti kritiċi, u kif xieraq mal-koordinaturi tas-slots tal-ajruporti, inkluż kull aġġustament għar-regoli ta’ prijorità. Il-proċeduri ta’ kontinġenza għandhom jinkludu:
(I)arranġamenti organizzattivi u ta’ koordinazzjoni;
(II)miżuri tal-ATFM għall-ġestjoni tal-aċċess għal żoni milqutin, sabiex jipprevjenu domanda eċċessiva tat-traffiku tal-ajru meta mqabbel mal-kapaċità ddikjarata tal-ispazju tal-ajru (kollu jew parti minnu) u tal-ajruporti (kollha jew parti minnhom) ikkonċernati;
(III)ċirkustanzi, kundizzjonijiet u proċeduri għall-applikazzjoni ta’ regoli ta’ prijorità għat-titjiriet, li jirrispettaw is-sigurtà essenzjali jew l-interessi tal-politika tad-difiża tal-Istati Membri;
(IV)arranġamenti ta’ rkupru.
PARTI C
Monitoraġġ tal-Funzjoni tal-ATFM
1.Sabiex tiġi żgurata l-prevedibbiltà u magħha l-prestazzjoni tal-EATMN, l-informazzjoni dwar l-operazzjonijiet ippjanati u l-miżuri tal-ATFM, u r-rispett tagħhom, huma ferm importanti. Għaldaqstant, għandu jiġi implimentat monitoraġġ speċifiku tal-funzjoni tal-ATFM.
2.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn il-konformità mas-slots tat-tluq tal-ATFM f’ajruport tat-tluq tkun 80 % jew inqas f’perjodu ta’ sena, kif identifikata mill-Maniġer tan-Netwerk, l-unità tal-ATS f’dak l-ajruport għandha tipprovdi informazzjoni rilevanti dwar in-nuqqas ta’ konformità u l-azzjonijiet meħuda biex tiġi żgurata l-konformità mas-slots tat-tluq tal-ATFM. Dawn l-azzjonijiet għandhom jiġu indikati f’rapport li l-Istat Membru kkonċernat irid jibgħat lill-Kummissjoni.
3.F’każ ta’ nuqqas ta’ konformità ma’ ċaħdiet jew sospensjonijiet ta’ pjanijiet tat-titjir, l-unità tal-ATS fl-ajruport ikkonċernat għandha tipprovdi informazzjoni rilevanti lill-Maniġer tan-Netwerk dwar in-nuqqas ta’ konformità u l-azzjonijiet meħuda biex jiżguraw il-konformità. Dawn l-azzjonijiet għandhom jiġu indikati f’rapport li l-Maniġer tan-Netwerk irid jibgħat lill-Kummissjoni.
4.F’każ li l-eżenzjonijiet mogħtija jkunu aktar minn 0,6 % tat-tluq annwali fi Stat Membru, il-Maniġer tan-Netwerk għandu jinnotifika lil dak l-Istat Membru. Meta Stat Membru jirċievi tali notifika, għandu jfassal rapport li jipprovdi dettalji dwar l-eżenzjonijiet mogħtija, u jibgħat dan ir-rapport lill-Kummissjoni.
5.Il-Maniġer tan-Netwerk għandu jiżgura li l-operatur tal-inġenji tal-ajru jiġi nnotifikat dwar in-nuqqas ta’ konformità mal-miżuri tal-ATFM li jirriżulta mill-applikazzjoni tar-rekwiżiti marbutin mal-pjanijiet tat-titjir neqsin u multipli. Meta operatur tal-inġenji tal-ajru jirċievi tali notifika, għandu jfassal rapport li jipprovdi dettalji dwar iċ-ċirkustanzi u l-azzjonijiet meħudin biex tali nuqqas ta’ konformità jiġi rrettifikat. Il-Maniġer tan-Netwerk għandu jfassal rapport annwali biex jintbagħat lill-Kummissjoni, li jipprovdi dettalji dwar il-pjanijiet tat-titjir neqsin, jew dwar il-pjanijiet tat-titjir multipli li jiġu rreġistrati.
6.Il-Maniġer tan-Netwerk għandu jwettaq rieżami annwali tal-konformità mal-miżuri tal-ATFM, sabiex jiżgura li l-partijiet ikkonċernati operazzjonali kollha jtejbu l-livell ta’ konformità ma’ dawk il-miżuri.
7.Il-Maniġer tan-Netwerk għandu jfassal rapporti annwali u jibgħathom lill-Kummissjoni. Ir-rapporti għandhom jindikaw il-kwalità tal-funzjoni tal-ATFM, u għandhom jinkludu dettalji dwar:
a)il-kawżi tal-miżuri tal-ATFM;
b)l-impatt tal-miżuri tal-ATFM;
c)il-konformità mal-miżuri tal-ATFM;
d)il-kontribuzzjonijiet mill-partijiet ikkonċernati operazzjonali kollha lejn l-ottimizzazzjoni tal-effett ġenerali fuq in-netwerk;
e)ir-rakkomandazzjonijiet dwar dawn il-punti varji biex tittejjeb il-prestazzjoni tan-netwerk.
8.Il-Maniġer tan-Netwerk għandu jiżgura li jinħoloq u jinżamm arkivju tad-data tal-ATFM elenkata f’dan l-Anness, tal-pjanijiet tat-titjir, tar-reġistri operazzjonali u tad-data kuntestwali rilevanti. Dik id-data għandha tinżamm għal sentejn mit-tressiq tagħha, u għandha tkun disponibbli għall-Kummissjoni, għall-Istati Membri, għall-unitajiet tal-ATS u għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru, kif ikun xieraq. Dik id-data għandha tkun disponibbli wkoll għall-koordinaturi tas-slots fl-ajruporti u għall-operaturi tal-ajruporti, sabiex tgħinhom fil-valutazzjoni regolari tagħhom tal-kapaċità ddikjarata.
Appendiċi
Lista tad-dispożizzjonijiet tal-ICAO għall-fini tal-ġestjoni tal-fluss tat-traffiku tal-ajru
1.Il-paragrafu 3.7.5 tal-Kapitolu 3 (Il-Ġestjoni tal-Fluss tat-Traffiku tal-Ajru) tal-Anness 11 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago – Is-Servizzi tat-Traffiku tal-Ajru (l-14-il edizzjoni – Lulju 2016, li tinkorpora l-Emenda Nru 50A)
2.Il-Kapitolu 3 (Il-Kapaċità u l-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru tal-ATS) tad-Dok. 4444 tal-ICAO, Proċeduri għas-Servizzi tan-Navigazzjoni bl-Ajru – Il-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru (PANS-ATM) (is-16-il edizzjoni – 2016, li tinkorpora l-Emenda Nru 7A)
3.Il-Kapitoli 2 u 8 (Il-Ġestjoni tal-Fluss tat-Traffiku tal-Ajru) tad-Dok. 7030 tal-ICAO, Proċeduri Supplementari Reġjonali Ewropej (EUR) (il-5es edizzjoni – 2007).
ANNESS III
IL-FUNZJONI TAL-FREKWENZI TAR-RADJU
PARTI A
Għan u ambitu
1.L-għanijiet ta’ din il-funzjoni huma:
a)li timmassimizza l-użu tal-ispettru tar-radju ajrunawtiku Ewropew, permezz ta’ titjib fil-proċeduri tal-ġestjoni tal-frekwenzi u fil-kriterji tal-ippjanar, bil-għan li tiġi evitata l-iskarsezza tal-frekwenzi li twassal biex titnaqqas il-kapaċità tan-netwerk;
b)li ttejjeb it-trasparenza tal-prattiki ta’ ġestjoni tal-frekwenzi, billi tippermetti l-valutazzjoni bir-reqqa tal-użu effiċjenti tal-frekwenzi, kif ukoll is-sejbien ta’ soluzzjonijiet biex jiġu ssodisfati domandi għal frekwenzi fil-futur;
c)li żżid l-effettività tal-proċessi tal-ġestjoni tal-frekwenzi permezz tal-promozzjoni tal-aħjar prattiki u l-iżvilupp ta’ għodod korrispondenti.
2.Il-Maniġer tan-Netwerk u l-maniġers tal-frekwenzi nazzjonali għandhom jaqblu fuq il-prijoritajiet ġenerali biex il-funzjoni ttejjeb id-disinn u t-tħaddim tan-netwerk Ewropew tal-avjazzjoni. Dawk il-prijoritajiet għandhom jiġu ddokumentati f’forma ta’ taqsima dwar il-frekwenzi fil-Pjan Strateġiku tan-Netwerk u fil-Pjan ta’ Operazzjonijiet tan-Netwerk, li l-partijiet ikkonċernati jridu jiġu kkonsultati dwarha. B’mod partikulari, il-prijoritizzazzjoni tista’ tqis meded, żoni u servizzi speċifiċi.
PARTI B
Rekwiżiti għat-twettiq tal-funzjoni
1.L-Istati Membri għandhom jaħtru persuna, awtorità jew organizzazzjoni kompetenti bħala maniġer tal-frekwenzi nazzjonali, bir-responsabbiltà li jiżgura li l-assenjamenti tal-frekwenzi jsiru, jiġu mmodifikati u jintemmu skont dan ir-Regolament. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Maniġer tan-Netwerk bl-ismijiet u bl-indirizzi tal-maniġers tal-frekwenzi nazzjonali, u għandhom jinnotifikaw kull bidla fil-ħatriet fi żmien xieraq.
2.Il-Maniġer tan-Netwerk għandu jħejji u jikkoordina aspetti tal-ispettru strateġiċi marbutin man-netwerk, li jridu jiġu ddokumentati kif xieraq fil-Pjan Strateġiku tan-Netwerk u fil-Pjan ta’ Operazzjonijiet tan-Netwerk. Il-Maniġer tan-Netwerk għandu jappoġġa lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri fit-tħejjija ta’ pożizzjonijiet komuni dwar l-avjazzjoni għal kontribuzzjonijiet ikkoordinati tal-Istati Membri għal fora internazzjonali, u b’mod partikulari għall-Konferenza Ewropea tal-Amministrazzjonijiet tal-Posta u tat-Telekomunikazzjoni (CEPT) u tal-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni (UIT).
3.Fuq talba tal-Istati Membri, il-Maniġer tan-Netwerk għandu jinforma lill-Kummissjoni u jwettaq azzjonijiet flimkien mal-Kummissjoni u mal-Konferenza Ewropea tal-Amministrazzjonijiet tal-Posta u tat-Telekomunikazzjoni (CEPT) biex jindirizzaw kull tħassib ma’ setturi oħra tal-industrija.
4.Il-maniġers tal-frekwenzi nazzjonali għandhom jirrappurtaw lill-Maniġer tan-Netwerk il-każijiet ta’ interferenza tar-radju li jkollhom impatt fuq in-netwerk Ewropew tal-avjazzjoni. Il-Maniġer tan-Netwerk għandu jirreġistra l-okkorrenza ta’ każijiet ta’ interferenza tar-radju, u għandu jappoġġa lill-maniġers tal-frekwenzi nazzjonali fil-valutazzjoni tagħhom. Fuq talba tal-maniġers tal-frekwenzi nazzjonali, il-Maniġer tan-Netwerk għandu jikkoordina l-azzjonijiet, jew jipprovdi kull appoġġ meħtieġ biex tali każijiet jissolvew jew jittaffew.
5.Il-Maniġer tan-Netwerk u l-maniġers tal-frekwenzi nazzjonali għandhom ikomplu jiżviluppaw u jsaħħu l-proċeduri tal-ġestjoni tal-frekwenzi, il-kriterji tal-ippjanar, is-settijiet ta’ data u l-proċessi għat-titjib tal-użu u tal-għadd ta’ frekwenzi okkupati mill-utenti ġenerali tat-traffiku tal-ajru. Fuq talba tal-Istati Membri, il-Maniġer tan-Netwerk għandu jipproponi li l-applikazzjoni ta’ dawn l-iżviluppi tiġi estiża għal-livell reġjonali.
6.Meta jkun meħtieġ l-assenjament ta’ frekwenza, l-individwu jew l-organizzazzjoni li jkunu qed japplikaw għall-użu ta’ frekwenza għandhom iressqu talba lill-maniġer tal-frekwenzi nazzjonali xieraq, bid-data u bil-ġustifikazzjonijiet kollha rilevanti.
7.Il-maniġers tal-frekwenzi nazzjonali u l-Maniġer tan-Netwerk għandhom jivvalutaw it-talbiet għall-frekwenzi u jagħtuhom prijorità abbażi ta’ rekwiżiti operazzjonali u ta’ kriterji miftiehma. Il-Maniġer tan-Netwerk, f’kooperazzjoni mal-maniġers tal-frekwenzi nazzjonali, għandu jiddetermina l-impatt tat-talbiet għall-frekwenzi fuq in-netwerk. Il-Maniġer tan-Netwerk għandu jistabbilixxi l-kriterji ta’ valutazzjoni u ta’ prijoritizzazzjoni b’konsultazzjoni mal-maniġers tal-frekwenzi nazzjonali, u għandu jieħu ħsiebhom u jżommhom aġġornati minn hemm ’il quddiem kif ikun meħtieġ.
8.Fejn ma jkunx hemm impatt fuq in-netwerk, il-maniġers tal-frekwenzi nazzjonali għandhom jiddeterminaw frekwenza/i xierqa bi tweġiba għat-talba għall-frekwenzi, fid-dawl tar-rekwiżiti tal-punt 12.
9.Fejn ikun hemm impatt fuq in-netwerk, il-Maniġer tan-Netwerk għandu jiddetermina frekwenza/i xierqa bi tweġiba għat-talba għall-frekwenzi, fid-dawl tar-rekwiżiti li ġejjin:
a)il-ħtieġa li jkunu pprovduti servizzi tal-infrastruttura għal komunikazzjoni, navigazzjoni u sorveljanza sikuri;
b)il-ħtieġa li jittejjeb kemm jista’ jkun l-użu ta’ riżorsi limitati tal-ispettru tar-radju;
c)il-ħtieġa li jkun hemm aċċess kosteffettiv, ġust u trasparenti għall-ispettru tar-radju;
d)ir-rekwiżiti operazzjonali tal-applikant(i) jew tal-partijiet ikkonċernati operazzjonali;
e)id-domanda mbassra għall-ispettru tar-radju fil-ġejjieni;
f)id-dispożizzjonijiet inklużi fil-Manwal tal-Ġestjoni tal-Frekwenzi Ewropej tal-ICAO.
10.Fejn frekwenza xierqa, kif imsemmi fil-punti 11 u 12, ma tkunx tista’ tiġi ddeterminata, il-maniġers tal-frekwenzi nazzjonali jistgħu jitolbu lill-Maniġer tan-Netwerk iwettaq tiftixa għal frekwenza speċifika. Sabiex tiġi identifikata soluzzjoni għall-maniġers tal-frekwenzi nazzjonali, il-Maniġer tan-Netwerk, bl-appoġġ tal-maniġers tal-frekwenzi nazzjonali, jista’ jwettaq eżami speċifiku tas-sitwazzjoni tal-użu tal-frekwenzi fiż-żona ġeografika kkonċernata.
11.Il-maniġer tal-frekwenzi nazzjonali għandu jassenja l-frekwenza/i xierqa kif iddeterminat fil-punti 12 jew 13.
12.Il-maniġer tal-frekwenzi nazzjonali għandu jirreġistra kull assenjament tal-frekwenzi fir-reġistru ċentrali billi jinkludi l-informazzjoni li ġejja:
a)id-data kif speċifikat fil-Manwal tal-Ġestjoni tal-Frekwenzi Ewropej tal-ICAO, inkluż id-data teknika u operazzjonali rilevanti marbuta magħha;
b)ir-rekwiżiti għal data mtejba kif imsemmi fil-punt 6;
c)deskrizzjoni tal-użu operazzjonali tal-assenjament tal-frekwenzi;
d)id-dettalji ta’ kuntatt tal-parti kkonċernata operazzjonali li qiegħda tuża l-frekwenzi assenjati.
L-Istati Membri għandhom jużaw ir-reġistru ċentrali biex iżommu mal-obbligi amministrattivi tagħhom fil-konfront tal-ICAO fir-rigward tar-reġistrazzjoni tal-assenjament tal-frekwenzi.
13.Meta jassenja l-frekwenza lill-applikant, il-maniġer tal-frekwenzi nazzjonali għandu jinkludi l-kundizzjonijiet tal-użu. Bħala minimu, dawk il-kundizzjonijiet għandhom jispeċifikaw li l-assenjament tal-frekwenza:
a)jibqa’ validu sakemm jibqa’ jintuża biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti operazzjonali deskritti mill-applikant;
b)jista’ jkun soġġett għal talba għal bidla fil-frekwenza, u tali bidliet ikollhom jiġu implimentati f’perjodu ta’ żmien limitat;
c)ikun soġġett għal modifika ladarba jinbidel l-użu operazzjonali deskritt mill-applikant.
14.Il-maniġer(s) tal-frekwenzi nazzjonali għandu jiżgura / għandhom jiżguraw li kull bidla, modifika jew terminazzjoni meħtieġa tal-frekwenza ssir mill-individwu jew mill-organizzazzjoni li l-frekwenza kkonċernata tkun ġiet assenjata lilu/lilha, fil-perjodu ta’ żmien miftiehem, u għandu jiżgura / għandhom jiżguraw li r-reġistru ċentrali jiġi aġġornat kif xieraq. Il-maniġer(s) tal-frekwenzi nazzjonali għandu jibgħat / għandhom jibagħtu ġustifikazzjoni xierqa lill-Maniġer tan-Netwerk fejn dawk l-azzjonijiet ma jkunux jistgħu jsiru.
15.Il-maniġers tal-frekwenzi nazzjonali għandhom jiżguraw li l-informazzjoni msemmija fil-punt 12 tal-Parti B rigward l-assenjamenti ta’ frekwenzi kollha użati fin-netwerk Ewropew tal-avjazzjoni tkun disponibbli fir-reġistru ċentrali.
16.Il-Maniġer tan-Netwerk u l-maniġer(s) tal-frekwenzi nazzjonali għandu jwettaq / għandhom iwettqu monitoraġġ u evalwazzjonijiet tal-meded tal-frekwenzi u tal-assenjamenti tal-frekwenzi tal-avjazzjoni, abbażi ta’ proċeduri trasparenti, sabiex jiżgura(w) l-użu korrett u effiċjenti tagħhom. Il-Maniġer tan-Netwerk għandu jistabbilixxi tali proċeduri b’konsultazzjoni mal-maniġers tal-frekwenzi nazzjonali, u għandu jieħu ħsiebhom u jżommhom aġġornati minn hemm ’il quddiem kif xieraq. B’mod partikulari, il-Maniġer tan-Netwerk għandu jidentifika kwalunkwe diskrepanza bejn ir-reġistru ċentrali, l-għan operazzjonali u l-użu reali tal-assenjament tal-frekwenzi, li jista’ jkollha impatt negattiv fuq il-funzjoni tal-frekwenzi tar-radju. Il-Maniġer tan-Netwerk għandu jgħarraf lill-maniġer tal-frekwenzi nazzjonali b’tali diskrepanzi sabiex jiġu solvuti, f’perjodu ta’ żmien miftiehem.
17.Il-Maniġer tan-Netwerk għandu jiżgura d-disponibbiltà ta’ għodod komuni għall-appoġġ tal-ippjanar ċentrali u nazzjonali, tal-koordinazzjoni, tar-reġistrazzjoni, tal-awditjar u tal-ottimizzazzjoni. B’mod partikulari, il-Maniġer tan-Netwerk għandu jiżviluppa għodod għall-appoġġ tal-analiżi tad-data tar-reġistru ċentrali, sabiex tiġi mmonitorjata l-effiċjenza tal-funzjoni, kif ukoll sabiex jitfassal u jiġi implimentat il-proċess ta’ ottimizzazzjoni tal-frekwenzi skont il-punt 7.
PARTI C
Rekwiżiti għall-organizzazzjoni tal-funzjoni tal-frekwenzi
1.It-teħid ta’ deċiżjonijiet b’mod kooperattiv bejn il-maniġers tal-frekwenzi nazzjonali u l-Maniġer tan-Netwerk għandu jsir abbażi ta’ arranġamenti li jispeċifikaw, mill-inqas, dawn li ġejjin:
a)il-kriterji għall-valutazzjoni tar-rekwiżiti operazzjonali u l-prijoritizzazzjoni tagħhom;
b)il-perjodi ta’ żmien minimi għall-koordinazzjoni ta’ assenjamenti ġodda jew emendati ta’ frekwenzi tar-radju;
c)il-mekkaniżmi sabiex ikun żgurat li l-Maniġer tan-Netwerk u l-maniġers tal-frekwenzi nazzjonali jilħqu l-miri ta’ prestazzjoni tal-Unjoni Ewropea kollha li huma rilevanti;
d)il-fatt li l-proċeduri, il-kriterji u l-proċessi ta’ ġestjoni mtejba tal-frekwenzi mhumiex qegħdin jolqtu ħażin dawk applikati minn pajjiżi oħra fil-kuntest tal-proċeduri reġjonali tal-ICAO;
e)ir-rekwiżiti biex tiġi żgurata konsultazzjoni xierqa dwar arranġamenti ta’ ġestjoni ġodda jew emendati bejn l-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati kollha milqutin f’livell nazzjonali u Ewropew.
2.L-evoluzzjoni ta’ arranġamenti għall-koordinazzjoni tal-frekwenzi tar-radju għandha tiġi speċifikata f’kooperazzjoni mal-maniġers tal-frekwenzi nazzjonali, u għandha tnaqqas l-ispejjeż ġenerali sa fejn ikun prattiku.
3.Il-koordinazzjoni dwar l-użu strateġiku u tattiku tal-frekwenzi tar-radju ma’ pajjiżi terzi li ma jipparteċipawx fil-ħidma tal-Maniġer tan-Netwerk għandha ssir permezz tal-arranġamenti ta’ ħidma reġjonali tal-ICAO. Dan għandu jsir bil-għan li jingħata lok għall-aċċess ta’ pajjiżi terzi għall-ħidma tal-Maniġer tan-Netwerk.
4.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-użu ta’ meded ta’ frekwenzi għall-avjazzjoni minn utenti militari jiġi kkoordinat kif xieraq permezz tat-teħid ta’ deċiżjonijiet b’mod kooperattiv mal-maniġers tal-frekwenzi nazzjonali u mal-Maniġer tan-Netwerk.
ANNESS IV
IL-FUNZJONI TAL-KODIĊIJIET TAR-RADAR TRANSPONDER
PARTI A
Għanijiet u rekwiżiti ġenerali
Kodiċi tat-Transponder (TC):
1.L-għanijiet ta’ din il-funzjoni huma:
a)li tittejjeb ir-robustezza tal-proċess tal-allokazzjoni tal-kodiċijiet permezz tal-allokazzjoni ta’ rwoli u ta’ responsabbiltajiet ċari lill-partijiet ikkonċernati kollha involuti, bil-prestazzjoni ġenerali tan-netwerk tkun fil-qofol tad-determinazzjoni tal-allokazzjoni tal-kodiċijiet;
b)li tipprovdi iktar trasparenza fl-allokazzjonijiet tal-kodiċijiet, kif ukoll fl-użu reali tal-kodiċijiet, sabiex jingħata lok għal valutazzjoni aħjar tal-effiċjenza ġenerali tan-netwerk.
2.Il-Maniġer tan-Netwerk għandu jalloka l-kodiċijiet tat-transponder tar-Radar Sekondarju ta’ Sorveljanza (SSR) lill-Istati Membri u lill-fornituri ta’ servizz ta’ navigazzjoni bl-ajru, b’mod li jottimizza t-tqassim sikur u effiċjenti tagħhom, filwaqt li jitqiesu dawn li ġejjin:
a)ir-rekwiżiti operazzjonali tal-partijiet ikkonċernati operazzjonali kollha;
b)il-livelli reali u mbassra tat-traffiku tal-ajru;
c)l-użu meħtieġ ta’ kodiċijiet tat-transponder tal-SSR, bi qbil mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Pjan ta’ Navigazzjoni bl-Ajru Reġjonali tal-ICAO, tad-Dokument ta’ Implimentazzjoni tal-Faċilitajiet u tas-Servizzi tar-Reġjuni Ewropej, u tal-materjal ta’ gwida.
3.Il-Maniġer tan-Netwerk għandu jqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri, tal-fornituri ta’ servizz tan-navigazzjoni bl-ajru, u tal-pajjiżi terzi, f’kull ħin, lista ta’ allokazzjonijiet tal-kodiċijiet tat-transponder SSR li tiddeskrivi l-allokazzjoni kompluta u aġġornata tal-kodiċijiet SSR.
4.Il-Maniġer tan-Netwerk għandu jimplimenta proċess formali għall-istabbiliment, għall-valutazzjoni u għall-koordinazzjoni tar-rekwiżiti għall-allokazzjonijiet tal-kodiċijiet tat-transponder SSR, filwaqt li jqis l-użi ċivili u militari kollha meħtieġa tal-kodiċijiet tat-transponder SSR.
5.Il-proċess formali stabbilit fil-punt 4 għandu jinkludi tal-inqas il-proċeduri, il-perjodi ta’ żmien u l-miri ta’ prestazzjoni miftiehma li huma rilevanti għat-tlestija tal-attivitajiet li ġejjin:
a)it-tressiq ta’ applikazzjonijiet għall-allokazzjonijiet tal-kodiċijiet tat-transponder SSR;
b)il-valutazzjoni ta’ applikazzjonijiet għall-allokazzjonijiet tal-kodiċijiet tat-transponder SSR;
c)il-koordinazzjoni ta’ emendi proposti għall-allokazzjonijiet tal-kodiċijiet tat-transponder SSR mal-Istati Membri skont ir-rekwiżiti stipulati fil-Parti B;
d)l-awditjar perjodiku tal-allokazzjonijiet ta’ kodiċijiet u tal-bżonnijiet, bil-għan li s-sitwazzjoni tiġi ottimizzata, inkluż l-allokazzjoni mill-ġdid tal-allokazzjonijiet ta’ kodiċijiet eżistenti;
e)l-emendar, l-approvazzjoni u t-tqassim perjodiċi tal-lista ġenerali tal-allokazzjonijiet tal-kodiċijiet tat-transponder SSR, kif imsemmi fil-punt 3;
f)in-notifika, il-valutazzjoni u r-riżoluzzjoni ta’ kunflitti mhux ippjanati bejn l-assenjamenti tal-kodiċijiet tat-transponder SSR;
g)in-notifika, il-valutazzjoni u r-riżoluzzjoni ta’ assenjamenti żbaljati tal-kodiċijiet tat-transponder SSR, li jkunu identifikati waqt il-kontrolli taż-żamma tal-kodiċijiet;
h)in-notifika, il-valutazzjoni u r-riżoluzzjoni ta’ nuqqasijiet mhux ippjanati fl-allokazzjonijiet tal-kodiċijiet tat-transponder SSR;
i)il-provvista ta’ data u ta’ tagħrif skont ir-rekwiżiti stabbiliti fil-Parti C.
6.L-applikazzjonijiet għall-allokazzjonijiet tal-kodiċijiet tat-transponder SSR li jkunu waslu bħala parti mill-proċess stabbilit fil-punt 4 għandhom jiġu vverifikati mill-Maniġer tan-Netwerk għall-konformità mar-rekwiżiti tal-proċess f’dak li għandu x’jaqsam mal-konvenzjonijiet tal-format u tad-data, mal-kompletezza, mal-preċiżjoni, mal-preżentazzjoni fil-ħin u mal-ġustifikazzjoni.
7.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kodiċijiet tat-transponder SSR jiġu assenjati lil inġenju tal-ajru skont il-lista tal-allokazzjonijiet tal-kodiċijiet tat-transponder SSR imsemmija fil-punt 3.
8.Il-Maniġer tan-Netwerk, f’isem l-Istati Membri u l-fornituri ta’ servizz tan-navigazzjoni bl-ajru, għandu jħaddem sistema ċentralizzata għall-assenjament u għall-ġestjoni tal-kodiċijiet tat-transponder SSR u għall-assenjament awtomatiku tal-kodiċijiet tat-transponder SSR lit-traffiku tal-ajru ġenerali.
9.Il-Maniġer tan-Netwerk għandu jimplimenta proċeduri u għodod għall-evalwazzjoni u għall-valutazzjoni regolari tal-użu reali tal-kodiċijiet tat-transponder SSR mill-Istati Membri u mill-fornituri ta’ servizz tan-navigazzjoni bl-ajru.
10.Il-Maniġer tan-Netwerk, l-Istati Membri u l-fornituri ta’ servizz tan-navigazzjoni bl-ajru għandhom jaqblu dwar pjanijiet u proċeduri biex jappoġġaw l-analiżi u l-identifikazzjoni perjodiċi ta’ rekwiżiti futuri tal-kodiċijiet tat-transponder SSR. Dik l-analiżi għandha tinkludi l-identifikazzjoni ta’ impatti potenzjali fuq il-prestazzjoni, ikkaġunati minn kwalunkwe nuqqas imbassar fl-allokazzjonijiet tal-kodiċijiet tat-transponder SSR.
11.Il-manwali tal-operazzjonijiet li fihom l-istruzzjonijiet u l-informazzjoni meħtieġa biex il-funzjoni tan-netwerk tkun tista’ titwettaq skont ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament għandu jiżviluppahom u jaġġornahom il-Maniġer tan-Netwerk. Dawk il-manwali tal-operazzjonijiet għandhom jitqassmu u jiġu aġġornati skont il-proċessi xierqa ta’ ġestjoni tal-kwalità u tad-dokumentazzjoni.
Kodiċi tal-Interrogatur Mode S (MIC):
12.L-għanijiet ta’ dan il-proċess huma dawn li ġejjin:
a)li jwettaq allokazzjoni kkoordinata tal-kodiċijiet tal-interrogatur Mode S li tippermetti l-effiċjenza ġenerali tan-netwerk;
b)li jipprovdi l-bażi regolatorja li tippermetti infurzar u sorveljanza aħjar.
13.Il-Maniġer tan-Netwerk għandu jalloka l-kodiċijiet tal-interrogatur lill-interrogaturi Mode S ċivili u militari b’mod li jottimizza t-tħaddim sikur u effiċjenti tas-sorveljanza tat-traffiku tal-ajru kif ukoll il-koordinazzjoni ċivili-militari, filwaqt li jitqiesu dawn li ġejjin:
a)ir-rekwiżiti operazzjonali tal-partijiet ikkonċernati operazzjonali kollha;
b)ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 262/2009
;
c)il-ġestjoni meħtieġa tal-kodiċijiet tal-interrogatur Mode S skont id-dispożizzjonijiet tal-prinċipji u l-proċeduri Ewropej għall-allokazzjoni ta’ Kodiċijiet tal-Interrogatur (IC) Mode S tar-Radar Sekondarju ta’ Sorveljanza (EUR Dok. 024 tal-ICAO)
14.Il-Maniġer tan-Netwerk għandu jħaddem, f’isem l-Istati Membri, sistema ċentralizzata ta’ allokazzjoni tal-kodiċijiet tal-interrogatur
għall-allokazzjoni kkoordinata ta’ kodiċijiet tal-interrogatur lill-interrogaturi Mode S.
15.L-Istati Membri għandhom jipprovdu servizz ċentralizzat ta’ allokazzjoni tal-kodiċijiet tal-interrogatur lill-operaturi Mode S, permezz tas-sistema ta’ allokazzjoni tal-kodiċijiet tal-interrogatur.
16.Il-Maniġer tan-Netwerk għandu jqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri, tal-operaturi Mode S u tal-pajjiżi terzi, f’kull ħin, pjan ta’ allokazzjoni tal-kodiċijiet tal-interrogatur li jipprovdi l-iktar sett sħiħ approvat reċentement ta’ allokazzjonijiet tal-kodiċijiet tal-interrogatur fir-reġjun Ewropew tal-ICAO.
17.Il-Maniġer tan-Netwerk għandu jimplimenta proċess formali għall-istabbiliment, għall-valutazzjoni u għall-koordinazzjoni tar-rekwiżiti għall-allokazzjonijiet tal-kodiċijiet tal-interrogatur, filwaqt li jqis l-użi ċivili u militari kollha meħtieġa tal-kodiċijiet tal-interrogatur.
18.Il-proċess formali stabbilit fil-punt 17 għandu jinkludi tal-inqas il-proċeduri, il-perjodi ta’ żmien u l-miri ta’ prestazzjoni miftiehma li huma rilevanti għat-tlestija tal-attivitajiet li ġejjin:
a)it-tressiq ta’ applikazzjonijiet għal allokazzjonijiet tal-kodiċijiet tal-interrogatur;
b)il-valutazzjonijiet tal-applikazzjonijiet għal allokazzjonijiet tal-kodiċijiet tal-interrogatur;
c)il-koordinazzjoni tal-emendi proposti għall-allokazzjonijiet tal-kodiċijiet tal-interrogatur mal-Istati Membri skont ir-rekwiżiti stabbiliti fil-Parti B;
d)l-awditjar perjodiku tal-allokazzjonijiet u tal-bżonnijiet tal-kodiċijiet tal-interrogatur bil-għan li tittejjeb is-sitwazzjoni, inkluż l-allokazzjoni mill-ġdid tal-allokazzjonijiet tal-kodiċjiet tal-interrogatur eżistenti;
e)l-emendar, l-approvazzjoni u t-tqassim perjodiċi tal-pjan ġenerali tal-allokazzjonijiet tal-kodiċjiet tal-interrogatur kif imsemmi fil-punt 16;
f)in-notifika, il-valutazzjoni u r-riżoluzzjoni tal-kunflitti mhux ippjanati tal-kodiċijiet tal-interrogatur bejn interrogaturi Mode S;
g)in-notifika, il-valutazzjoni u r-riżoluzzjoni tan-nuqqasijiet mhux ippjanati fl-allokazzjoni tal-kodiċijiet tal-interrogatur;
h)il-provvista ta’ data u ta’ tagħrif skont ir-rekwiżiti stabbiliti fil-Parti C.
19.Il-Maniġer tan-Netwerk għandu jivverifika li l-applikazzjonijiet għall-allokazzjonijiet tal-kodiċijiet tal-interrogatur li jkunu waslu bħala parti mill-proċess stabbilit fil-punt 18 ikunu konformi mar-rekwiżiti tal-proċess għall-konvenzjonijiet tal-format u tad-data, tal-kompletezza, tal-preċiżjoni, tal-preżentazzjoni fil-ħin, u tal-ġustifikazzjoni.
20.Bħala parti mill-proċess stabbilit fil-punt 18, il-Maniġer tan-Netwerk għandu:
a)iwettaq simulazzjonijiet ta’ aġġornament tal-pjan tal-allokazzjonijiet tal-kodiċijiet tal-interrogatur abbażi tal-applikazzjonijiet pendenti;
b)iħejji aġġornament propost tal-pjan tal-allokazzjonijiet tal-kodiċijiet tal-interrogatur għall-approvazzjoni mill-Istati Membri affettwati minnu;
c)jiżgura li l-aġġornament propost tal-pjan tal-allokazzjonijiet tal-kodiċijiet tal-interrogatur jissodisfa kemm jista’ jkun ir-rekwiżiti operazzjonali tal-applikazzjonijiet tal-kodiċijiet tal-interrogatur;
d)jaġġorna l-pjan tal-allokazzjonijiet tal-kodiċijiet tal-interrogatur, u jinnotifika b’dan lill-Istati Membri wara l-approvazzjoni tiegħu, mingħajr ħsara għall-proċeduri nazzjonali għall-komunikazzjoni ta’ informazzjoni dwar l-interrogaturi Mode S imħaddma mill-militar.
21.Il-Maniġer tan-Netwerk għandu jimplimenta proċeduri u għodod għall-evalwazzjoni u għall-valutazzjoni regolari tal-użu reali tal-kodiċijiet tal-interrogatur Mode S mill-operaturi Mode S ċivili u militari.
22.Il-Maniġer tan-Netwerk, l-Istati Membri, u l-operaturi Mode S għandhom jaqblu fuq il-pjanijiet u l-proċeduri biex jappoġġaw l-analiżi u l-identifikazzjoni perjodiċi tar-rekwiżiti futuri tal-kodiċijiet tal-interrogatur Mode S. Dik l-analiżi għandha tinkludi l-identifikazzjoni ta’ impatti potenzjali fuq il-prestazzjoni kkaġunati minn nuqqasijiet imbassra fl-allokazzjonijiet tal-kodiċijiet tal-interrogatur.
23.Il-manwali tal-operazzjonijiet li fihom l-istruzzjonijiet u l-informazzjoni meħtieġa biex il-funzjoni tan-netwerk tkun tista’ titwettaq skont ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament għandu jiżviluppahom u jaġġornahom il-Maniġer tan-Netwerk. Dawk il-manwali tal-operazzjonijiet għandhom jitqassmu u jiġu aġġornati skont il-proċessi xierqa ta’ ġestjoni tal-kwalità u tad-dokumentazzjoni.
PARTI B
Rekwiżiti għall-mekkaniżmi speċifiċi ta’ konsultazzjoni
Kodiċi tat-Transponder:
1.Il-Maniġer tan-Netwerk għandu jistabbilixxi mekkaniżmu apposta għall-koordinazzjoni u għall-konsultazzjoni ta’ arranġamenti ddettaljati ta’ allokazzjonijiet ta’ kodiċijiet tat-transponder SSR. Dak il-mekkaniżmu għandu:
a)jiżgura li l-impatt tal-użu tal-kodiċijiet tat-transponder SSR f’pajjiżi terzi jitqies permezz tal-parteċipazzjoni fl-arranġamenti ta’ ħidma tal-ġestjoni tal-kodiċijiet tat-transponder SSR stabbiliti fid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Pjan tan-Navigazzjoni bl-Ajru Reġjonali tal-ICAO, kif ukoll tad-Dokument ta’ Implimentazzjoni tal-Faċilitajiet u tas-Servizzi tar-Reġjuni Ewropej;
b)jiżgura li l-listi tal-allokazzjonijiet tal-kodiċijiet tat-transponder SSR imsemmija fil-punt 3 tal-Parti A huma kompatibbli mal-pjan ta’ ġestjoni tal-kodiċijiet stabbilit fid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Pjan tan-Navigazzjoni bl-Ajru Reġjonali tal-ICAO, kif ukoll tad-Dokument ta’ Implimentazzjoni tal-Faċilitajiet u tas-Servizzi tar-Reġjuni Ewropej;
c)jispeċifika rekwiżiti biex jiżguraw li l-konsultazzjoni xierqa dwar arranġamenti ġodda jew emendati għall-ġestjoni tal-kodiċijiet tat-transponder SSR issir mal-Istati Membri kkonċernati;
d)jispeċifika rekwiżiti biex jiżguraw li l-konsultazzjoni xierqa dwar arranġamenti ġodda jew emendati għall-ġestjoni tal-kodiċijiet tat-transponder SSR issir mill-Istati Membri mal-partijiet ikkonċernati kollha fil-livell nazzjonali;
e)jiżguraw li l-koordinazzjoni mal-pajjiżi terzi fuq l-użu strateġiku u tattiku tal-kodiċijiet tat-transponder SSR issir permezz tal-arranġamenti ta’ ħidma għall-ġestjoni tal-kodiċijiet tat-transponder SSR stabbiliti fid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Pjan tan-Navigazzjoni bl-Ajru Reġjonali tal-ICAO, kif ukoll tad-Dokument ta’ Implimentazzjoni tal-Faċilitajiet u tas-Servizzi tar-Reġjuni Ewropej;
f)jispeċifika skedi ta’ żmien minimi għall-koordinazzjoni u għall-konsultazzjoni ta’ allokazzjonijiet ġodda jew emendati li jiġu proposti tal-kodiċijiet tal-interrogatur tas-sorveljanza u tat-transponder SSR;
g)jiżgura li l-bidliet fil-lista tal-allokazzjonijiet tal-kodiċijiet tat-transponder SSR ikunu soġġetti għall-approvazzjoni tal-Istati Membri kkonċernati mit-tibdil;
h)jispeċifika rekwiżiti biex jiżguraw li l-bidliet fil-lista tal-allokazzjonijiet tal-kodiċijiet tat-transponder SSR jiġu kkomunikati lill-partijiet ikkonċernati kollha minnufih wara l-approvazzjoni tagħhom, mingħajr ħsara għall-proċeduri nazzjonali għall-komunikazzjoni ta’ informazzjoni dwar l-użu tal-kodiċijiet tat-transponder SSR mill-awtoritajiet militari.
2.Il-Maniġer tan-Netwerk, f’koordinazzjoni mal-awtoritajiet militari nazzjonali, għandu jiżgura li jittieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiġi kkonfermat li l-allokazzjoni u l-użu ta’ kodiċijiet tat-transponder SSR għall-bżonnijiet militari ma jkollhom ebda impatt negattiv fuq is-sikurezza jew fuq il-fluss effiċjenti tat-traffiku tal-ajru ġenerali.
Kodiċi tal-Interrogatur Mode S:
3.Il-Maniġer tan-Netwerk għandu jistabbilixxi mekkaniżmu apposta għall-koordinazzjoni u għall-konsultazzjoni ta’ arranġamenti ddettaljati għall-allokazzjoni tal-kodiċijiet tal-interrogatur Mode S. Il-mekkaniżmu għandu:
a)jispeċifika skedi ta’ żmien għall-koordinazzjoni u għall-konsultazzjoni ta’ allokazzjonijiet ġodda jew emendati li jiġu proposti ta’ kodiċijiet tal-interrogatur Mode S;
b)jiżgura li l-bidliet fil-pjan tal-allokazzjonijiet tal-kodiċijiet tal-interrogatur Mode S ikunu soġġetti għall-approvazzjoni tal-Istati Membri kkonċernati mit-tibdil;
c)jiżgura li l-koordinazzjoni mal-pajjiżi terzi dwar l-użu strateġiku u tattiku tal-kodiċijiet tal-interrogatur Mode S issir permezz ta’ arranġamenti ta’ ħidma dwar il-ġestjoni tal-kodiċijiet tal-interrogatur Mode S;
d)jispeċifika rekwiżiti biex jiżguraw li l-bidliet fil-pjan tal-allokazzjonijiet tal-kodiċijiet tal-interrogatur Mode S jiġu kkomunikati lill-partijiet ikkonċernati kollha minnufih wara l-approvazzjoni tagħhom, mingħajr ħsara għall-proċeduri nazzjonali għall-komunikazzjoni ta’ informazzjoni dwar l-użu tal-kodiċijiet tal-interrogatur Mode S u tal-kodiċjiet tat-transponder SSR mill-awtoritajiet militari.
4.Il-Maniġer tan-Netwerk għandu jiżgura li ssir konsultazzjoni xierqa dwar arranġamenti ġodda jew emendati dwar il-ġestjoni tal-kodiċijiet tal-interrogatur mal-Istati Membri permezz tat-teħid ta’ deċiżjonijiet b’mod kooperattiv.
5.Il-Maniġer tan-Netwerk, f’koordinazzjoni mal-awtoritajiet militari nazzjonali, għandu jiżgura li jittieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiġi kkonfermat li l-allokazzjoni u l-użu ta’ kodiċi tal-interrogatur Mode S għal bżonnijiet militari ma jolqtux ħażin is-sikurezza jew il-fluss effiċjenti tat-traffiku tal-ajru ġenerali.
PARTI C
Rekwiżiti għall-forniment tad-data
Kodiċi tat-Transponder:
1.L-applikazzjonijiet imressqa għal allokazzjonijiet ġodda jew emendati tal-kodiċijiet tat-transponder SSR għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti fir-rigward tal-konvenzjonijiet tal-format u tad-data, tal-kompletezza, tal-preċiżjoni, tal-preżentazzjoni fil-ħin u tal-ġustifikazzjoni tal-proċess stabbilit fil-punt 4 tal-Parti A.
2.L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Maniġer tan-Netwerk bid-data u bit-tagħrif li ġejjin f’perjodi ta’ żmien miftiehma, kif preskritt mill-Maniġer tan-Netwerk b’appoġġ għall-forniment tal-funzjoni tan-netwerk għall-kodiċijiet tat-transponder SSR:
a)reġistru aġġornat tal-allokazzjoni u tal-użu tal-kodiċijiet kollha tat-transponder SSR fil-qasam ta’ responsabbiltà tagħhom, soġġett għal kwalunkwe limitu tas-sigurtà marbut mal-iżvelar sħiħ tal-allokazzjonijiet speċifiċi tal-kodiċijiet militari li ma jintużawx għat-traffiku tal-ajru ġenerali;
b)ġustifikazzjoni li turi li l-allokazzjonijiet tal-kodiċijiet tat-transponder SSR li jeżistu u dawk mitluba huma l-minimu meħtieġ sabiex ikunu ssodisfati r-rekwiżiti operazzjonali;
c)dettalji ta’ kwalunkwe allokazzjoni ta’ kodiċijiet tat-transponder SSR li ma għadhomx meħtieġa mil-lat operazzjonali u li jistgħu jiġu rrilaxxati biex jiġu allokati mill-ġdid fin-netwerk;
d)rapporti ta’ kwalunkwe nuqqas reali mhux ippjanat fl-allokazzjonijiet tal-kodiċijiet tat-transponder SSR;
e)dettalji ta’ kwalunkwe bidla fl-ippjanar tal-installazzjoni jew fil-qagħda operazzjonali tas-sistemi jew tal-komponenti tagħhom li jista’ jkollha impatt fuq l-assenjament tal-kodiċijiet tat-transponder SSR għat-titjiriet.
3.Il-fornituri ta’ servizz tan-navigazzjoni tal-ajru għandhom jipprovdu lill-Maniġer tan-Netwerk bid-data u bit-tagħrif li ġejjin fi skedi taż-żmien miftiehma, kif preskritt mill-Maniġer tan-Netwerk għall-appoġġ tal-forniment tal-funzjoni tan-netwerk għall-kodiċijiet tat-transponder SSR:
a)Rapporti dwar il-Pożizzjonijiet Ikkorrelati tas-Sistema Mtejba tal-Ġestjoni Tattika tal-Flussi, li jinkludu l-assenjamenti tal-kodiċijiet tat-transponder SSR għat-traffiku tal-ajru ġenerali li jkun qed iwettaq titjiriet skont ir-regoli tat-titjir bl-istrumenti;
b)rapporti ta’ kwalunkwe kunflitt jew periklu reali mhux ippjanat ikkawżat minn assenjament reali ta’ kodiċijiet ta’ transponder SSR operazzjonali, inkluż tagħrif dwar kif il-kunflitt ġie solvut.
4.It-tweġibiet tal-Istati Membri u tal-fornituri ta’ servizz tan-navigazzjoni bl-ajru għall-koordinazzjoni tal-emendi proposti għall-allokazzjonijiet tal-kodiċijiet tat-transponder SSR u għall-aġġornamenti tal-lista tal-allokazzjonijiet tal-kodiċijiet tat-transponder SSR għandhom, tal-inqas:
a)jidentifikaw jekk huwiex previst xi kunflitt jew periklu bejn l-allokazzjonijiet tal-kodiċijiet tat-transponder SSR jew le;
b)jikkonfermaw jekk ir-rekwiżiti operazzjonali jew l-effiċjenza humiex se jintlaqtu ħażin jew le;
c)jikkonfermaw li l-modifiki għall-allokazzjonijiet tal-kodiċijiet tat-transponder SSR jistgħu jiġu implimentati fil-perjodi ta’ żmien rikjesti.
Kodiċi tal-Interrogatur Mode S:
5.L-applikazzjonijiet imressqa għal allokazzjonijiet ġodda jew emendati ta’ kodiċijiet tal-interrogatur għandhom ikunu konformi mal-konvenzjonijiet tal-format u tad-data, tal-kompletezza, tal-preċiżjoni, tal-preżentazzjoni fil-ħin, u tal-ġustifikazzjoni tal-proċess stipulat fil-punt 17 tal-Parti A.
6.L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Maniġer tan-Netwerk bid-data u bit-tagħrif li ġejjin f’perjodi ta’ żmien miftiehma, kif preskritt mill-Maniġer tan-Netwerk b’appoġġ għall-forniment tas-servizz ta’ allokazzjoni tal-kodiċijiet tal-interrogatur:
a)il-karatteristiki tal-interrogaturi Mode S kif speċifikat fir-Regolament (KE) Nru 262/2009;
b)id-dettalji ta’ kull bidla fl-ippjanar tal-installazzjoni jew fil-qagħda operazzjonali tal-interrogaturi Mode S jew tal-komponenti tagħhom li jistgħu jolqtu ħażin l-allokazzjoni tal-kodiċijiet tal-interrogatur lill-interrogaturi Mode S.
c)ġustifikazzjoni biex jintwera li l-allokazzjonijiet eżistenti u mitluba ta’ kodiċijiet tal-interrogatur huma l-minimu meħtieġ biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti operazzjonali;
d)l-allokazzjonijiet tal-kodiċijiet tal-interrogatur li ma għadhomx meħtieġa mil-lat operazzjonali, u li jistgħu jiġu rrilaxxati għall-allokazzjoni mill-ġdid fin-netwerk;
e)rapporti dwar kwalunkwe nuqqas reali mhux ippjanat fl-allokazzjonijiet tal-kodiċijiet tal-interrogatur.
7.Il-Maniġer tan-Netwerk għandu juża r-risposti pprovduti mill-Istati Membri għall-proposta ta’ pjan tal-allokazzjonijiet tal-kodiċijiet tal-interrogatur, inkluż:
a)l-identifikazzjoni ta’ kwalunkwe kunflitt jew periklu mbassar bejn l-allokazzjonijiet tal-kodiċijiet tal-interrogatur Mode S;
b)konferma jekk ir-rekwiżiti operazzjonali jew l-effiċjenza humiex se jintlaqtu ħażin jew le;
c)konferma li emendi għall-allokazzjonijiet tal-kodiċijiet tal-interrogatur Mode S jistgħu jiġu implimentati skont is-skedi ta’ żmien meħtieġa.
8.Il-Maniġer tan-Netwerk għandu jappoġġa lill-Istati Membri biex isolvu l-kunflitt tal-MIC irrappurtat mill-Istati Membri jew mill-operaturi Mode S.
ANNESS V
MUDELL GĦALL-PJAN STRATEĠIKU TAN-NETWERK
Il-Pjan Strateġiku tan-Netwerk għandu jissejjes fuq l-istruttura li ġejja:
1.DAĦLA
1.1.
Ambitu tal-Pjan Strateġiku tan-Netwerk (il-firxa ġeografika u l-perjodu ta’ żmien)
1.2.
Tħejjija tal-pjan u tal-proċess ta’ validazzjoni
2.KUNTEST ĠENERALI U REKWIŻITI
2.1.
Deskrizzjoni tas-sitwazzjoni attwali tan-netwerk u dik ippjanata, inkluż l-ERND, l-ATFM, l-ajruporti u r-riżorsi skarsi
2.2.
Sfidi u opportunitajiet marbutin mal-perjodu ta’ żmien tal-pjan (inkluż it-tbassir tad-domanda tat-traffiku u l-evoluzzjoni tiegħu fil-livell dinji)
2.3.
Għanijiet ta’ prestazzjoni u rekwiżiti tan-negozju kif espressi mill-partijiet ikkonċernati differenti u l-miri ta’ prestazzjoni tal-Unjoni Ewropea kollha
3.VIŻJONI STRATEĠIKA
3.1.
Deskrizzjoni tal-mod strateġiku li bih se jiżviluppa u jagħmel progress in-netwerk sabiex jissodisfa sew il-miri ta’ prestazzjoni u r-rekwiżiti tan-negozju
3.2.
Konsistenza mal-iskema ta’ prestazzjoni
3.3.
Konsistenza mal-Pjan Regolatorju Ewropew tal-ATM
3.4.
Konsistenza ma’ proġetti komuni stabbiliti skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 409/2013
4.GĦANIJIET STRATEĠIĊI
4.1.
Deskrizzjoni tal-għanijiet strateġiċi tan-netwerk:
(a)li tinkludi l-aspetti kooperattivi tal-partijiet ikkonċernati operazzjonali li qed jieħdu sehem fih f’termini tar-rwoli u tar-responsabbiltajiet tagħhom;
(b)li tindika kif l-għanijiet strateġiċi se jissodisfaw ir-rekwiżiti;
(c)li tidentifika kif se jitkejjel il-progress li jkun sar sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet;
(d)li tindika kif l-għanijiet strateġiċi se jolqtu l-industrija u oqsma oħra kkonċernati.
5.IPPJANAR STRATEĠIKU
5.1.
Deskrizzjoni tal-ippjanar fil-medda l-qasira u medja:
(a)il-prijoritajiet għal kull wieħed mill-għanijiet strateġiċi;
(b)l-implimentazzjoni ta’ kull wieħed mill-għanijiet strateġiċi f’termini tal-użu meħtieġ tat-teknoloġija, tal-impatt strutturali, tal-aspetti umani, tal-kostijiet u tal-benefiċċji involuti, kif ukoll tal-governanza, tar-riżorsi u tar-regolamentazzjoni meħtieġa;
(c)il-parteċipazzjoni meħtieġa tal-partijiet ikkonċernati operazzjonali f’kull element tal-pjan, inkluż ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tagħhom;
(d)il-livell miftiehem ta’ involviment tal-Maniġer tan-Netwerk b’appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ kull element tal-pjan għal kull funzjoni individwali.
5.2.
Deskrizzjoni tal-ippjanar fit-tul:
(a)l-intenzjoni li jintlaħaq kull wieħed mill-għanijiet strateġiċi f’termini tat-teknoloġija meħtieġa u tal-aspetti tar-riċerka u tal-iżvilupp korrispondenti, tal-impatt strutturali, tal-aspetti umani, tal-kwistjonijiet tan-negozju, tal-governanza meħtieġa, u tar-regolamentazzjoni meħtieġa, kif ukoll tal-ġustifikazzjoni ekonomika u tas-sikurezza marbuta ma’ dawk l-investimenti;
(b)il-parteċipazzjoni meħtieġa tal-partijiet ikkonċernati operazzjonali f’kull element tal-pjan, inkluż ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tagħhom.
6.VALUTAZZJONI TAR-RISKJI
6.1.
Deskrizzjoni tar-riskji marbutin mal-implimentazzjoni tal-pjan.
6.2.
Deskrizzjoni tal-proċess ta’ monitoraġġ (inkluż id-devjazzjoni potenzjali mill-għanijiet inizjali).
7.RAKKOMANDAZZJONIJIET
7.1.
Identifikazzjoni tal-azzjonijiet li jridu jittieħdu mill-Unjoni u mill-Istati Membri sabiex jappoġġaw l-implimentazzjoni tal-pjan.
ANNESS VI
MUDELL GĦALL-PJAN TA’ OPERAZZJONIJIET TAN-NETWERK
Il-Pjan ta’ Operazzjonijiet tan-Netwerk għandu jissejjes fuq l-istruttura ġenerali li ġejja (li għandha tiġi adattata għall-funzjonijiet individwali varji u għall-orizzont taż-żmien tal-Pjan ta’ Operazzjonijiet tan-Netwerk biex tirrifletti n-natura rikorrenti tiegħu, kif ukoll il-perjodi tiegħu ta’ bejn 3 sa 5 snin, annwali, staġonali, ta’ kull ġimgħa u ta’ kuljum):
1.DAĦLA
1.1.
Ambitu tal-Pjan ta’ Operazzjonijiet tan-Netwerk (il-firxa ġeografika u l-perjodu ta’ żmien)
1.2.
Tħejjija tal-pjan u tal-proċess ta’ validazzjoni
2.DESKRIZZJONI TAL-PJAN TA’ OPERAZZJONIJIET TAN-NETWERK, TAL-MIRI U TAL-GĦANIJIET OPERAZZJONALI
*li tinkludi l-aspett kollaborattiv tal-partijiet ikkonċernati operazzjonali li qed jieħdu sehem fih f’termini tar-rwoli u tar-responsabbiltajiet tagħhom,
*li tinkludi kif il-miri u l-għanijiet operazzjonali se jiġu koperti fil-fażijiet tattiċi, pretattiċi, fil-medda l-qasira u dik medja tal-Pjan ta’ Operazzjonijiet tan-Netwerk, kif ukoll miri ta’ prestazzjoni oħra stabbiliti fil-qafas tal-iskema ta’ prestazzjoni,
*il-prijoritajiet stabbiliti u r-riżorsi meħtieġa għall-perjodu tal-ippjanar,
*li tindika l-impatt fuq l-industrija tal-ATM u fuq oqsma oħrajn ikkonċernati.
3.PROĊESS ĠENERALI TAL-IPPJANAR OPERAZZJONALI TAN-NETWERK
*deskrizzjoni tal-proċess ġenerali tal-ippjanar operazzjonali tan-netwerk,
*deskrizzjoni tal-mod strateġiku kif il-Pjan ta’ Operazzjonijiet tan-Netwerk se jevolvi u se jagħmel progress biex jirrispondi tajjeb għar-rekwiżiti ta’ prestazzjoni operazzjonali u għal miri oħra ta’ prestazzjoni stabbiliti fil-qafas tal-iskema ta’ prestazzjoni,
*deskrizzjoni tal-għodod u tad-data użati.
4.KUNTEST ĠENERALI U REKWIŻITI OPERAZZJONALI
4.1.
Deskrizzjoni fil-qosor tal-prestazzjoni operazzjonali tan-netwerk fl-imgħoddi
4.2.
Sfidi u opportunitajiet marbutin mal-perjodu ta’ żmien tal-pjan
4.3.
Tbassir tat-traffiku tan-netwerk skont l-Appendiċijiet 1 u 2, inkluż:
*it-tbassir tan-netwerk,
*it-tbassir tal-fornitur ta’ servizz ta’ navigazzjoni bl-ajru, tal-blokka tal-ispazju tal-ajru funzjonali, u taċ-Ċentru ta’ Kontroll taż-Żona (ACC),
*it-tbassir tal-ajruporti ewlenin,
*l-analiżi tat-tbassir tat-traffiku, inkluż firxa ta’ xenarji,
*l-analiżi tal-impatt ta’ avvenimenti speċjali.
4.4.
Rekwiżiti tal-prestazzjoni operazzjonali tan-netwerk, inkluż:
*rekwiżiti ġenerali tal-kapaċità tan-netwerk,
*rekwiżiti tal-kapaċità tal-fornitur ta’ servizz tan-navigazzjoni bl-ajru, tal-blokka tal-ispazju tal-ajru funzjonali, u taċ-Ċentru ta’ Kontroll taż-Żona (ACC),
*il-kapaċità tal-ajruport,
*l-analiżi tar-rekwiżiti tal-kapaċità,
*rekwiżiti ġenerali tal-ambjent tan-netwerk jew tal-effiċjenza tat-titjir,
*rekwiżiti ġenerali tas-sikurezza tan-netwerk,
*rekwiżiti ta’ kontinġenza u l-kontinwità tas-servizzi li jolqtu in-netwerk.
4.5.
Ħtiġijiet operazzjonali kif espressi mill-partijiet ikkonċernati differenti, inkluż il-militar
5.PJANIJIET U AZZJONIJIET TA’ TITJIB TAL-PRESTAZZJONI OPERAZZJONALI TAN-NETWERK FIL-LIVELL TAN-NETWERK
*deskrizzjoni tal-pjanijiet u tal-azzjonijiet li mistenni li jiġu implimentati fil-livell tan-netwerk, inkluż l-ispazju tal-ajru, ir-riżorsi skarsi u l-ATFM,
*deskrizzjoni tal-kontribuzzjonijiet ta’ kull pjan u ta’ kull azzjoni għall-prestazzjoni operazzjonali.
6.PJANIJIET U AZZJONIJIET OPERAZZJONALI TA’ TITJIB TAL-PRESTAZZJONI OPERAZZJONALI FIL-LIVELL LOKALI
*li jinkludu deskrizzjoni ta’ kull pjan u ta’ kull azzjoni operazzjonali li mistenni li jiġu implimentati fil-livell lokali,
*deskrizzjoni tal-kontribuzzjonijiet ta’ kull pjan u ta’ kull azzjoni għall-prestazzjoni operazzjonali,
*deskrizzjoni tar-relazzjonijiet ma’ pajjiżi terzi u tal-ħidma marbuta mal-ICAO.
7.AVVENIMENTI SPEĊJALI
*ħarsa ġenerali lejn l-avvenimenti speċjali li jkollhom impatt sinifikanti fuq l-ATM,
*avvenimenti individwali speċjali u t-trattament tagħhom mill-perspettiva tan-netwerk,
*eżerċizzji militari ewlenin.
8.REKWIŻITI MILITARI TAL-ISPAZJU TAL-AJRU
*id-disponibbiltà tal-ispazju tal-ajru: il-jiem/il-ħinijiet prestabbiliti ta’ disponibbiltà tal-ispazju tal-ajru rriżervat,
*talbiet ad hoc għal użu mhux ippjanat ta’ spazju tal-ajru rriżervat,
*rilaxx tal-ispazju tal-ajru rriżervat għall-użu ċivili kull meta dak l-ispazju tal-ajru ma jkunx meħtieġ, b’avviż dwar dan jingħata kemm jista’ jkun bil-quddiem.
9.TBASSIR U ANALIŻI KKONSOLIDATI TAL-PRESTAZZJONI OPERAZZJONALI TAN-NETWERK
*Il-miri u t-tbassir tad-dewmien / tal-kapaċità tal-ATFM fil-livelli tan-netwerk, tal-fornitur ta’ servizz tan-navigazzjoni bl-ajru, tal-blokka tal-ispazju tal-ajru funzjonali, u tal-ACC,
*il-prestazzjoni operazzjonali tal-ajruporti,
*il-mira u t-tbassir tal-prestazzjoni marbutin mal-ambjent tan-netwerk / mal-effiċjenza tat-titjir,
*l-impatt tal-avvenimenti speċjali,
*l-analiżi tal-miri u tat-tbassir tal-prestazzjoni operazzjonali.
10.IDENTIFIKAZZJONI TAL-KONĠESTJONI OPERAZZJONALI U TAS-SOLUZZJONIJIET TA’ TAFFIJA FIL-LIVELL TAN-NETWERK U FIL-LIVELL LOKALI
*l-identifikazzjoni ta’ konġestjoni operazzjonali (sikurezza, kapaċità, effiċjenza tat-titjir) u konġestjoni potenzjali, il-kawżi tagħhom u s-soluzzjonijiet jew l-azzjonijiet ta’ taffija miftiehma, inkluż il-possibbiltajiet għall-ibbilanċjar tal-kapaċità u tad-domanda.
Appendiċi 1
Ċentri ta’ Kontroll taż-Żona (ACCs)
Il-Pjan ta’ Operazzjonijiet tan-Netwerk għandu jagħti deskrizzjoni ddettaljata, għal kull ACC, tal-oqsma kollha identifikati f’din l-Appendiċi li jiddeskrivu l-azzjonijiet ta’ titjib operazzjonali ppjanati tagħhom, il-prospetti għall-perjodu, it-tbassir tat-traffiku, il-mira u t-tbassir tad-dewmien, l-avvenimenti sinifikanti li jistgħu jolqtu t-traffiku, u l-kuntatti operazzjonali.
Għal kull ACC, il-Maniġer tan-Netwerk għandu jinkludi:
*it-tbassir tat-traffiku,
*analiżi tal-prestazzjoni operazzjonali attwali,
*evalwazzjoni kkwantifikata tal-kapaċità miksuba (ix-xenarju ta’ referenza tal-kapaċità),
*evalwazzjoni kkwantifikata tal-kapaċità meħtieġa għal diversi xenarji tal-iżvilupp tat-traffiku (il-profil tal-kapaċità meħtieġa),
*evalwazzjoni kkwantifikata tal-azzjonijiet ta’ titjib operazzjonali ppjanati fil-livell tal-ACCs, kif miftiehem mal-fornituri ta’ servizz tan-navigazzjoni bl-ajru,
*il-mira u t-tbassir tad-dewmien,
*analiżi tal-prestazzjoni operazzjonali mistennija (marbuta mas-sikurezza, mal-kapaċità u mal-ambjent).
Kull fornitur ta’ servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru għandu jipprovdi lill-Maniġer tan-Netwerk bit-tagħrif li ġej li jrid jiddaħħal fid-deskrizzjoni tal-ACC individwali:
*il-mira lokali tad-dewmien,
*il-valutazzjoni jew il-konferma tat-tbassir tat-traffiku, filwaqt li jitqies l-għarfien lokali,
*l-għadd ta’ setturi disponibbli: il-konfigurazzjoni tas-setturi / l-iskema tal-ftuħ għal kull staġun / jum tal-ġimgħa / ħin tal-ġurnata,
*il-valuri tal-kapaċitajiet jew tal-monitoraġġ għal kull settur jew għal kull volum tat-traffiku għal kull konfigurazzjoni jew skema tal-ftuħ,
*l-avvenimenti speċjali ppjanati jew magħrufa, inkluż id-dati jew il-ħinijiet u l-impatt fuq il-prestazzjoni operazzjonali marbut magħhom,
*dettalji tal-miżuri ta’ titjib operazzjonali ppjanati, l-iskeda ta’ implimentazzjoni tagħhom u l-impatt pożittiv jew negattiv fuq il-kapaċità u/jew fuq l-effiċjenza marbut magħhom,
*dettalji dwar il-bidliet proposti u kkonfermati fl-istruttura u fl-użu tal-ispazju tal-ajru,
*azzjonijiet addizzjonali kif miftiehma mal-Maniġer tan-Netwerk,
*il-kuntatti operazzjonali tal-ACC.
Appendiċi 2
Ajruporti
Għal dawk l-ajruporti li jkollhom impatt fuq il-prestazzjoni tan-netwerk, il-Pjan ta’ Operazzjonijiet tan-Netwerk għandu jagħti deskrizzjoni ddettaljata tal-oqsma kollha identifikati f’dan l-Appendiċi, u għandu jiddeskrivi wkoll il-miżuri ta’ titjib operazzjonali ppjanati, il-prospetti għall-perjodu, it-tbassir tat-traffiku u tad-dewmien, l-avvenimenti sinifikanti li jistgħu jolqtu t-traffiku u l-kuntatti operazzjonali.
Il-Maniġer tan-Netwerk għandu jinkludi, għal kull ajruport, b’mod partikulari abbażi tal-informazzjoni li tasal mingħand l-operaturi tal-ajruporti u l-fornituri ta’ servizz tan-navigazzjoni bl-ajru:
*it-tbassir tat-traffiku,
*analiżi tal-prestazzjoni operazzjonali mistennija tal-miżuri ta’ titjib operazzjonali ppjanati (marbuta mas-sikurezza, mal-kapaċità, mal-ambjent).
Għal kull ajruport inkluż fil-Pjan ta’ Operazzjonijiet tan-Netwerk, l-operatur tal-ajruport u l-unità lokali tal-ATS għandu jkollhom arranġamenti biex jipprovdu lill-Maniġer tan-Netwerk bl-informazzjoni li ġejja li trid tiġi inkluża fid-deskrizzjoni tal-ajruport individwali:
*il-valutazzjoni jew il-konferma tat-tbassir tat-traffiku, filwaqt li jitqies l-għarfien lokali,
*il-kapaċità tar-runway għal kull konfigurazzjoni tar-runway, il-wasliet u t-tluq attwali u previsti,
*speċifikazzjoni tal-kapaċità għall-perjodu ta’ billejl u matulu, fejn rilevanti,
*dettalji dwar il-miżuri ta’ titjib operazzjonali ppjanati, l-iskeda ta’ implimentazzjoni tagħhom u l-impatt pożittiv jew negattiv fuq il-kapaċità u/jew fuq l-effiċjenza marbut magħhom,
*l-avvenimenti speċjali ppjanati jew magħrufa, inkluż id-dati jew il-ħinijiet u l-impatt fuq il-prestazzjoni operazzjonali marbut magħhom,
*fatturi ppjanati oħra li jsaħħu l-kapaċità,
*azzjonijiet addizzjonali kif miftiehma mal-Maniġer tan-Netwerk.